Il-Eurovision Song Contest ta’ l-1996 fethilha bibien godda. "Hajti nbidlet ghaliex kulhadd sar jaf bija, u sirt persuna mpenjata hafna. Kont ixxurtjata li kelli hafna stediniet barra minn Malta, u bis-sahha tal-Eurovision zort hafna pajjizi. Inhoss li permezz tal-Eurovision ghamilt hafna hbieb u tghallimt hafna.”
Hekk bdiet tghidli Miriam Christine fil-bidu ta’ l-intervista tieghi maghha. Miriam Christine ghandha 30 sena, mizzewga lil Mark Warner u ghandhom tifel ta’ sentejn bl-isem ta’ Rio. “Bhalissa qed nikkoncentra fuq il-kant, nghallem il-kant lil diversi studenti, niehu hsieb il-Gozo Children’s Choir, kif ukoll inkanta u nikkomponi l-kanzunetti. Wara iktar minn 11-il sena nghix Malta, illum il-gurnata noqghod flimkien mal-familja tieghi, x-Xaghra, Ghawdex”, ziedet tghidli Miriam Christine.
Karriera muzikali
Mitluba tiddeskrivili hajjitha qabel il-Eurovision 1996, Miriam Christine infurmatni li ghalkemm qabel il-Eurovision kienet ilha madwar tnax-il sena tkanta, u kienet anke siefret biex tkanta f’xi pajjizi, kienet iktar tikkoncentra fuq l-iskola u l-istudji taghha. “Il-mamà dejjem ghallmitni li l-iskola tigi l-ewwel, allura l-istudji, kemm dawk skolastici, kif ukoll tal-pjanu, kienu jiehdu priorità ghalija. Il-kant, ghalkemm kont inhobbu hafna, bhal-lum, kien iktar qisu passatemp.”
Tkellimt maghha rigward il-bidla li ghamlet matul is-snin fl-istil muzikali taghha. Fil-fatt sirt naf li wara s-sena tal-Eurovision, Miriam Christine kienet kompliet bl-istudji taghha. Ghalhekk kien hemm zmien fejn kellha twarrab mix-xena ta’ l-ispettaklu. Fil-fatt, infurmatni li hafna nies kienu hasbu li kienet waqfet tkanta.
“Imbaghad meta lestejt l-istudji, ridt nerga’ lura fix-xena muzikali bil-kbir. Kien hemm il-periklu, li wara l-Eurovision, nibqa’ stagnata fl-istess stili li dejjem kont inkanta. Ghalhekk fittixt producers differenti, bdejt nisma’ muzika differenti, u domt hafna nahdem fuq materjal gdid, li bih naghti lill-fans tieghi u lill-pubbliku xi haga differenti u friska. Minn hekk hareg l-album Little Zee. Kuntenta hafna bih ghax il-kanzunetti, li hargu kollha mill-pinna tieghi u ta’ zewgi Mark (jien ktibt il-muzika, u Mark kiteb il-lirika), huma kollha ghal qalbi, u hafna minnhom ghamlu success fuq l-istazzjonijiet tar-radju lokali”, infurmatni sodisfatta Miriam Christine.
Iddiskutejt maghha wkoll rigward il-videos muzikali taghha. Fil-fatt semmiet il-fatt li hija xxurtjata hafna li zewgha Mark jaghtiha sapport kbir u huwa l-mohh wara l-videos muzikali kollha taghha. “Hafna kantanti jistennew ir-rebha tal-Eurovision biex ikollhom il-video taghhom. Jiena, grazzi ghal Mark, u ghall-ghajnuna li hafna u hafna hbieb taghna jaghtuna, nipprova li kull meta nohrog xi single gdida, nakkumpanjaha b’video muzikali wkoll. Hawn Malta mhux facli, ghaliex minhabba c-cokon taghna, m’hawnx sahha fix-xena muzikali, izda nhoss li l-pubbliku Malti u Ghawdxi jaghtina hafna appogg. Jiena nipprova dejjem naghtihom lura dik ix-xi haga differenti halli nibqa’ wkoll niggenera ruhi u nzomm l-interess fil-muzika tieghi haj”.
Hajja personali
Mill-muzika, qlibt l-intervista tieghi ghall-hajja personali ta’ Miriam Christine. Staqsejtha kif kienet iltaqghet ma’ dak li llum huwa zewgha – Mark Warner. “Jiena u Mark ltqajna iktar minn disa’ snin ilu fuq is-set ta’ musical lokali. Mark kien habib kbir tad-direttur, Bryan Muscat, u kien gie jara l-produzzjoni. Wara li ntemm ix-show, il-cast kollu ltaqa’ ghal ikla flimkien, u Mark gie wkoll. Minn dak inhar ‘il quddiem bqajna nzommu kuntatt, sakemm spiccajna nohorgu flimkien. Izzewwigna f’Novembru 2003 fis-Santwarju Ta’ Pinu, Ghawdex u sentejn ilu kellna lil Rio”, irrakuntatli Miriam Christine.
Immaginajt li l-hajja mizzewwga u dik ta’ omm affetwatha mhux hazin fil-hajja taghha ta’ kantanta. Fil-fatt kien hawnhekk li propju tgharrfitli li f’dawn l-ahhar sentejn kellha ghal darb’ohra twarrab ftit mix-xena muzikali. “Però minn qalbi nghid li ma ddispjacini xejn. Dan ghaliex b’hekk gawdejt lit-tifel kemm stajt u qattajt ftit mill-isbah mumenti ta’ hajti mieghu. Kif jistghu jghidulek l-ommijiet kollha, t-tfal jiehdu hafna u hafna hin, u Rio ma kienx b’inqas. Izda issa li qed jikber, qed jirnexxieli nsib aktar hin ghall-muzika u ghall-progetti l-godda tieghi.”
Hawnhekk waqa’ d-diskors dwar it-tifel ckejken taghha – Rio. Infurmatni li Rio ghandu sentejn maghluqa u li gab hafna ferh fil-hajja taghhom kollha. “Inhoss ukoll sens ta’ responsabiltà kbira, ghaliex fejn qabel kont nista’ naghmel iktar affarijiet, illum il-gurnata qabel ma nikkommetti ruhi, dejjem irrid nahseb f’Rio u nara li nista’ nirranga l-impenji tieghi madwaru. Izda li kieku kelli nibdel xi haga, ma nibdel xejn u nerga’ naghmel kollox kif ghamilt s’issa.”
Fil-fatt hawnhekk tgharrfitli wkoll li ghalissa m’ghadhiex impjegata mal-Education 22 u tinsab wieqfa ghal hames snin leave without pay sabiex tkun tista’ trabbi lit-tifel. “Dawn l-ewwel snin tieghu ma jergghu jigu qatt, allura nixtieq inkun hemm ghalih kull mument bhalissa.”
Id-diskussjoni baqghet fuq Rio, meta ftakart li sorsi nfurmati sewwa kienu nfurmawni li n-number plate tal-karozza ta’ Miriam Christine hija bl-ittri RIO. Tlabtha tikkumenta dwar dan.
“Kif jafu hafna nies li jafuni, l-karozza tieghi ilha ghandi ghal hafna snin issa u hija sempliciment kumbinazzjoni li hija l-istess bhall-isem tat-tifel. Dejjem kont naf bir-rabta tieghi mal-Brazil, ghalhekk, meta l-mamà u l-papà xtrawli l-karozza, ridt naghmel xi haga fin-number plate li kellha x’taqsam mal-Brazil. U ghazilt il-kelma Rio ghax dik kienet toqghod fit-tliet kelmiet li tista’ taghmel fuq in-number plate”, wegbitni Miriam Christine.
Ta’ nisel Braziljan
Kien propju f’dan il-mument li waqa’ d-diskors dwar il-mawra taghha sal-Brazil, waqt iz-zjara taghha ghand il-familja naturali taghha. Mistoqsija x’effetti halliet din iz-zjara fuqha, Miram Christine wiegbet, “Mark u jiena morna l-Brazil ghall-qamar il-ghasel taghna. Kienu erba’ gimghat li ma ninsew qatt. Zorna diversi postijiet madwar il-Brazil, fosthom Rio, Salvador do Bahia, Brasilia, u morna wkoll hdejn il-familja naturali tieghi. Meta ltqajt maghhom irnexxieli nwiegeb hafna mistoqsijiet li dejjem kelli. Inhoss li kemm jiena u kemm huma sibna certu paci, issa li ltqajna u sirna nafu x’gara fil-passat mit-tnejn li ahna.”
Dwar jekk sal-lum ghadiex fil-kuntatt maghhom, wiegbet, “Biex izzomm il-kuntatt mal-Brazil huwa ftit difficli ghaliex il-mezzi tal-komunikazzjoni taghhom huma hziena ghall-ahhar. Barra minn hekk, il-lingwa hija problema wkoll ghaliex il-Portugiz hija lingwa kkumplikata u difficli biex niftiehmu fuq it-telefon.”
Mill-Brazil, qlibt l-intervista tieghi fuq Malta u Ghawdex. Fil-fatt staqsejtha jekk qatt ikkunsidratx li tigi tghix Malta.
“Kif ghidt iktar qabel, jiena ghext ghal iktar minn 11-il sena Malta, partikolarment ghamilt diversi snin nghix ir-Rabat u kont kuntenta hafna. Izda issa ergajt lura Ghawdex, l-iktar sabiex inkun iktar vicin tal-genituri adottivi tieghi. U kien pass tajjeb hafna, ghaliex qed insib hafna ghajnuna u sapport mill-mama fit-trobbija ta’ Rio”, sostniet Miriam Christine.
Tlabtha ttini l-opinjoni taghha dwar jekk tarax xi differenza bejn Malta u Ghawdex. “Kemm il-Maltin u kif ukoll l-Ghawdxin huma poplu ta’ qalb kbira u ma narax differenza bejniethom. Id-differenza li nara bejn iz-zewg gzejjer hija li Ghawdex huwa iktar kwiet minn Malta, izda sempliciment ghaliex hawn hafna inqas nies jghixu f’Ghawdex milli hemm f’Malta.”
Dwar kemm ta’ spiss tinzel Malta, Miriam Christine infurmatni li tkun Malta kull gimgha. Gieli anke tkun Malta kuljum. Ziedet tghidli li tiehu gost hafna tinzel Malta ghaliex taqta ftit mir-rutina tas-soltu, u anke ghaliex Malta toghgobha hafna.
Ergajt bdejt niddiskuti maghha dwar il-kant. Fil-fatt semmejtilha l-Malta Hit Song Contest 2008, fejn hi stess kienet ir-rebbieha bil-kanzunetta Alone Today. “Wara zmien li kont nieqsa mix-xena muzikali, kelli din is-single lesta u xtaqt inwassalha lill-pubbliku. Hassejt li kienet opportunità tajba ghaliex l-organizzaturi taw hafna exposure lill-kantanti u lill-kanzunetti. Hadt gost hafna niehu sehem u kienet esperjenza pozittiva hafna. Grazzi ghal din l-opportunità, issa ghandna l-video ghal “Alone Today” lest ukoll.”
Hawnhekk qajjimt l-argument maghha dwar x’tahseb u x’tikkumenta ghall-fatt li bl-istess kanzunetta, qed nirreferi hawnhekk ghal “Alone Today”, l-anqas biss kienet ghaddiet ghall-ewwel fazi tal-Maltasong 2008, u biha stess rebhet il-Malta Hit Song Contest 2008.
“Nahseb li kull bniedem huwa ntitolat ghall-opinoni personali tieghu. Fil-Maltasong 2008 kien kemm panel ta’ gurija li ma laqghux il-kanzunetta tieghi. Ninsab certa li kieku kien hemm panel ta’ gurija differenti, l-ghazla kienet wisq probabbli tkun differenti. Dan jghodd ghal kull tip ta’ kompetizzjoni. Ghalhekk dejjem nishaq ma’ l-istudenti tieghi ukoll, li qatt m’ghandhom jaqtghu qalbhom, ghaliex fid-dinja jinghalaq bieb u jinfethu mija. L-importanti huwa li tibqa’ dejjem saqajk ma’ l-art, tibqa’ tahdem ghall-karriera u taghmel dejjem il-100% tieghek”, wegbitni Miriam Christine.
Lucky Birthday
Fl-ahharnett, minn informazzjoni li kont fittixt qabel ma avvicinajtha ghal din l-intervista, kont naf li t-30 ta’ Gunju li ghaddew kien propju l-lucky birthday taghha. B’hekk hadt l-opportunità u staqsejtha kif qattghet din il-gurnata partikolari taghha.
“Kienet gurnata mill-isbah. Qattajtha mal-familja. Filghaxija mbaghad kelli party u ikla mal-familja u hbieb tieghi. Kienet serata mill-isbah u minix ser ninsieha malajr. Ridt nibda t-tletinijiet bl-ahjar mod possibbli.
“Ghaliex ghalija kull sena li nixjieh mhix problema, izda hija sena ohra mzewwqa esperjenzi, taghlim u mumenti sbieh li jghinuni nikber u nsir persuna ahjar”, temmet tghidli Miriam Christine.

| < Prev | Next > |
|---|








