Ghadd ta’ sidien ta’ skejjel tas-sewqan ilmentaw ma’ KullHadd dwar diskriminazzjoni sfaccata li qieghda ssir mill-Awtorità Maltija dwar it-Trasport dwar in-numru ta’ postijiet li qeghdin jinghataw biex iressqu l-istudenti taghhom ghat-test tas-sewqan.
Is-sidien spjegaw ma’ KullHadd li waqt li numru minnhom qeghdin ikunu allokati postijiet bizzejjed fil-gimgha biex iressqu l-istudenti li jkunu waslu ghat-test tas-sewqan, mhux l-istess qieghed isir maghhom, fejn qeghdin jinghataw biss tnejn jew tliet slots fil-gimgha.
“Minkejja li nhallsu l-istess permess, l-Awtorità qieghda twettaq diskriminazzjoni cara bejna s-sidien ta’ l-iskejjel tas-sewqan,” sostna wiehed mis-sidien. Zied jghid li konsegwenza tal-mod xejn trasparenti li bih jitqassmu dawn l-islots, bosta mis-sidien qeghdin jistenbhu kmieni filghodu quddiem id-Dipartiment tal-Licenzji u t-Testijiet (LTD) biex jiehdu dawk l-islots li l-Iskejjel l-ohrajn tas-sewqan ma jaghmlux uzu minnhom.
“L-Awtorità hija konxja tas-sitwazzjoni ghax bosta drabi ressaqna l-ilmenti taghna. L-ADT taf li ta’ kuljum bosta minna qeghdin nistenbhu quddiem id-dipartiment biex forsi niehdu l-frak li jhalli haddiehor. Apparti li huwa ta’ inkonvenjent kbir ghalina li rridu nbakkru kmieni quddiem id-dipartiment biex forsi ninghataw slot iehor minn dak li allokat ghalina, hadd ma jista’ jifhem kif minkejja l-ftahir kollu li jsir bl-e-government, is-sistema mhaddma hija wahda antikwata u xejn efficjenti,” sahaq sid iehor.
Huwa sostna wkoll li jkollhom kemm ikollhom studenti lesti ghat-test tas-sewqan, l-awtorità xorta wahda tonqos milli talloka dawk is-slots necessarji, waqt li rrimarka li fix-xhur tas-sajf din il-problema mistennija tikber hekk kif l-ezaminaturi jibdew jahdmu bin-nofs ta’ nhari u ghalhekk is-slots ghat-testijiet jonqsu sostanzjalment. “Qeghdin f’sitwazzjoni fejn studenti li jkunu lesti ghat-test, qeghdin jaghmlu xhur jistennew biex jinzlu ghat-test. Fl-istess waqt qeghdin inhabbtu wiccna ma’ sitwazzjoni fejn student/a li jkun tghallem mieghek, imur ma’ skola ohra li qed tigi allokata slots bizzejjed mill-ADT, biex forsi jinzel qabel ghat-test. Ir-riperkussjonijiet finanzjarji ghalina huma kbar u ghalhekk shaqna ma’ l-awtorità biex tirrimedja ghal din is-sitwazzjoni ingusta,” sahaq is-sid.
Intant f’nofs il-gimgha, KullHadd baghat sensiela ta’ mistoqsijiet lil Amanda Ciappara, kelliema ghall-Ministeru tat-Trasport u staqsa x’inhi r-raguni li ghaliha l-ADT mhix tassenja l-istess numru ta’ slots lis-sidien ta’ l-iskejjel tas-sewqan.
Staqsejna wkoll jekk il-ministeru hux konxju li s-sistema addotta mill-ADT qieghda tohloq problemi kbar lil numru ta’ skejjel tas-sewqan minhabba l-fatt li mhux qed ikollhom slots bizzejjed biex itellghu l-istudenti taghhom, tant li ghandhom studenti li qeghdin idumu x-xhur biex jersqu ghall-ezami. Staqsejna wkoll x’soluzzjoni qieghed joffri l-ministeru biex jindirizza dawn il-problemi li qeghdin ihallu impatt negattiv fuq dawn l-iskejjel. Minkejja dan, sakemm morna ghall-istampa tard il-bierah fil-ghaxija, il-ministeru t’Austin Gatt baqa’ ma baghat l-ebda risposta ghal mistoqsijiet mibghuta minn dan il-gurnal.

| < Prev | Next > |
|---|






