Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Strategija gdida ta’ Lisbona

E-mail Print PDF
Share

michael_parnisKont ktibt dwar il-Programm ghall-Ewropa imfassal mill-Kumitat Ekonomiku u Socjali ta’ l-UE. Kif weghdt ser inkompli nikteb dwar dan ir-rapport u llum hassejt li ghandi niddedika din il-pagna ghall-verzjoni gdida tal-Istrategija ta’ Lisbona wara l-2010. Il-krizi  finanzjarja u ekonomika qed tolqot l-Ewropa b’mod qawwi. Is-sitwazzjoni li qed niffaccjaw hija prova ghall-Unjoni Ewropea u l-Istrategija ta’ Lisbona.

L-Istrategija ta’ Lisbona hi mibnija fuq tliet pilastri marbuta flimkien:

• it-tkabbir u l-kompetittività;
• l-izvilupp sostenibbli; u
• l-inkluzjoni socjali flimkien mal-impjiegi.

L-istess strategija hi mfassla biex tilqa’ l-isfidi ta’ dinja globalizzata. L-istrategija li ghandna illum tigi fi tmiemha fl-2010 u ghalhekk il-KESE qed jipproponi li verzjoni gdida ta’ din l-istrategija trid tibda tithejja.  Ghad irridu naraw f’ser jigri f’dawn ic-cirkostanzi tal-lum izda jekk noqoghdu nistennew inkun qed nahlu l-hin. Waqt li ghandu jsir dak  kollu possibbli biex neghlbu l-krizi li qed niffaccjaw fl-istess nifs irridu inharsu ‘l quddiem.  Il-prijoritajiet attwali jibqghu validi, izda ghandu jsir sforz partikulari ghat-titjib fil-governanza, ghall-inkluzjoni tal-akbar numru possibbli ta’ partijiet interessati u ghall-izvilupp tad-dimensjoni esterna tal-Istrategija li ghandha tissejjes fuq approach kooperattiv u sostenibbli.

Izda kif nistghu natwaw dawn il-prijoritajiet?

Biex titjib il-governanza l-KESE qed jipproponi li tithejja proposta tal-Kummissjoni dwar “Strategija Ewropea gdida ghat-Tkabbir u l-Impjiegi (2010-2015)” li ggedded l-oqsma prijoritarji attwali, biz-zieda ta’ dimensjoni esterna, li fir-recessjoni attwali tal-ekonomija tishaq fuq il-htiega li l-Agenda ta’ Lisbona tkun orjentata lejn il-futur billi ttejjeb il-governanza fil-livelli kollha u billi tiddefinixxi strategija tal-komunikazzjoni li tkun konvincenti ghall-pubbliku Ewropew.

Biex ikollna aktar inkluzjoni l-KESE qed jiproponi li tigi adottata rizoluzzjoni fil-Kunsill Ewropew li tiggarantixxi l-partecipazzjoni tas-socjetà civili organizzata biex b’hekk tinghata rwol iktar b’sahhtu mill-bidu nett sa l-implimentazzjoni, fil-livell nazzjonali u dak Ewropew.

L-izvilupp tad-dimensjoni esterna

1. Issir koordinazzjoni aktar effettiva fi hdan il-Kunsill tal-mizuri ta’ politika li jittiehdu fil-livell nazzjonali billi jipproponi rakkomandazzjonijiet li jkunu specifici ghall-pajjiz, fosthom pjan ta’ direzzjoni ghall-implimentazzjoni; tigi provduta bazi tad-data li tkun facilment accessibbli ghal kull Stat Membru li jkun fiha informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, id-dewmien fil-pjan ta’ direzzjoni u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni; jigu identifikati, fir-rigward ta’ politici li mhumiex armonizzati, l-oqsma fejn in-nuqqas ta’ koordinament bejn l-Istati Membri jwassal jew jista’ jwassal ghal effetti sekondarji negattivi tal-politika u/jew allokkazzjoni hazina tar-rizorsi; isir tentattiv biex tinghata stima ta’ din “l-ispiza tan-nuqqas ta’ Ewropa.”

2. Issir valutazzjoni b’mod miftuh fi hdan il-Kunsill tal-proposti tal-Kummissjoni ghal linji gwida specifici skont il-pajjiz u jingibdu konkluzjonijiet konkreti ghat-tfassil tal-politika nazzjonali; tinghata garanzija ta’ koordinament makroekonomiku aktar effettiv bejn l-Istati Membri.

3. Isir inventarju tal-progetti Ewropej li ghandhom l-ghan li jtejbu l-aspett tal-provvista fl-ekonomija (b’attenzjoni specjali ghall-SMEs), irawmu l-integrazzjoni Ewropea u/jew jikkontribwixxu ghall-objettivi tat-Trattat.

4. Jigi zgurat li l-politici interni tal-Unjoni Ewropea jitqiesu fil-perspettiva tal-isfidi globali u li l-objettivi strategici Ewropej jkunu mdahhla sew fl-approach dinji lejn il-globalizzazzjoni, per ezempju billi:
− jigu promossi ftehimiet sodi dwar regoli internazzjonali tax-xoghol, l-ambjent, il-proprjetà intellettwali, ecc.;
− jitfassal approach globali ghal pajjizi li qed jizviluppaw;
− jigi appoggjat il-mudell socjali Ewropew madwar id-dinja.

5. Jigi wzat b’mod aktar effettiv in-netwerk tal-kuntatti tal-Parlament Ewropew mal-parlamenti nazzjonali biex issir pressjoni fuq il-gvernijiet biex jiehdu l-mizuri mehtiega kemm fil-livell Ewropew kif ukoll nazzjonali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Shower AM Light Rain / Wind Scattered Showers Scattered Showers PM Showers
7C 10C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata