1. Ahjar tard, milli qatt
Iva hbieb tieghi. Sa fl-ahhar waslu l-bozoz li ma jahlux.
Veru li ghadhom ma waslux f’darna, imma ta’ lanqas issa sar l-ewwel pass billi saret sejha ghall-interess fil-Gazzetta tal-Gvern, u allura, l-bozoz li ma jahlux mistennija jibdew jitqassmu lill-pubbliku fil-gimghat, ovvjament li gejjin, u mhux fil-gimghat li ghaddew.
Wisq probabbli li mhux se jilhqu jaslu qabel l-ahhar tax-xahar, u allura qabel naqilbu ghall-hin tas-sajf. Ovvjament dan ifisser li mhux se jghinuna nahlu inqas dawl meta l-kontijiet huma m’oghla s-sema. Imma m’hemmx x’taghmel. Dawn mhux affarijiet li jsiru pum, paq. Mil-lum ghal ghada.
Imma kif jghid il-Malti, ahjar tard milli qatt.
2. Teatrini
Naqbel 99 fil-mija ma’ Austin Gatt li l-Partit Laburista u l-General Workers’, fil-kwistjoni tal-kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma, qeghdin jaghmlu biss teatrini. U ma naqbilx mieghu mija fil-mija, ghax kieku kont jien kont nghid li mal-PL u mal-GWU, hemm ukoll ghaxar unions ohra li bhalhom qeghdin jaghmlu t-teatrini.
Kieku l-unions (mhux il-GWU biss) ma kienx mohhhom biss fit-teatrini, kieku kienu se joqghodu jmorru jistennew lid-deputati dehlin il-Parlament biex jipprezwentawlhom ittra b’appell ghal trahhis fil-kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma?
Possibbli li l-unions (mhux il-GWU biss) ma jafux li affarijiet bhal dawn ma jsirux jekk fil-gvern ikun hemm il-PN?
Ara kieku fil-gvern kien hemm il-PL, allura mod iehor. Kieku l-unions kienu johorgu jipprotestaw fit-toroq u la kien ikun hawn min jghidilhom li qeghdin jaghmlu t-teatrini, u lanqas kien ikun hawn min jghajjarhom pulcinelli!
3. Ma jhalluhx
Illum ghall-kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma, giet. U la giet hekk ma nistax ma nghidx tieghi ukoll fuq il-mozzjoni mressqa fil-Parlament minn tal-Labour biex Gonzi jrahhsilna l-kontijiet.
L-ewwel li rrid nghid huwa li ma nistax nifhem kif tal-Labour jibqghu jwebbsu rashom u jkomplu jressqu mozzjonijiet, emendi, proposti, u ma nafx x’izjed, meta l-prim Gonzi ghamilha cara li huwa l-prim u li huwa l-gvern.
Possibbli tal-Labour ghadhom ma ndunawx li l-prim Gonzi means business! Mal-prim Gonzi m’hemmx loghob, hbieb tieghi, u ghalhekk ivvota bil-qalb biex ma jorhsux il-kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma.
X’hasbu tal-Labour li se jwaqqa’ kelmtu?!
Lanqas kieku jrid, ghax la Austin, u lanqas il-kuxjenza socjali ma jhalluh!
4. Marda gdida
Ma nafx jekk hux minhabba t-tibdil fil-klima jew minhabba l-krizi finanzjarja, ekonomika, internazzjonali, u ma nafx x’izjed. Imma jkolli nghid li ghal xi raguni jew ohra, f’pajjizna diehla marda gdida. U mhux xi marda cajta, tafux!
Qieghed dejjem jikber in-numru ta’ dawk in-nies b’memorja qasira. U meta nghid memorja qasira ma nfissirx minn sena ghal sena, kif cert li kien hawn minnkom min haseb peress li ghadna kif iccelebrajna, bil-kbir u kif jixraq, l-ewwel anniversarju tal-gvern tal-prim Gonzi minn meta rega’ gie elett f’Marzu tas-sena l-ohra.
Il-marda qieghda twassal biex dak li jkun jinsa xi jkun qal ftit tas-sighat biss qabel.
Fost dawn kien hemm min ftiehem ma’ 11-il union u ftit sighat wara (jekk mhux minuti) qal li ma kien ftiehem xejn. U kien hemm ukoll minn fuq it-TV ammetta li kellu konflitt ta’ interess u ftit sighat wara qal li m’ghandu l-ebda konflitt ta’ interess.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






