Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Wied il-Ghasel

E-mail Print PDF
Share

agius_decelis_anthonyTul hajti kollha il-kunjom Deidun kien marbut ma’ irgulija bla limitu u serjetà kbira. Sa ftit taz-zmien ilu Deidun kien ifisser li ma titkellimx fuq xi hadd jekk mhux fil-pozittiv. Li lesti li johorgu barra mil-linja biex jghinu lil min jkun fil-bzonn.

Ghadni ma nistax nifhem ghaliex Alan Deidun kiser it-tradizzjoni tal-familja tieghu u ghaliex qieghed ihalli lill-PN juzah. Qieghed nghid hekk l-aktar wara li Alan Deidun attakka lill-Partit Laburista li bhal donnu issa stembah fuq il-kwistjoni ta’ Wied il-Ghasel.

L-anqas ma stennejt li suppost bniedem serju bhalu, li huwa studjuz u ghalliem l-università, ma jaghmilx ir-ricerka tieghu sewwa qabel ma jparla u jakkuza. Ghaliex, nghid jien, jekk fuq affarijiet li huma public knowledge gewwa il-Mosta,  Alan lanqas kien kapaci jivverifika, mela fuq affarijiet ohrajn x’jaghmel?

Biex lil Alan Deiden inserrahlu rasu, se nghid ghaliex ma naqblux ma’ dak li qieghed ikun propost li jsir f’Wied il-Ghasel.

Ma naqbilx ma’ dan il-progett li se jirvina Wied il-Ghasel ghax il-Mosta digà ghandna hafna bini u ghalhekk irridu naraw li ma jkomplix jsir iktar bini biex il-Mosta ssir gungla ta’ travi u konkos, specjalment f’dawk iz-zoni li ghadhom iservu bhala pulmun ghall-istess Mosta.

F’dan il-post imsemmi hemm diversi monumenti ambjentali li jekk jinqerdu, ikunu nqerdu darba ghal dejjem, bhal nghidu ahna il-girna li hemm, u hitan tas-sejjiegh, li suppost huma protetti  (Avviz Legali 169 ta' 2004), u l-qiegh tal-wied li jekk jitkompla l-progett kollha jkunu rvinati.

Kontra dan il-progett ukoll ghax il-permessi ghalih inhargu bi vjolazzjoni tal-Local Plan 2006.

Raguni ohra hija li 24 resident ikkonfermaw bil-gurament li saru jafu bl-izvilupp gimghat ilu biss meta marru l-periti tal-izviluppaturi u qalulhom b'dan l-izvilupp. U qatt ma raw il-permess tal-MEPA jew xi letteratura ohra imwahhla ma’ xi mkien.

Imma iktar minn hekk irid infakkar xkien intqal fil-Parlament mill-Ministru Tonio Borg propju fil-5 ta’ Gunju, 2000 - disa’ snin ilu.

 

Tonio Borg kien qal li l-Wied tal-Mosta huwa “wiehed mill-iktar importanti fil-Gzejjer Maltin ghal ragunijiet ambjentali, ekologici, agrikoli, kulturali, kif ukoll minhabba r-rizorsi ta` l-ilma. L-Awtorità tal-Ippjanar behsieba tipprotegi l-kumpless ta’ widien li minnu jaghmel parti il-Wied tal-Mosta billi tiskedah hekk kif jigu ffinalizzati l-istudji kollha. S`issa, parti sostanzjali ta` dan il-kumpless ta’ widien giet mistharrga.

“L-ezercizzju tal-iskedar jiehu hsieb li jipprovdi protezzjoni lill-elementi kollha ta’ importanza, mhux l-inqas lil hafna sigar tal-harrub u ta’ tipi ohra li jikbru fil-wied”.

Lil Tonio Borg ta’ min jistaqsih jekk illum ghadux jahsbibha l-istess bhalma kien jahsibha disa’ snin ilu fuq l-istess wied.

Hemm bzonn li dan l-izvilupp jitwaqqaf mill-gvern prezenti. M’ghandniex ghalfejn noqoghdu ninhbew wara il-MEPA. Fl-ahhar mill-ahhar huwa l-gvern li huwa responsabbli u mhux xi erba’ periti li jkunu appuntati fuq xi bord ’l hemm u bord ’l hawn.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata