Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Attakk anti-nazzjonali

E-mail Print PDF
Sharejmicallef L-attakk anti-Nazzjonali li l-gvern u l-Partit Nazzjonalista mmuntaw kontra t-30 Anniversarju mill-kisba tal-helsien ta’ pajjizna huwa moqziez u tal-misthija. Moqziez u tal-misthija ghaliex qed ikun attakkat jum storiku ghall-poplu Malti u Ghawdxi kollu kemm hu.

Sa minn kmieni din is-sena jien kont ktibt lill-Ministru Dolores Cristina, responsabbli fost ohrajn mic-celebrazzjonijiet tal-Festi Nazzjonali sabiex tghidli xi hsibijiet kellu l-Gvern dwar kif ser ikun qed ifakkar it-30 Anniversarju ta’ Jum il-Helsien. Qalbi hebritni ghaliex wara stennija ta’ xahar u ftit, l-Ministru Cristina wegbitni li l-hsieb tal-Gvern huwa l-istess dwar kif fakkar Jum il-Helsien fis-snin li ghaddew. Jigifieri prattikament ma kien se jsir xejn. Ergajt ktibt lill-ministru Cristina sabiex tikkonsidra d-decizjoni tal-Gvern, fid-dawl li t-30 Anniversarju kien tabilhaqq okkazjoni specjali, u allura kien xieraq li l-Gvern jaghtih tislima specjali. Ir-risposta li ergajt inghatajt kienet fin-negattiv. F’dan kollu johrog bic-car li l-Gvern mhux interessat ifakkar it-30 Anniversarju ta’ wahda mill-hames festi Nazzjonali.

Izda l-attakk ma waqafx hemm. Anzi zdied, u huwa kkordinat mid-Dar Centrali sal-ministeri tal-gvern. Tant li fil-mira ta’ l-attakk li ghaddej kontra din il-festa Nazzjonali hemm ukoll l-erba’ Kunsilli Lokali fil-Kottonera. Il-Kalkara, il-Birgu, Bormla, u l-Isla. Dan kollu ghax l-erba’ Kunsilli Lokali fejn lahqet il-qofol taghha l-grajja ta’ Jum il-Helsien, gew imhegga mill-PL biex anke huma jorganizzaw attività wahda fil-lokalitajiet rispettivi taghhom biex jitfakkar dan l-anniversarju flimkien u fost il-komunitajiet li jirrapprezentaw. Izda dan ma kienx bizzejjed. Fl-ahhar jiem bdiet ghaddejja wkoll intimidazzjoni tal-misthija, u anke vendikazzjonijiet li ma jitwemmnux kontra ghaqdiet fil-Kottonera li se jkunu qed jaghtu s-sehem taghhom fic-celebrazzjonijiet li se jittellghu fil-Kottonera bejn il-25 u l-31 ta’ Marzu li gej. Fost dawn hemm il-kumitat tal-armar tal-festa tal-Kuncizzjoni f’Bormla. Meta l-Hamis li ghadda marru biex jifthu l-mahzen kif jaghmlu s-soltu, sabu karta mwahhla fil-forma ta’ avviz mid-dipartiment tal-artijiet tal-gvern biex fi zmien jumejn johorgu kollox mill-mahzen. Fin-nuqqas li jaghmlu hekk kien se jkun hemm zgumbrament mill-awtoritajiet.

Dan il-mahzen kien inghata lill-ghaqda tal-armar Bormliza tal-festa tal-Kuncizzjoni daqs 22 sena ilu mill-eks Ministru Nazzjonalista Ugo Mifsud Bonnici.

Din l-azzjoni, nghid jien vendikazzjoni, mid-dipartiment tal-artijiet giet wara li l-gimgha l-ohra l-kumitat tal-armar tal-festa tal-Kuncizzjoni accetta li jarma antarjoli u bandalori f’Bormla fl-okkazjoni tat-30 Anniversarju ta’ Jum il-Helsien. Azzjonijiet bhal dawn ghandhom ihammru wicc il-gvern ta’ Lawrence Gonzi li ghadu ghaddej bil-mentalità ta’ pika u firda fost il-poplu Malti u Ghawdxi anke fejn tidhol festa Nazzjonali.

Filwaqt li l-PL ma kienx qed jistenna li l-gvern ta’ Gonzi jonfoq ‘il fuq minn Lm630,000 kif kien nefaq Eddie Fenech Adami fl-1989 biex jitfakkar il-25 sena Anniversarju ta’ Jum l-Indipendenza, il-PL mhux ser jaccetta li Jum il-Helsien ikun imkasbar kif jixtieq il-gvern ta’ Gonzi u l-PN. Ghalhekk li ilna ghaddejjin bi thejjijiet kbar biex mill-gimgha d-diehla kollha sal-31 ta’ Marzu li gej, norganizzaw kif inhu xieraq attivitajiet differenti, u ohrajn tal-massa biex infakkru it-30 Anniversarju mill-kisba tal-helsien. L-attakk tal-gvern u l-PN fuq Jum il-Helsien, festa Nazzjonali, ghandu jkun ta’ sfida ghalina lkoll li nghozzu dan il-jum biex nattendu bi hgarna ghac-celebrazzjonijiet li se jkun hemm fil-Kottonera l-gimgha d-diehla.

Fuq kollox nappella biex bhal ghada gimgha, it-Tnejn 30 ta’ Marzu mill-5pm ‘il quddiem, ningabru f’Bormla, u aktar tard fil-Birgu ghal Mass Meeting kbir f’dan l-anniversarju storiku ghall-gens Malti kollu kemm hu.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata