Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Id-dimensjoni socjali tat-tibdil fil-klima

E-mail Print PDF
Share

andrew_azzopardiIt-tibdil tal-klima fondamentalment jaffettwa l-kwalità ta’ hajja ta’ kull cittadin.  Li nghixu f’serenità u f’ambjent imfassal fuq l-istabbilità huwa ingredjent essenzjali biex din it-trankwilità’ tigi assigurata.  Min-naha l-ohra t-tibdil (ghal hazin) fl-ambjent kif ukoll il-klima instabbli jipperpetwaw skumdità fuq livell individwali u kollettiv.

Ghall-gurnal KullHadd ANDREW AZZOPARDI janalizza l-atitudnijiet li rridu niehdu quddiem din il-problema u l-effett fuq il-kwalità tal-hajja.

Pajjizna jiddependi fuq politika ekologika b’sahhitha jekk irridu nirkbu l-ostakoli li qed jimblukkaw l-izvilupp sostenibbli.  Ir-rapport fuq it-Tibdil tal-Klima huwa importanti ghax jipproponi tattika u strategija ta’ kif  il-politika socjali u l-politika pubblika tista’ u ghandha tirrispondi ghal mod kif qed tghajjex lilha nnifisha s-socjetà.

Fattur interessanti f’dan ir-rapport huwa l-appell biex ikun hemm impenn socjali msejjes fuq il-kreattività halli jinstabu l-mezzi u l-mekkanizmi kemm fuq livell ckejken individwali kif ukoll f’dimensjoni aktar wiesa’ u kollettiva.

Irid ikollna l-kuragg biex bhala Poplu u anke f’termini legislattivi ma narawx biss il-konsiderazzjonijiet finanzjarji imma anke r-ritorn li tiehu l-komunità meta jkun hemm ambjent sahan.  Dan isehh jekk dan ir-rapport jindirizza wkoll kuncett baziku, cioè s-sens ta’ komunità imsejjes fuq prattici li jtejbu l-hajja taghna lkoll, fosthom id-‘djalogu’, is-‘shubija’, it-‘trasparenza’ u r-‘rispett reciproku’. 

Attitudnijiet

Tragward importanti hafna li jaghmel dan ir-rapport, fil-fehma tieghi, huwa li jelenka l-imgieba etika tal-poplu, imgieba li tanticipa partecipazzjoni attiva tac-cittadin f’qafas ta’ ekologija sostenibbli inkapsulata fil-gustizzja socjali.  Dan jista’ jigri jekk napplikaw lilna nfusna, jekk lesti naghmlu transformazzjonijiet fil-mod kif nghixu u jekk nifhmu d-diskorsi kumplessi madwar l-edukazzjoni ambjentali.  L-edukazzjoni, il-holqien ta’ kuxjenza u t-tahrig prattiku fil-kategoriji socjali kollha essenzjalment jikkompattaw dan il-mandat li jispira, jinforma u jiffacilita lil pajjizna biex jilhaq livelli accettabbli f’dan is-settur. 

Il-kwalità tal-hajja

Il-kwalità tal-hajja ta’ popolazzjoni hija issue krucjali li ghandha l-gheruq taghha fl-impenn lejn it-tibdil socjali.  Parti sinjifikanti mill-kwalità tal-hajja taghna huwa mkejjel fuq il-kapital socjali li ghandna u mill-livelli ta’ kumdità li ngawdu. Bhala cittadini attivi rridu nixprunaw lil xulxin u nkunu l-watchdogs u l-mudelli ta’ hajja ghall-ohrajn.  B’dan il-mod il-mizuri ma jkollhomx htiega ta’ infurzar mill-iStat imma jsiru trend accettabbli.  Hemm sfida kbira quddiemna, forsi sfida marbuta mal-island mentality – mentalità li tistimula attitudnijiet li huma xi kultant self-centered, fejn xejn ma jghodd hlief ‘jien u l-ispazju tieghi’.

Madankollu, forsi dan ir-rapport dwar it-Tibdil fil-Klima ghandu bzonn jenfasizza dawn il-mistoqsijiet:

• Kif nistghu niddefenixxu l-komunità llum il-gurnata? 

• Kif se jaffetwana t-tibdil fil-klima fil-passagg tal-hajja taghna?

• X’miuri ser niehdu biex il-grassroots ikollhom opportunità jaghmlu t-transformazzjonijiet li hemm bzonn?

Il-qafas ta’ dan ir-rapport irid ikun strutturat madwar konvinzjoni psiko-politiko-socjali.  Jekk ma jkunx hemm il-konvergenza tal-‘jien’, ta’ l-‘ahna’ u tal-legistlattiv – minn hin ghall-iehor ser incedu taht il-piz tad-decizjonijiet li jridu jittiehdu – decizjonijiet li jiswew kemm fi flus, kif ukoll f’tibdil fl-istil ta’ hajja.  

Inharsu ‘l quddiem

Ir-rapport dwar it-Tibdil tal-Klima jindirizza imma ma jenfasizzax bizzejjed; il-good governance, il-htiega tad-dibattitu perpetwu wiesa’ (kemm dak vertikali kif ukoll orizzontali), il-bzonn li jittiehdu decizjonjijiet, it-titijib fl-immaniggjar tar-rizorsi tal-komunità u l-uzu ahjar f’dak li huwa spazju pubbliku.

Dawn huma xi ftit kuncetti li hemm bzonn inharsu lejhom mill-qrib;

• Nifhmu u nfehmu ahjar l-issues madwar l-izvilupp sostennibbli;

• Nipprezentaw pjan ta’ hidma mfassal fuq tul ta’ zmien b’ideat pragmatici ta’ x’ser tfisser il-harsien tal-klima ‘ghalija’;

• Nipprezentaw strategiji biex ikollna dibattitu kontinwu ta’ natura ambjentali; 

• Nibnu fuq ix-xoghol siewi tas-Center for Environmental Education and Research (CEER) ta’ l-Università ta’ Malta

• Intejbu dak li fl-opinjoni tieghi huwa deficenza fil-poplu taghna – in-nuqqas fin-networking;

•  Noholqu aktar strutturi li jikkonvergu l-ispecjalizzazzjoni li gejja mill-NGOs, l-Agenzija ta’ l-iStat, il-komunità kummercjali u s-Socjetà Civili;

• Niddisinjaw strategiji mfassla fuq pjan ta’ politika pubblika vizjonarja;

• Ninvestu fl-R & D u t-tahrig;

• Nesploraw modi kif is-socjetà tista’ tigi edukata f’dak li huwa titjib tal-kuxjenza kollettiva;

• Nippozizzjonaw id-dibattitu fuq it-Tibdil tal-Klima fi hdan diskorsi ta’ zvilupp sostenibbli;

• Infasslu framework li jhares u jghaqqad l-izvilupp urban ma’ dak rurali;

• Niddiehsu mat-Trattat imniedi mill-United Nations Framework Convention on Climate Change (UNFCCC);

• Insahhu attivament l-iskemi marbutin mal-Agenda 21.

It-Tibdil fil-Klima ghandu effett dirett u mmedjat fuq kif qed nghixu l-hajja taghna.  Irridu nammettu li l-izvilupp f’pajjizna huwa ta’ min jiccelebrah imma dan gab mieghu prezz kemmxejn gholi; zieda fl-incidenza ta’ l-azzma, bini estensiv u hafna individwalizmu fost ohrajn.  Dan huwa rapport li jbexxaq tieqa ta’ opportunità ghalina lkoll biex kollettivament, minghajr lealtijiet lejn xi agenda partiggjana nkunu kuragguzi bizzejjed u nfakkru lilna nfusna li dak li qed naghmlu llum ser jissarraf fi kwalità ahjar ta’ hajja, ghalina u ghal ta’ warajna.  Il-holma taghna lkoll hija li nghixu fi trankwillità ma’ xulxin u ma’ l-ambjent li jospitana – issa sta ghalina!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata