
Il-mod kif jigu milqugha l-immigranti fil-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea huma differenti u jvarjaw minn stat ghall-iehor. Fil-fatt tezisti direttiva dwar il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza li thalli flessibbiltà konsiderevoli f’oqsma importanti. Il-Kumitat Ekonomiku u socjali fil-laqgha plenarja ta’ Frar iddiskuta u approva opinjoni bil-numru SOC 320 (min jixtieq kopja lest nibaghtlu wahda jekk jibghatli email fuq
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
). Bhal ma jsir normali l-opinjoni saret wara talba mill-Kummissjoni.
Opinjoni li holqot diskussjoni shiha. Imma xi tghid din l-opinjoni? Kif naghmel normalment mhux ser nidhol fid-dettal izda ser naghti biss sintesi qasira biex wiehed ikun jista’ jifhem xi punti minnha.
Id-Direttiva l-gdida tinkludi l-istandards ta’ akkoljenza ghan-nies li qed ifittxu l-protezzjoni sussidjarja, l-inkluzjoni ta’ garanziji procedurali dwar id-detenzjoni u l-fatt li taghmilha aktar facli li jigu identifikati u sodisfatti l-htigijiet ta’ persuni vulnerabbli. B’mod partikolari, l-UE ghandha thares lil dawk, spiss nisa u tfal, li kienu vittmi ta’ torturi, stupru, abbuz jew xi forma ohra ta’ vjolenza. F’opinjonijiet ohra li saru qabel, il-KESE ppropona li bis-sahha tal-legislazzjoni l-gdida dawk li qed ifittxu l-l-kenn ghandhom jiksbu access ghas-suq tax-xoghol u ghat-tahrig. Il-KESE jenfasizza l-importanza partikolari li jigi zgurat access ghas-suq tax-xoghol li jkun semplifikat u aktar armonizzat, li jizgura li l-access reali ghax-xoghol ma jigix imfixkel minn restrizzjonijiet amministrattivi ohra li mhumiex mehtiega, u dan ghandu jsir minghajr ma tkun ippregudikata l-kompetenza tal-Istati Membri.
L-istess opinjoni tirrakkomanda wkoll diversi bidliet li jharsu r-riunifikazzjoni tal-familja, itejbu l-kundizzjonijiet ghall-edukazzjoni, specjalment ghat-tfal, u jipprovdu access shih ghall-kura tas-sahha. Fl-ahhar, id-Direttiva ghandha taghmilha cara li l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza jridu jkunu ggarantiti bl-istess mod ghal dawk kollha li qed ifittxu l-kenn, irrispettivament minn jekk jinsabux f’centru ta’ akkoljenza jew le.
Din l-opinjoni tpoggi piz fuq il-Gvernijiet u Malta mhix eccezzjoni. L-armonizzazzjoni tal-akkoljenza fil-pajjizi membri taghti drittijiet godda lill-immigranti filwaqt li tpoggi dmirijiet godda fuq pajjizna. Dak li gara din il-gimgha f’Malta jew ahjar dak li hareg fid-deher ma tantx ipoggina fi stampa sabiha ma’ membri ohra tal-Unjoni. L-indafa u l-harsien tas-sahha huma fost l-aktar importanti u ghandna bzonn aktar minn qatt qabel li niehdu dawk l-azzjonijiet biex ma nhallux lil dawn il-persuni jghaddu minn tbatijiet ghal xejn. Forsi hafna huma ta’ l-opinjoni li l-immigranti ma ghandniex intuhom l-ahjar ghax inkella jkomplu jigu. Ftit huma dawk li jafu lil pajjizna l-akbar numru ta’ immigranti gejjin mir-Renju Unit u wara jigu ic-Cinizi. Ghal hafna l-akbar numru huma dawk li gejjin mill-Afrika. Gejjin minn fejn gejjin ahna ghandna obbligu li noffrulhom kundizzjonijiet tajbin u mhux inkomplu nitfghuhom f’aktar mizerji. Importanti wkoll li l-awtoritajiet jaraw li dawn in-nies ma jigux sfruttati minn employers li juzaw is-servizz taghhom bi hlas mizeru. Meta naccertaw li haddiem barrani u dak Malti ghandhom l-istess kundizzjonijiet inkunu nistghu nghidu li x-xoghol ghall-Maltin ikun garantit u employer ma jaghzilx barrani ghas-semplici raguni li jista’ jhallsu bil-loqom. Jekk dawn il-persuni jkunu stmati bhalna allura imbaghad l-employers jibdew jaghzlu bejn il-haddiema fuq l-istess keffa. Hekk biss ahna l-Maltin inkunu nistghu niehdu dak li hu taghna. Irridu nistennew ftit iehor biex naraw certi bidliet. Li hu zgur hu li s-sitwazzjoni f’Malta trid tinbidel bil-fors.

| < Prev | Next > |
|---|






