1. X'inhi l-bazi li fuqha ddecidejt li tikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u x'inhi l-bazi li fuqha se tkun qieghda isservi bhala MEP?
Ghalkemm din hija l-ewwel darba li ser nohrog ghall-politika, jiena ili fix-xena pubblika mis-sena 1997, jigifieri minn meta gejt appuntata Chairman tas-Sea Malta u direttur fuq il-Bord tal-Bank of Valletta.
Meta Joseph Muscat hajjarni biex nikkontesta ghall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew (PE) f’isem il-PL, jien domt nahsibha mhux hazin ghax kelli idea li dan il-pass kien ser ibiddilli hajti mil-lejl ghan-nhar. Infatti, issa li l-kampanja elettorali qieghda ‘in full swing’, ghandi ftit hin ghalija u ghall-familja tieghi u lanqas ghandi hafna hin ghan-negozju tieghi. Però, il-fatt li Dr. Muscat jemmen li jien ghandi kontribut validu x’naghti lill-Partit Laburista u lil pajjizi bhal MEP ghamlilt hafna kuragg li niehu pass bhal dan. Irrid nghid ukoll li l-politika Ewropea dejjem interessatni u l-opportunità li nista’ nkun wahda minn dawk li fi hdan istituzzjoni kbira bhall-PE nahdem ghall-gid ta’ pajjizi, hija sfida li m’iniex nibza’ nidhol ghaliha –ukoll jekk qed tiswieli hafna sagrificcji personali.
Il-bazi li jien nixtieq inservi bhal MEP hi semplici hafna: li naghmel hilti kollha biex dak kollu li hu taghna - nohduh; id-drittijiet kollha li ghandhom pajjizi l-ohra fl-EU –nohduhom;- il-fondi kollha li jmissu lil Malta – ingiebuhom; dak kollu li nistghu intejbu bis-shubija fl-EU – intejbuh; ingiebu investiment li johloq ix-xoghol; u biex kollha kemm ahna, minghajr eccezzjoni ta’ hadd, inhossu verament il-benefficcji tad-dhul taghna f’dan il blokk ekonomiku daqs tant kbir u mportanti – u mhux naqdu l-obbligi biss.
2. Kemm temmen li MEP Malti jista' jaghmel differenza f'Parlament daqstant kbir?
F’gazzetta ta’ nhar ta’ Hadd tal-Partit Nazzjonalista gejt ikkritikata ghax f’xi artikli tieghi jien ktibt fuq l-ambizzjonijiet li ghandi ghal pajjizi jekk nigi eletta biex nirraprezenta lil Malta bhala MEP. L-ambizzjonijiet tieghi huma li intejbu l-livell ta’ l-edukazzjoni, intejbu s-servizz tas-sahha li tant qed igergru minnu n-nies, u bir-ragun; li nsolvu l-problema tal-immigranti llegali; li nsolvu l-problemi finanzjarji u fiskali tal-pajjiz; li nehilsu mid-diskriminazzjoni politika li qed tifni lill-haddiema fil-livelli kollha; li nimxu lejn socjetà fejn l-ugwaljanza bejn is-sessi hija vera u attwata. Skond l-artikolist ta’ dan il-gurnal Nazzjonalista, biex jien inwettaq dawn l-affarijiet irrid inkun ‘Wonder Woman’.
Izda ma kienx kuntent li ma accettax li dak li nixtieq inwetta jien bhala MEP huwa d-dover ta’ kull MEP iehor, izda ikkummenta kemm hu inutili li tipprova taghmel dawn l-affarijiet meta jien inkun biss wahda minn 785 MEP iehor. Hija vera ironija li kien gurnal tal-Partit Nazzjonalist li qed jghid kemm ma niswew xejn ghax ic-cokon taghna jintilef fost il-hafna!
Veru li ahna zghar, izda ahna wkoll naghmlu parti mill-akbar grupp fi hdan l-UE - il-PES. Izda barra minn hekk ghandna immorru madwar il-mejda ma pajjizi ohra bid-dinjità u bil-kburija kollha ta’ pajjiz membru daqs kull pajjiz iehor membru fl-EU.
