Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

BL-ISKOSSI

E-mail Print PDF
Share

Ma nafx kemm ilni nisma’ bi progetti li suppost saru, jew li suppost ghad iridu jsiru fil-belt kapitali Valletta. U_aktar ma’ nisma’, aktar nikkonvinci ruhi li din l-imbierka belt kapitali hija destinata ghal progetti bl-iskossi.
F’dawn l-ahhar ftit xhur biss, kellna l-progett tal-kon-kattidral ta’ San Gwann li holom bih RCC, u spicca f’hofra.
Kellna wkoll il-progett tal-parkegg fi Pjazza San Gorg ta’ Gorg Pullicin li ra kollox itirlu mar-rih hekk kif f’daqqa wahda nduna li taht il-pjazza ma nafx kemm hemm passaggi u ma nafx xhix iZjed.
U issa ghandna l-progett tal-lift tal-Barrakka, li habrilna Austin Gatt wara li ma nafx kemm-il ministru qablu kienu weghduhulna u baqgha ma ghamluhx. Imma ma’ Austin m’hemmx cajt.
Austin qalilna car u tond li l-progett jitlesta sal-2011. Nittama li ma tinstab l-ebda hofra, l-ebda passagg, u l-ebda oggezzjoni ghal xi disinn u eventwalment anke dan il-progett itir mar-rih.



2. X’NASSA NASSA!

Ghandek tghid li hawn min verament jilhaqlu. U fost dawn hemm dik li isimha ma jispicca qatt (Roberta Metsola Tedesco Triccas) u li hierga mal-PN.
Ghal min ma jafx, Roberta Metsola Tedesco Triccas hija l-unika kandidata tal-PN_li qalet li taqbel ma’ tal-Labour li l-gvern ghandu jrodd lura t-taxxa li seraq minn fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi.
Billi qalet li taqbel, ma jfissirx li verament taqbel.
Li nafu huwa li malli qalet li taqbel, hafna nies li kienu fil-kju l-Hamrun biex jaghtu isimhom lil tal-Labour, qabdu u telqu mill-kju.
Li kieku Roberta ma qalitx li taqbel ma’ tal-Labour, min jaf kemm aktar eluf (mas-17,000) kienu jinkitbu ma’ tal-Labour.
U_minn fuq, Tonio Fenech hareg jghajjarha li waqghet fin-nassa tal-Labour!

3. Biex naqtghuha

Milli jidher din il-bicca tal-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi, se ttawwal sew. Peress li lili, affarijiet li jtawwlu Z-Zejjed idejquni, irrid naghmel dan is-suggeriment.
L-ewwelnett irrid nghid li jien naqbel ma’ dak li kiteb Alfred Mifsud li mhux sewwa li l-hafna jaghmlu tajjeb ghal ftit.
M’hemmx ghalfejn nghidilkom li Alfred_Mifsud kiteb hekk mhux ghax waqa’ ghan-nassa tal-PN. Mhux biss ghax Alfred Mifsud jippretendiha ta’_Laburist, imma l-aktar ghax huwa gharef wisq biex jaqa’ ghal xi nassa. Imma apparti n-nases. Is-suggeriment tieghi huwa li biex naqtghuha darba ghal dejjem, il-gvern jaghmel taxxa ta’ darba - nghidu ahna ta’ xi elf euro - u din it-taxxa tithallas biss minn dawk kollha li ma xtrawx karozza wara li dhalna fl-UE.
Din it-taxxa ghandha tissejjah taxxa li mhux suppost tithallas. B’hekk kulhadd ikun hallas taxxa li mhux suppost thallset; tkun saret ingustizzja ma’ kulhadd u mhux ma’ ftit; u l-kaxxa ta’_Malta, minflok tkompli titbattal, timtela’ xi ftit.
X’tahseb Fred? Jekk m’ghandekx opinjoni, tista’ tiehu parir minghand Tonio.


4. Ma tghallimt xejn


F’dawn l-ahhar gimghat tghidx kemm qattajt hin inqalleb fid-dizzjunarji.
Fittixt il-kelma “jikkandidaw” (ruhhom) li ilni ma nafx kemm nismaghha fuq Super One Radio.
Fittixt il-kelma “kapjenza” uZata mill-abilissimu gurnalista Ray Abdilla ta’ “In-Nazzjon”.
Fittixt il-kelma “siringata” li qrajtha b’tipi kbar fuq il-faccata ta’ “l-orizzont”.
Ma rnexxieli nsib l-ebda wahda minnhom biex spiccat hlejt hafna hin, minghalija se nitghallem xi haga, u bqajt ma tghallimt xejn.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata