Sunday
May 19th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ebda reazzjoni mill-MEPA dwar l-izvilupp illegali tac-Caqnu

E-mail Print PDF
Share

img_8648_copy

Ritratt: Il-haddiema ta' Polidano Brothers ghaddejjin bil-bini illegali tat-tieni sular ta' garaxxijiet. Dan ix-xoghol illegali f'dan is-sit m'ghandu x'jaqsam xejn mal-hitan li qed jittellghu fil-prezent biex jinforzaw il-bypass li regghet sfrondat hmistax ilu.

 

•L-Awtorità Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), baqghet ma hadet l-ebda azzjoni diretta fil-konfront ta’ bini illegali li qieghed jittella’ mill-kuntrattur ewlieni Charles Polidano, maghruf bhala c-Canqu gewwa San Pawl il-Bahar.

Dan b’kuntrast mal-weghda tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi sena ilu, li fi zmien qasir, l-awtorità kellha tinghata aktar poteri biex twaqqaf u twaqqa’ bini llegali li jkun qieghed isir.

Fi zjara li ghamel fil-bini ta’ l-awtorità, xahar wara l-elezzjoni generali li ghaddiet, il-Prim Mi­nist­ru Lawrence Gonzi qal: “Nin­sab impenjat li wahda mill-ewwel ligijiet fil-Parlament il-gdid tkun li jinghataw aktar poteri lill-MEPA biex tagixxi kontra l-bini llegali li jkun qieghed isir. Il-ligi trid taghti d-dritt lill-MEPA li twaqqa’ bini illegali, u wara, jekk ikun hemm bzonn, isiru proceduri legali fil-Qorti,” qal Lawrence Gonzi fejn ta l-impressjoni li fi zmien qasir kien se jressaq abbozz ta’ ligi fil-Parlament li jemenda l-Att li jirregola l-awtorità li hu politikament responsabbli minnha.

Izda minkejja li ghaddiet sena minn dan id-diskors u bosta ohrajn matul il-kampanja elettorali fejn sar “deal” li jingheleb id-deficit ambjentali, il-Prim Ministru ghadu ma ressaq l-ebda ligi fil-Parlament dwar dak li wieghed fil-bini ta’ l-awtorità.

Mistoqsi din il-gimgha minn KullHadd meta se titressaq fil-Par­lament il-ligi li biha l-MEPA se tinghata aktar poteri biex tiehu azzjoni kontra zvilupp illegali li jkun ghaddej bhal dak ta’ Poli­da­no Group taht il-bypass ta’ San Pawl il-Bahar, il-Prim Ministru Law­rence Gonzi baqa’ ma wegibx.

Ma wegibx lanqas x’inhi l-pozizzjoni tieghu dwar l-izvilupp illegali li ghaddej u x’inhi r-raguni li ghaliha l-awtorità ma hadet l-ebda passi fil-konfront ta’ l-Izviluppatur ghajr ghal zewg avvizI ta’ infurzar.

Inkjesta li ma swiet ghal xejn?

Dan meta f’investigazzjoni li saret fid-29 ta’ Marzu 2006 minn Bord ta’ Inkjesta biex jinvestiga incident li sehh hekk kif arja konsiderevoli ODZ kienet skavata illegalment u holqot periklu bla qies ghal terzi, kien suggeriet li jidhlu bosta mizuri biex jitwaqqaf fil-pront zvilupp illegali.

Fost dawn il-mizuri li Lawrence Gonzi baqa’ sal-gurnata tallum qatt ma implimenta, hemm li l-MEPA ghandha tohrog ordni ta’ possession and use ta’ l-ingenji ta’ kuntratturi biex dawk l-ingenji jintuzaw ghal direct action. Mizura ohra rrakkomandata kienet biex ikun hemm zewg Ufficjali ta’ Infurzar minn Malta biex ilahhqu mad-distrett ta’ San Pawl il-Bahar u l-Mellieha. Dan fid-dawl tal-fatt li l-arrangementi ta’ dan id-distrett dwar zvilupp li jinsab ODZ hu amministrat mill-fergha ta’ l-Enforcement Unit ta’ Ghawdex. Il-Bord qal li din mhix sistema tajba ghax ma tippermettix intervent fil-pront, “haga li hija tant essenzjali fejn tidhol it-twettiq tal-kontroll ta’ l-izvilupp li jinsab barra miz-zona permessa ghall-izvilupp.”

Fir-rakkomandazzjoni konklussiva tieghu, il-Bord qal li l-mizuri rrak­komandati minnu jistghu jku­nu effettivi biex jigi kkontrollat l-Iz­vilupp abbuziv. “Izda biex dan isehh irid ikun hemm rieda serja li l-Gvern u l-agenziji kollha tieghu, li fosthom il-MEPA tokkupa l-ew­wel post f’dan ir-rigward, mhux se jittolleraw izjed kull zvilupp il­le­gali u min jissogra jaghmlu se jkol­lu jbati l-konsegwenzi. Il-mes­sagg ghandu jkun car u minghajr ekwivoci. Dan jista’ jsir b’mod l-ak­tar effettiv billi tittiehed azzjoni kontra zviluppi illegali ta’ natura gra­vi bhalma huma zviluppi f’zoni bar­ra mill-arja ta’ l-izvilupp jew zvi­lupp li jaghmel hsara ambjentali serja, jew hsara f’bini storiku jew ta’ va­lur arkitettoniku. Jekk issir azzjoni serja kontra zvi­lup­pa­tu­ri illegali kbar u li ghandhom sah­ha kbira eko­nonomika, allura l-izviluppatur iz-zghir jzomm lura u l-problema tonqos jew tispicca fix-xejn,”sostna l-bord ta’ inkjesta ppre­­sedut mill-Perit Joseph Falzon.

Minkejja r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru biex il-MEPA tibda tinforza l-ligi ma’ kulhadd bl-istess mod, il-Prim Ministru Law­ren­ce Gonzi ghazel li ma jimplimenta l-ebda wahda minnhom u nfexx fir-retorika ta’ “riforma fil-Mepa”.

Imkejjen fl-awtorità sostnew li l-vera riforma fil-MEPA ghandha tibda minn din l-inkjesta. “Inkjesta li fl-2006, xhur qabel ma beda jithaddet dwar il-htiega ta’ riforma fil-MEPA, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi tatu l-vizjoni ta’ kif ghandu jagixxi, izda ghal ragunijiet li jafhom hu, ghazel li ghal sena ohra jhallihom fuq l-ixkaffa,” temmew jghidu l-imkejjen taghna.

Kif imxiet il-MEPA f’dan il-kaz skont l-inkjesta

Ilha taf bl-izvilupp illegali ta’ Polidano sa mill-5 ta’ April 2002

Minkejja li kienet taf bizzejjed minn esperjenza passata kif jagixxi dan l-izviluppatur, naqset li zzomm taht ghajnejha s-sit

Ma kien hemm l-ebda attenzjoni fuqu qabel Settembru 2004

Ghazlet li timxi mieghu bil-kelma t-tajba biss minkejja li fil-passat kien persistenti fil-ksur tar-regoli

Il-MEPA qatt ma nqdiet bil-poteri estensivi li ghandha

Kompla ghaddej bix-xoghol u sempliciment waqaf ghal ftit zmien meta ordnat jaghmel hekk mill-MEPA

Kien f’pozizzjoni li jipprecipita c-cirkostanzi favur tieghu biex biz-zmien jikseb l-permess li kien qieghed jitlob

Access fuq is-sit wera hsara ambjentali u irriversibbli kkagunata fuq il-post mill-izvilupp illegali

L-unika azzjoni li ttiehdet kontra l-izviluppatur kien il-hrug ta’ zewg avvizi ta’ infurzar

L-azzjonijiet taghha ma kinux effettivi u l-izviluppatur thalla jaghmel li jrid tant li skava s-siti kollha

Kummenti (1)Add Comment
Iċ-ċajt ta'Gonzi
Minn FTMFTM, April 19, 2009
Iżjed aħna nieħdu kliem Gonzipn bis-serjeta'! Dan nafuh jħobb jiċċajta.
FTM
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mist Sunny Showers Sunny Partly Cloudy / Wind
20C 24C 24C 26C 24C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata