Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Konsultazzjoni

E-mail Print PDF
ShareX’inhi d-differenza principali bejn il-Parlament Ewropew u dak Malti? Il-funzjonijiet huma totalment differenti. Fuq naha ghandek dak Malti li jrid imexxi ‘il quddiem il-politika tal-partit fil-Gvern u jillegisla skont il-programm li bih ikun tela’. Fuq in-naha l-ohra l-Parlament Ewropew jillegisla wara dibattitu dak li normalment ikun propost minn istituzzjonijiet ohra, l-aktar il-kummissjoni.

Is-sistemi taz-zewg parlamenti huma differenti wkoll. L-aktar differenza li tispikka hi dik ta’ kif jigu diskussi jew proposti s-suggetti. Fil-Parlament Ewropew ghandek zewg gruppi kbar, il-Partit Popolari (EPP) li maghhom hemm il-membri Nazzjonalisti u l-Partiti Socjalisti (PES) li maghhom hemm il-membri Laburisti. Hemm ukoll gruppi ohra fosthom il-partiti hekk maghrufa bhala tal-hodor. Is-suggetti ghad-diskussjoni qabel jersqu fil-Parlament, ikunu l-ewwel skrutinizzati f’kumitati zghar iffurmati minn rapprezentanza mill-gruppi kollha, specjalment mit-tnejn il- kbar. Normalment fi gruppi zghar aktar hemm cans issib qbil. Fi grupp zghir wiehed jista’ jesprimi ruhu ferm ahjar u ma tantx ikun hemm diskorsi ghall-gallarija. Wara hafna laqghat tigi ppublikata t-tezi finali u fuqha issir id-diskussjoni ahharija fil-Parlament. Kull membru li jkun irid jitkellem ikollu ghad-dispozizzjoni tieghu tliet minuti li matulhom irid jghid dak li jixtieq. Mhux sieghat shah tafux!

Dan ma jfissirx li jkun hemm qbil dwar kollox u li kull ma jigi propost mill-kumitati jigi approvat. Anke fil-kaz taghna fil-Kumitat Ekonomiku u Socjali nahdmu kwazi fuq l-istess sistema. Ahna m’ghandniex partiti politici izda tliet gruppi. L-akbar rivalità hi bejn il-gruppi 1 u 2, dawk tas-sidien u tal-haddiema. L-opinjonijiet li nressqu ahna jigu l-ewwel ippreparati fi gruppi zghar u meta jigu quddiem il-plenarja isirulhom emendi. Fil-maggoranza ta’ l-opinjonijiet jinstab qbil u huma rari fejn xi opinjoni ma tigix approvata. Isir hafna lobbying izda naraw kif insibu t-triq tan-nofs u dik tal-kunsens.

Donnu li f’Malta isir ezatt il-kontra. Aktar mill-kunsens infittxu l-pika. Dawn l-ahhar gimghat kellna diversi ezempji fejn il-Partit Laburista pprova jimbotta ‘il quddiem suggetti, fl-opinjoni tieghi ta’ interess nazzjonali izda fil-kazi kollha l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ra fik ghamel u kisser kull inizjattiva. Mhux biss izda assistejna ghal diskorsi li mhux dehen li jsiru fil-Parlament. Kellna sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru jghid li ser jivvota “bil-qalb kontra” mozzjoni tal-PL. Kif fil-fatt ghamel u ftit granet wara jghid li ser ikun hemm rohs fit-tariffi. Nistaqsi jien, ma kienx ikun ahjar ghal kulhadd li kieku flok assistejna ghal dan id-dibattitu fil-Parlament, kieku il-Gvern u l-Oppozizzjoni sabu triq tal-kunsens? Nemmen li kieku illum m’ghandiex aktar problemi dwar dan is-suggett.

Dan mhux l-uniku suggett. Hemm il-kaz ta’ l-immigrazzjoni illegali, il-hlas tal-VAT fuq karozzi, l-ambjent u l-energija alternattiva, suggetti li jistghu ikun skrutinizzati qabel. Ghaliex fil-Parlament ma mmorrux b’affarijiet li jressquna ferm eqreb milli ikomplu joholqu l-firda. Mhux qed nghid li ghandu jkun hemm opinjoni wahda dwar kollox izda zgur li m’ghandniex infittxu biss dak li jifred. Fl-UE hekk isir. Normalment indumu hafna niddiskutu izda finalment, wara li kulhadd jghid tieghu u d-dokument jigi emendat skond il-htiega, jinstab qbil finali.

Tghid ghad nigu hekk f’Malta xi darba? Ejja ma nibqghux narmu opinjonijiet validi ghas-semplici raguni li gejjin min-naha l-ohra tal-kamra.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata