Wicc sinonimu fuq it-televizjoni lokali, jhaddan wahda mill-ikbar agenziji ta’ l-ivjaggar hawn Malta, bniedem ta’ rispett kbir u ghal sentejn shah kien iservi bhala chairman tal-Malta Song.
Qed nirreferi ghal hadd hlief - Norman Hamilton. Norman twieled fit-28 ta’ April ta’ hafna snin ilu. Hekk almenu qalli Norman meta staqsejtu kemm ghandu zmien!! Mizzewweg lil Josette Grech u missier ta’ zewgt ibniet – Davinia ta’ 21 sena u Yasmin ta’ 16-il sena. Joqghod is-Swieqi.
“Il-passatempi tieghi huma l-qari u l-football – naturalment mhux nilaghbu, imma nsegwieh fuq it-televizjoni. Bhala tim favorit tieghi huwa l-A.C. Milan u lokalment il-Floriana. Izda dawn ta’ l-ahhar kwazi qtajt qalbi minnhom ghax donnhom qatt ma’ jgibulna xi unur”, beda jghidli fil-bidu ta’ l-intervista tieghi mieghu.
Rabta mas-safar
Peress li huwa propjetarju ta’ agenzija ta’ l-ivvjaggar lokali, naturalment kelli nistaqsih xi kemm-il darba jsiefer matul is-sena.
“Mis-safar minix nieqes. Izda fil-bicca l-kbira s-safar tieghi, li sfortunatament huwa kwazi dejjem fuq xoghol, ikun biss ta’ minn jum sa tlieta. Fejn qabel is-safar ghalija kien passatemp illum sar biss necessità. Nipprova izda li ta’ l-inqas darba f’sena nsib hin li flimkien mal-mara u t-tfal insiefru lkoll flimkien bhala familja izda mhux dejjem possibli ghax issa zdidna b’kelba u qattus id-dar u m’hemmx min izommhom jekk ahna ma nkunux hawn,” tgharrafli Norman.
Mis-safar, gibt id-diskors dwar iz-zwieg tieghu ma’ Josette Grech, li hi wkoll hija wicc sinonimu fuq it-televizjoni lokali.
Fil-fatt infurmani li hu u l-mara tieghu Josette ilhom l-ikbar hbieb sa mill-1974 izda bdew johorgu flimkien f’Jannar ta’ l-1986. Izzewgu fis-6 ta’ Lulju tal-1986, jigifieri ilhom mizzewgin ftit aktar minn 22 sena.
Diversi opinjonijiet ta’ persuni jsostnu li d-differenza fl-età bejn koppja taghmel differenza fl-imhabba. B’hekk peress li kont naf li bejn Norman u bejn Josette hemm 15-il sena differenza, fi kliem iehor Norman huwa 15-il sena ikbar minn Josette, staqsejtu jekk ghalih ghamlitx differenza matul hajjithom.
“Jiena 15-il sena akbar minn Josette izda l-età qatt m’ghamlet differenza, anzi nista’ nghid li aktar ma jghaddu s-snin aktar tikber l-imhabba bejnietna”, sostna Norman.
Fatti dwar Norman Hamilton
Mistoqsi dwar jekk hemmx xi haga li huwa stess jikkritika fih innifsu, dlonk wiegeb, “Nahseb li jien l-ikbar kritiku tieghi nnifsi. Imn’alla li l-programmi tieghi huma live ghaliex niddejjaq inhares lejja nnifsi fuq l-iscreen. Izda kritiku akbar minni hija Josette u noqghod hafna fuq dak li tghidli.”
U rigward l-aktar pregji li jqis li ghandu fil-karattru tieghu, Norman infurmani li huma l-pacenzja u d-determinazzjoni.
“Ma’ naqta qalbi minn xejn u anke jekk l-affarijiet jidhru li gejjin kontra xorta nibqa’ nissielet sakemm ingibha zewg.”
Bhala talent li dejjem xtaq li kellu izda m’ghandux hemm id-daqq tal-pjanu.
“Il-hoss tieghu joghgobni wisq u d-daqq tan-noti fuq dan l-istrument jirnexxielu jirrilassjani kompletament”, stqarr Norman.
Il-karriera ta’ Norman Hamilton fix-xandir bdiet bhala prezentatur/deejay mar-Radju tas-Servizzi Inglizi f’Malta fl-1961, dan kien il-BFBS.
“Kont ghadni zghir hafna. Minn dak iz-zmien ‘l hawn qatt ma harist lura, anke jekk issa x-xandir sar biss passatemp ghalija, minhabba l-impenji ta’ l-agenzija ta’ l-ivvjaggar.”
Dwar jekk hux bi hsiebu jkompli jsahhah din il-karriera tieghu fix-xandir jew jekk wasalx iz-zmien li jieqaf, Norman wegibni b’domanda li staqsa diversi drabi lilu stess, “Meta se nieqaf? Min jaf! Kull sena nghid din hija l-ahhar wahda, izda sena wara l-ohra, l-One TV jergghu igedduli l-programm “Bla Agenda” li issa ilu ghaddej 15-il sena.”
Zied jghidli li fis-sena 1968 il-kumpanija “Rediffusion” li maghha kien jipprezenta ta’ kull filghodu l-“Breakfast Show” baghtithom Londra fuq kors ta’ tliet xhur mal-BBC Radio 1 fejn kien l-“understudy” tal-famuzi prezentaturi Tony Blackburn u Terry Wogan.
“Tghallimt hafna minghandhom, tant u hekk li fl-1975 minn Malta kienu nnominawni biex niehu sehem f’kompetizzjoni organizzata mill-Capital Radio ta’ Londra, ta’ l-aqwa deejay tad-dinja. B’kollox hadna sehem xi 24 prezentatur minn kull parti tad-dinja. Kont gejt it-tielet. Dan nibqa’ nghozzu bhala unur kbir hafna ghalija,” sostna Norman.
Bla Agenda
Tkellimt mieghu dwar il-programm tieghu “Bla Agenda” li kif sostna hu stess ilu jixxandar ghal dawn l-ahhar 15-il sena shah. Fil-fatt “Bla Agenda” din is-sena ha xejra ftit differenti peress li apparti l-erba’ mistednin li jkollhom f’kull programm qeghdin ta’ kwazi kull gimgha jgibu kantanti barranin li jaghtu xejra internazzjonali lill-programm.
“Inkludejna wkoll lit-Teletubi taz-“zoo” li nhoss li ziedu l-“viewership” tal-programm grazzi ghall-istil inimitabbli ta’ Chrysander Agius u Daniel Chircop u l-pupi taghhom.”
Sibtijiet Flimkien
Minn Bla Agenda, mort lura ghas-snin fejn ghal min jiftakar Norman kien jipprezenta “Sibtijiet Flimkien”. Dan kien jixxandar fuq TVM bejn l-1983 u l-1987. “Kont nipprezentah ma’ Josette fl-ahhar sentejn – 1986/87. Imbaghad tela’ l-Gvern Nazzjonalista u waqqfuli l-programm.”
Kif forsi hafna bhali jahsbu, kont nahseb li kien propju mill-programm “Sibtijiet Flimkien” li Norman kien beda jinnamra ma’ Josette. B’hekk semmejtlu b’dan li kont nahseb u tlabtu jikkonfermali jew le dan li kont u m’ghadnix nahseb illum.
“Hafna jahsbu li ltqajt ma’ Josette bis-sahha ta’ “Sibtijiet Flimkien”. Mhu minnu xejn. Bhalma spjegajt aktar qabel matul din l-intervista, konna ilna hbieb sa mill-1974. Li hu minnu hu li fl-1986 it-tnejn li ahna ntbahna li dik li ghal tant snin kienet biss hbiberija issa kienet saret imhabba,” ikkonfermali Norman.
Matul tfulitu, Norman kien ha l-edukazzjoni tieghu fl-iskola St Aloysius bhala boarder. Minn informazzjoni li ksibt, gejt infurmata li hemmhekk ma kienux jithallew jitkellmu bil-lingwa Maltija stess. Mhux hekk biss, talli min kien jinqabad kien jaqla’ kastig. Tlabtu jirrakuntali dwar dan.
“Sakemm kelli 16-il sena kont boarder tagt il-Gizwiti fil-Kullegg St. Aloysius. Dak iz-zmien ma’ konniex nistghu nitkellmu bil-Malti bejnietna, anzi kien ikollna punishment jekk ninqabdu. Minkejja dan xorta kien ikollna lezzjonijiet tal-lingwa Maltija fil-klassi.”
Ex-Chairman Malta Song
Qlibt l-intervista tieghi mieghu dwar il-kariga li kellu bhala chairman mal-Malta Song. Fil-fatt serva f’din il-kariga mis-snin 1996 sa l-1998.
“Kont responsabbli ghal zewg Eurovisions – dak ta’ Dublin ma’ Debbie Scerri u l-iehor f’Birmingham ma’ Chiara fejn gejna t-tielet imma kellna nirbhu kieku ma’ kienx ghall-vot tal-Macedonia li waqqaghna mill-ewwel ghat-tielet post. Tassew serquhielna dak in-nhar. Meta rega’ tela’ l-Gvern tal-PN fl-1998 iddecieda li jnehhini mill-kariga ta’ Chairman.”
Madanakollu, Norman ghadu ntiz u ghadu jsegwi mill-qrib il-Maltasong kif ukoll il-Eurovision Song Festival.
“Ghadni wkoll nitla’ kull sena fil-pajjiz fejn f’Mejju jsir il-Eurovision. Minn dawn il-pajjizi dejjem, grazzi ghal Pierre Cachia u Jason Busuttil li jiffurmaw parti mit-team tal-produzzjoni ta’ “Bla Agenda”, nibaghtu rapporti ta’ ghaxar minuti kuljum permezz tas-satellita u dawn jixxandru fuq One TV.”
Lifetime Achievement Award
Fl-ahharnett ma stajtx ma nsemmix mieghu l-premju Lifetime Achievement Award li kien kiseb.
“Il-Lifetime Achievement Award ifisser hafna ghalija, specjalment meta dan ma jinghatax lili minn xi organizzazzjoni Maltija imma nigi moghti dan l-unur minn organizzazzjoni Internazzjonali stabbilita bhal ma hi l-“World Congress of Arts, Sciences and Communications”, temm jghidli Norman.età

| < Prev | Next > |
|---|






