Charles Mangion
L-ewwel sena tal-amministrazzjoni gdida ta’ Lawrence Gonzi tista’ b’kull ragun tissejjah is-sena tal-kontroversji. B’maggoranza ta’ ftit mijiet ta’ voti l-Prim Ministru fetah front wara l-iehor ta’ kontroversji li minflok ghaqqdu lill-poplu komplew firduh.
L-akbar kontroversja kienet dik relatata mat-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma.
F’sena li rat ir-ricessjoni dinjija tirranka b’ghaggla kbira, l-industrijalisti Maltin, kif ukoll il-familji taghna, kienu qed jistennew xi forma ta’ wens minghand il-gvern. Din l-aspettattiva kienet wahda gustifikata ghax mis-sajf li ghadda ‘l hawn il-prezz taz-zejt nizel minn 147 dollaru kull barmil ghal madwar 40 dollaru bhalissa.
Izda Gonzi webbes rasu u ddecieda li jibqa’ jirrombla fuq l-interessi tal-poplu. Jippruvaw jinqdew bir-regolatur tar-rizorsi, izda dan ma tantx swielhom ta’ paraventu ghax deher mhux imhejji tajjeb biex iwiegeb ghall-kritika tal-Unions u tal-esperti taghhom. Issa ma nehduhiex bi kbira li ftit qabel l-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew johorgu b’xi tnaqqis fit-tariffi biex itaffu r-rabja tan-nies.
Kontroversja ohra kienet dik li tirrigwardja t-thaffir ta’ Pjazza San Gwann biex jinbena muzew gdid taht l-art. Jidher li kien hemm min jahseb li seta’ jigbed l-ispag tal-kabinett biex isir dak li jrid hu, anki jekk il-maggoranza kbria tal-Maltin sejhet dan il-progett bhala wiehed li ma jaghmilx sens.
Progett iehor li qajjem kontroversja kbira kien dak tat-thaffir ta’ Pjazza San Gorg biex isir post ghall-parkegg tal-karozzi. Minkejja li kellu pariri esperti kuntrarji, il-Gvern ta’ Gonzi baqa’ ghaddej sakemm beza’ li ser terga’ tqum mewga pubblika kontra gennata ohra.
L-istess jista’ jinghad ghall-progett tat-Teatru Rjal. Jidher li waqt li kulhadd jaqbel ma’ dan il-progett, l-uzu ippjanat ghalih mhux dak li jixtieq il-poplu. Issa naraw jekk Gonzi u shabu jaghmlux kutrumbajsa ohra ghax jibzghu mill-korla tal-poplu.
Kellna ukoll il-kontroversja dwar il-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi. Issa jridu li min jahseb li ghandu ragun, jehodhom il-qorti. Jittamaw li n-nies jaqtghu qalbhom u jcedu l-armi. Izda kien ghalhekk li l-Partit Laburista fetah kawza f’isem l-eluf ta’ Maltin li qed ikunu trattati daqs li kieku kienu cittadini tat-tieni klassi fl-Ewropa.
Inhela zmien prezzjuz f’cirkustanzi delikati fejn digà bdejna nintlaqtu mir-ricessjoni kbira li qed tahkem lid-dinja. Waqt li kien jaghmel sens li tinghata ghajnuna diretta u partikulari lil zewg kumpaniji importanti li jesportaw il-prodotti kollha taghhom, il-gvern baqa’ ma habbarx pjan kif ser jghin lill-industrija Maltija l-ohra.
Digà bdejna naraw tnaqqis serju fit-turizmu. L-industrija tal-bini qed toghtor. Kumpaniji ohrajn tal-manifattura qed ibatu waqt li tal-hwienet qed jaraw tnaqqis sostanzjali fil-bejgh. Kieku l-progetti infrastrutturali l-kbar li habbar il-gvern fl-ahhar budget inbdew bis-serjetà, kieku kien ikollna cans ahjar li nilqghu ghall-maltemp tar-ricessjoni dinjija.
Fl-ahhar sena l-Partit Laburista ma heliex zmien. Dahhal ir-riformi mehtiega fit-tmexxija tal-partit u nieda programm ta’ aggornament tal-politka tieghu. Ser inkunu vigilanti u m’ahna ser naghmlu l-ebda favuri lill-gvern li mohhu biss biex johloq il-kontroversji. Dan zgur mhuwiex iz-zmien li nehdew bil-kontroversji bhalma ghamel Gonzi fl-ahhar sena.
L-ewwel sena tal-amministrazzjoni gdida ta’ Lawrence Gonzi tista’ b’kull ragun tissejjah is-sena tal-kontroversji. B’maggoranza ta’ ftit mijiet ta’ voti l-Prim Ministru fetah front wara l-iehor ta’ kontroversji li minflok ghaqqdu lill-poplu komplew firduh.
L-akbar kontroversja kienet dik relatata mat-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma. F’sena li rat ir-ricessjoni dinjija tirranka b’ghaggla kbira, l-industrijalisti Maltin, kif ukoll il-familji taghna, kienu qed jistennew xi forma ta’ wens minghand il-gvern. Din l-aspettattiva kienet wahda gustifikata ghax mis-sajf li ghadda ‘l hawn il-prezz taz-zejt nizel minn 147 dollaru kull barmil ghal madwar 40 dollaru bhalissa.
Izda Gonzi webbes rasu u ddecieda li jibqa’ jirrombla fuq l-interessi tal-poplu. Jippruvaw jinqdew bir-regolatur tar-rizorsi, izda dan ma tantx swielhom ta’ paraventu ghax deher mhux imhejji tajjeb biex iwiegeb ghall-kritika tal-Unions u tal-esperti taghhom. Issa ma nehduhiex bi kbira li ftit qabel l-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew johorgu b’xi tnaqqis fit-tariffi biex itaffu r-rabja tan-nies.
Kontroversja ohra kienet dik li tirrigwardja t-thaffir ta’ Pjazza San Gwann biex jinbena muzew gdid taht l-art. Jidher li kien hemm min jahseb li seta’ jigbed l-ispag tal-kabinett biex isir dak li jrid hu, anki jekk il-maggoranza kbria tal-Maltin sejhet dan il-progett bhala wiehed li ma jaghmilx sens.
Progett iehor li qajjem kontroversja kbira kien dak tat-thaffir ta’ Pjazza San Gorg biex isir post ghall-parkegg tal-karozzi. Minkejja li kellu pariri esperti kuntrarji, il-Gvern ta’ Gonzi baqa’ ghaddej sakemm beza’ li ser terga’ tqum mewga pubblika kontra gennata ohra.
L-istess jista’ jinghad ghall-progett tat-Teatru Rjal. Jidher li waqt li kulhadd jaqbel ma’ dan il-progett, l-uzu ippjanat ghalih mhux dak li jixtieq il-poplu. Issa naraw jekk Gonzi u shabu jaghmlux kutrumbajsa ohra ghax jibzghu mill-korla tal-poplu.
Kellna ukoll il-kontroversja dwar il-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi. Issa jridu li min jahseb li ghandu ragun, jehodhom il-qorti. Jittamaw li n-nies jaqtghu qalbhom u jcedu l-armi. Izda kien ghalhekk li l-Partit Laburista fetah kawza f’isem l-eluf ta’ Maltin li qed ikunu trattati daqs li kieku kienu cittadini tat-tieni klassi fl-Ewropa.
Inhela zmien prezzjuz f’cirkustanzi delikati fejn digà bdejna nintlaqtu mir-ricessjoni kbira li qed tahkem lid-dinja. Waqt li kien jaghmel sens li tinghata ghajnuna diretta u partikulari lil zewg kumpaniji importanti li jesportaw il-prodotti kollha taghhom, il-gvern baqa’ ma habbarx pjan kif ser jghin lill-industrija Maltija l-ohra.
Digà bdejna naraw tnaqqis serju fit-turizmu. L-industrija tal-bini qed toghtor. Kumpaniji ohrajn tal-manifattura qed ibatu waqt li tal-hwienet qed jaraw tnaqqis sostanzjali fil-bejgh. Kieku l-progetti infrastrutturali l-kbar li habbar il-gvern fl-ahhar budget inbdew bis-serjetà, kieku kien ikollna cans ahjar li nilqghu ghall-maltemp tar-ricessjoni dinjija.
Fl-ahhar sena l-Partit Laburista ma heliex zmien. Dahhal ir-riformi mehtiega fit-tmexxija tal-partit u nieda programm ta’ aggornament tal-politka tieghu. Ser inkunu vigilanti u m’ahna ser naghmlu l-ebda favuri lill-gvern li mohhu biss biex johloq il-kontroversji. Dan zgur mhuwiex iz-zmien li nehdew bil-kontroversji bhalma ghamel Gonzi fl-ahhar sena.

| < Prev | Next > |
|---|