3. X'inhuma t-temi ewlenin li tara li hu fl-interess ta' pajjizna li MEP elett ghandu jqajjem fi Brussel u jew x'tahseb li huma l-iktar setturi li se jkunu qeghdin jinghataw priorità mill-MPE li se jkunu eletti f'isem il-PL?
It-temi li ghandhom jigu diskussi u mqajma fil-PE huma dawk it-temi kollha li jinkwetaw lic-cittadini Maltin li jkunu poggew il-fiducja taghhom fl-MEPs permezz tal-vot u li fdawhom li jkunu f’pozizzjoni li jsolvu dawn il-problemi. Irridu jitqajjmu wkoll dawk it-temi kollha li jirrizultaw ta’ gid u fl-interess ta’ pajjizna. L-akbar zball li jista’ jaghmel politiku hu li jaghlaq windnejh ghal dak li jrid u jhoss il-poplu li jirrapprezenta. Meta jaghmel hekk mhux biss ikun qed jinjora lil min fdah, izda ma jkunx effettiv fil-qadi ta’ dmirijietu. Ghalhekk, l-MEP irid izomm idejh fuq il-polz tac-cittadin biex ikun jista’ jindirizza dawk l-issues li jkunu qed idejjqu lil sezzjoni jew ohra tal-pajjiz b’mod effettiv.
Is-settur li ghandu l-aktar jinghata prijorità, huwa id-dritt tac-cittadin: dritt ghal edukazzjoni inklussiva, dritt ghas-servizz tas-sahha tajjeb u fil-hin, dritt ghall-informazzjoni. Settur importanti iehor huwa is-settur ta’ l-investiment u x-xoghol. Ix-xoghol huwa dritt sagrosant tal-bniedem biex ikun jista’ jghix u jghajjex lill-familja b’mod dinjituz. L-UE hi maghmula minn pajjizi avvanzati u industrijalizzati hafna izda ma tantx gie investiment minn dawn il-pajjizi lejn Malta. Ahna pajjiz zghir, u dan ukoll ghandu l-vantaggi tieghu. Ma tridx wisq biex timlina bix-xoghol. L-MEPs taghna ghandhom ikunu ambaxxaturi biex jigbdu l-investimenti lejn Malta u il-problema tal-qaghad, li dejjen qed tikber, tittaffa.
Irridu wkoll nindirizzaw il-problem ta’ l-immigrazzjoni illegali. Il-patt ta’ Immigrazzjoni li gie iffirmat hu biss farsa biex jghadduna biz-zmien. Hadd mhu ser jiehu problemi b‘mod volontarju. Il-patt irid ikun li din il-problema ta’ immigranti li dahlu f’pajjizna b’mod illegali jrid igorrha kull pajjiz membru, indaqs.
Il-problema tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet bejn l-irgiel u n-nisa hu wkoll importanti. Il-mara ma mxietx ’il quddiem daqs kemm setghet timxi. Dan ghaliex ma hawnx strutturi bizzejjed biex ighinu lil dawk li ghandhom tfal zghar u m’ghandhomx min johdilhom hsiebhom jew li huma single mothers. M’hawnx kuncetti ta’ flexitime biex persuna tahdem hinijiet komdi ghaliha u ghal min ihaddimha u fl-istess hin tlahhaq max-xoghol tad-dar jekk ma hemmx min jghinna. Dawn huma kollha affarijiet li ilhom jezistu fl-Ewropa u hekk ghandu jkunu hawn ukoll.
Il-PES ghandhom programm elettorali tajjeb hafna li jkopri hafna issues importanti ukoll ghal Malta. Irridu nizguraw li dan il-programm jigi attwat u ingawdu minnu zgur.
4. X'inhi r-raguni li ghaliha fis-6 ta' Gunju li gej, il-votant Malti u Ghawdxi ghandu jaghti vot lill-kandidati tal-Partit Laburista?
Hemm raguni serja hafna ghaliex hemm bzonn li l-Maltin jaghtu l-vot taghhom lill-kandidati fil-lista Laburista. Iridu jkunu l-MEPs Laburisti biex jizguraw li l-Gvern attwali jaqdi d-dmirijiet tieghu kollha, jizguraw id-drittijiet tal-Maltin u jikkontrollaw li l-fondi li huma bi dritt taghna ma nitilifuhomx. Il-kandidati li jirraprezentaw lil dan il-gvern m’huma ser jaghmlu xejn biex juri li l-Gvern mhux qed jaghmel dak li messu jaghmel, jew li qed jagixxi kontra c-cittadinti tieghu u mhux skont ir-regoli tal-EU. Hu l-ezempju tat-taxxa tal-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi. Trid tghidli li d-Deputati Nazzjonalisti ma kinux jafu b’dan? Irid ikun hemm checks u balances ukoll fir-rapprezentanza taghna fl-UE u dawn il-kontrolli li jassiguraw lic-cittadin li l-interessi taghhom mill-gvern qed jigu moqdija. Dawn jistghu jassigurawhom biss ir-rapprezentanti Laburisti.
Izda ma nistax hawn ma nawgurax li kull min jigi elett, lit-team kollu Malti jigi mil-liema partit jigi, jahdmu flimkien ghall-gid ta’ Malta, u jigbdu l-istess habel u qatt ma jinsew li qed jirraprezentaw lil pajjizhom.
5. X'differenza tista' taghmel il-hatra tieghek fil-PE ghac-cittadini Maltin u Ghawdxin fil-legislatura li jmiss tal-PE?
L-uniku interess li ghandi jien biex dhalt fid-dinja tal-politika hija biex naghti il-kontribut tieghi lil pajjizi taht il-kappa tal-PL. Dan nghidu bl-akbar responsabilità ta’ persuna, cittadina ta’ dan il-pajjiz li ilu taht l-istess gvern ghal dawn l-ahhar 21 sena u li ser ikun hemm ghal 25 sena shah. Dan hu deficit kbir tad-demokrazija ghax l-alternanza tal-partiti hija wahda mill-pilastri importanti tal-principji demokratici. Jien nixtieq, bl-esperjenza tieghi fil-qasam pubbliku, fil-qasam tat-tmexxija azjendali, kif ukoll mil-lat akkademiku naghti sehemi kemm lil pajjizi u kemm lill-PL.
Irridu nuru lill-elettorat li meta nigu ghall-elezzjoni generali, il-PL ma jkunx fil-gvern ghax xebghu mill-Gvern Nazzjonalista, izda ghax ikun il-PL li qed joffri l-ahjar vizjoni ghal Malta.
Jiena nara hafna vantaggi fi shubjija taghna fl-UE u rrid inkun parti minn team ta’ nies li jaghmlu gid lil pajjizhom fi hdan dan il-grupp ekonomiku kbir.
Bhala membri shah tal-UE ahna ghandna obbligi onerusi hafna, u m’ghandi l-ebda dubju li l-UE ma thallilniex wahda ghaddejja. Izda fl-UE hemm ukoll drittijiet u opportunitajiet li ahna ghandna nahdmu ghalihom u wkoll m’ghandna nhallu xejn jaharbilna.
Jien m’iniex imdorrija naghmel weghdi biex nisraq il-voti ghax m’hemmx insult akbar lill-elettorat milli twieghed u ma troddx. Il-pajjiz qed isofri bizzejjed minn weghdiet ta’ qabel l-elezzjonijiet u li intessew wara, u dan mhux sew.
Li nwieghed zgur hu: li naghmel hilti kollha, bl-esperjenza fit-tmexxija azjendali u kapacità fin-negozjar, kif ukoll li nuza l-background akkademiku tieghi biex nahdem ghall-gid ta’ pajjizi u biex kulhadd igawdi mis-shubija taghna fl-UE.
Meta kelli niggieled l-akbar bullies u nies arroganti li holoq dan il-pajjiz ma qaghadx lura specjalment meta kont konvinta li dak li qed naghmel qed naghmlu f’isem is-sewwa. U z-zmien taghni ragun. Lanqas ma ser nikkonfondi niggieled (mhux f’sens ta’ vjolenza) ghad-drittijiet tal-Maltin jekk ikun hemm bzonn. Is-slogans elettorali tieghi huma b’impenn ghalik fl-Ewropa (u bl-Ingliz COUNT ON ME) Min jafni sew, jaf li dawn huma weghdiet serji u mhux paroli fil-vojt.

| < Prev | Next > |
|---|






