Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Nemmnu fit-tishih tad-demokrazija

E-mail Print PDF
Sharestefan_zrinzoPajjiz jissejjah demokratiku meta r-regoli tieghu jaghtu vuci shiha lic-cittadini tieghu. Ic-cittadini ghandhom ikunu verament irrapprezentati fit-tmexxija ta’ dak il-pajjiz u jkollhom is-setgha shiha li jaghzlu lil min imexxi f’dak il-pajjiz.

Id-demokrazija ssib il-qofol taghha fit-tharis tal-ligi u fil-ligijiet li jkunu qeghdin jissalvagwardjaw dawk id-drittijiet li ghandu jkollu cittadin biex verament ihossu f’pajjiz demokratiku.

Wiehed jistaqsi – min ghandu d-dritt li jivvota? X’regoli ghandu jkun hemm biex wiehed jara li min verament ghandu dritt jivvota jinghata dan id-dritt? Kif ghandha tkun is-sorveljanza tal-process elettorali? X’accertamenti ghandu jkun hemm biex min verament ghandu d-dritt li jivvota ikollu access shih biex jivvota?

Dawn il-mistoqsijet il-Partit Laburista ghamilhom f’diversi okkazjonijiet. Mistoqsijiet li wasslu biex ninsistu ghat-twaqqif ta’ kumitat maghzul tal-kamra li jiddiskuti t-tishih tad-demokrazija. Kumitat li jhares kif ix-xoghol parlamentari isir ahjar, kif min ikun fil-gvern ghandu jagixxi fi zmien l-elezzjonijiet, u kif ghandu jkun hemm process riformat li jizgura li min ghandu d-dritt li jivvota jezercita dan id-dritt u jezercitah bl-aktar mod hieles.

Minkejja li din id-diskussjoni ghadha ghaddejja, il-gvern Nazzjonalista, ftit tal-gimghat qabel elezzjoni fuq livell nazzjonali u fuq livell lokali gietu l-ghaggla biex jemenda l-ligi. Fetah diskussjoni fuq livell nazzjonali dwar bidla sostanzjali fis-sistema elettorali taghna fi zmien meta ninsabu f’kampanja elettorali.

Il-gvern Nazzjonalista, qabad punt wiehed, li dehrlu li ghandu urgenza kbira li jitressaq ghad-diskussjoni, u pprezenta abbozz ta’ ligi li fid-deher jista’ jigi interpretat li jaghti dritt lil aktar nies li jivvutaw izda li huwa skars hafna fil-mod kif wiehed jikkontrolla li dak li jkun qieghed isir, isir skond ir-regolamenti.

Il-Partit Laburista jemmen bi shih li kull min ghandu l-jedd li jkollu l-vot, ghandu jinghata l-facilità li jezercita dak id-dritt tal-vot.

Madanakollu, il-Partit Laburista jemmen li kull parti tal-process elettorali ghandha tkun accessibbli u suggetta ghat-trasparenza shiha fl-ahjar interess tat-thaddim tad-demokrazija.

Ahna ma rridux li dak li sal-lum m’huwiex trasparenti fil-process elettorali, ma jigix mibdul u mgedded. Nistaqsu ghalfejn il-gvern ma jaqbilx mal-process ta’ tigdid tal-karta ta’ l-identità? Ghalfejn il-gvern ma jridx li l-Kummissjoni Elettorali biss tmexxi l-process biex jingabu lura Malta votanti li jkunu imsifrin bid-dritt tal-vot? Ghaliex il-gvern ma jaqbilx li jkun hemm process intensiv biex ir-registru elettorali ikun fih dawk biss li verament ghandhom id-dritt li jivvutaw u jaghmlu l-ghazliet ghal pajjizna?

Il-Partit Laburista wera bis-shih li jrid jaghti l-kontribut tieghu fit-tigdid ta’ pajjizna. Nemmnu bi shih fil-htiega ta’ emendi u bidliet holistici fil-ligijiet elettorali. Nemmnu fit-tishih tad-demokrazija li pajjizna ihaddan. Nemmnu li d-dritt tal-vot huwa dritt sagru izda li m’ghandux jaghti lok ghal abbuz u dan fl-ahjar interess tad-demokrazija li pajjizna ihaddan.

Nemmnu li d-demokrazija tahdem biss meta hemm ir-regoli cari. Id-demokrazija tahdem biss meta hemm it-trasparenza fit-thaddim tar-regoli. Pajjiz ma jistax jissejjah verament demokratiku jekk il-gvern li jmexxih, jiehu passi biex iwessa’ l-partecipazzjoni elettorali minghajar ma jkun hemm skrutinju li jaccerta t-trasparenza f’dan il-process.

Il-Partit Laburista jemmen fit-tishih tad-demokrazija izda qatt ma jista’ jaqbel ma’ min mhux lest li jwaqqaf l-abbuzi.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata