Wahda mill-vizjonijiet ta’ din il-Kummissjoni hija dik li tkompli tkabbar in-numru ta’ studenti Maltin u barranin li jircievu l-edukazzjoni terzjarja taghhom f’istituzzjonijiet edukattivi Maltin.
Il-mira ta’ din il-Kummissjoni hija li sa l-2015 il-persentagg ta’ studenti Maltin li jiehdu xi tip ta’ edukazzjoni terzjarja jitla’ minn madwar 60%, kif inhu llum, ghal 85%. Bla dubju ta’ xejn li kulhadd jaqbel li jekk irridu nilhqu lil pajjizi ohra fi hdan l-Unjoni Ewropea jehtieg li naghmlu sforz biex inzidu n-numru ta’ studenti li wara li jtemmu l-edukazzjoni obbligatorja u dik post-sekondarja, ikomplu l-istudju taghhom fil-livell terzjarju. Ghalhekk filwaqt li naqblu mal-mira tal-Kummissjoni, irridu naraw x’ser isir, u stennejna li jkun hemm aktar dettalji fir-rapport, dwar dak li ser ssir biex din il-mira tintlahaq.
Dan billi anke llum ghandna diffikultajiet kbar biex naghtu edukazzjoni ta’ kwalità lil dawk l-istudenti li prezentament qeghdin fil-livell terzjarju. U dan meta ghandna biss madwar 60% ta’ l-istudenti jattendu f’dan il-livell. Zgur li ma nistghux nilhqu l-mira ta’ 85% jekk ma nibdewx minn issa biex naraw li nipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità lil dawk l-istudenti li ghandna issa, ghax jekk se nibqghu nzidu l-istudenti minghajr ma nsahhu sewwa r-rizorsi, u sintendi biex ikollok ir-rizorsi kemm umani kif ukoll materjali jehtieg li jkollok il-fondi mehtiega.
U din tal-fondi hija ghadma iebsa li sa issa l-Awtoritajiet ghadhom ma irnexxilhomx isolvu. Anzi l-problemi finanzjarja li ghandha l-Università mistennija jikbru billi hemm il-possibiltà li l-ghoti ta’ l-istipendju jista’ ma jkunx sostenibbli. U sintendi jekk dak li qieghed iwieghed il-Gvern jigi attwat jizdied il-periklu li l-istipendju jiekol parti sewwa mill-fondi tal-Gvern bir-rizultat li aktar ikun hemm il-periklu li ma jkunx hemm fondi bizzejjed ghal rizorsi ohra. Ghandna digà ezempju bil-miljuni kbar ta’ flus li qed jigu vvutati ghall-edukazzjoni fil-livelli l-ohra, fejn il-parti l-kbira qed jittieklu mis-salarji u hwejjeg ohra biex imbaghad ftit qed jibqa’ fondi ghal dawk ir-rizorsi tant mehtiega ghat-taghlim.
U l-fondi dedikati ghas-settur terzjarju jistghu jkomplu jitnaqqru minn mira ohra tal-Kummissjoni ... dik li n-numru ta’ studenti barranin jitla’ ghal 5000. Malta hija wahda minn dawk il-ftit pajjizi fejn l-edukazzjoni terzjarja hija minghajr mizati. Billi ahna niffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea, ahna obbligati li nimxu ma’ studenti li gejjin mill-Ewropa, kif nimxu ma’ studenti Maltin. Veru li ma ahniex obbligati li lil dawn naghtuhom l-istipendju, izda rridu bilfors noffrulhom l-edukazzjoni b’xejn la noffru dan lill-istudenti Maltin. Jekk il-maggoranza ta’ dawn il-5000 student ikunu gejjin minn pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea, nehtiegu fondi mhux hazin biex noffrulhom din l-edukazzjoni... li allura nkomplu nzidu l-piz fuq il-fondi li l-Gvern jiddedika ghall-edukazzjoni terzjarja.
Il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Edukazzjoni Ghola fehmet id-diffikultajiet finanzjari u filwaqt li qed tistenna li l-Gvern izid il-fondi, ipproponiet wkoll li jsir sforz biex dawn il-fondi jkunu msahha minn ghejjun ohra. Fil-fatt dan jigri fil-kaz ta’ istituzzjonijiet edukattivi f’diversi pajjizi barranin, izda jidher li sa issa l-istituzzjonijiet Maltin, bhall-Università, ftit li xejn irnexxielhom jiksbu jew jiggeneraw fondi minn sorsi barranin u qed jistriehu kwazi, biex ma nghidux ghal kollox fuq dak li joffri l-Gvern.
Jekk ma ahniex se nippruvaw nibdlu din is-sitwazzjoni ma tantx naraw cans li l-miri ta’ din il-Kummissjoni jintlahqu. Forsi nilhqu n-numri, izda in-numri mhux bizzejjed. Mal-kwantità jrid ikollna l-kwalità. Anzi ghandna naghmlu aktar emfasi fuq il-kwalità milli l-kwantità.
Biex jintlahqu dawn il-miri jehtieg ukoll li nharsu wkoll lejn il-problemi li hemm fl-iskejjel post sekondarji, specjalment l-Iskola Sekondarja Ghola.
Fuq kollox dawn huma l-iskejjel li jwasslu lill-istudenti ghas-settur terzjarju.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






