Friday
May 24th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-KNZ jappella lill-Gvern biex jibdel fehmtu

E-mail Print PDF
Share

Il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh qieghed jappella lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex jikkonsidra l-pozizzjoni tieghu u bhala parti mit-tigdid ghall-kunsilli lokali jinkludi l-proposta li z-zghazagh ikollhom id-dritt tal-vot  fl-elezzjonijiet sa mill-eta’ ta’ sittax-il sena.

Din il-proposta kienet diskussa ferm f’pajjizna f’Awwissu li ghadda  wara li l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista Joseph Muscat stqarr li huwa jemmen li z-zghazagh ta’ 16-il sena ghandhom jinghataw id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet lokali.

 

Joseph Muscat kien stqarr dan ghall-ewwel darba f’artiklu fil-gurnal “The Times” intitolat Voting at 16 years.

Eventwalment il-Partit Laburista kien inkluda din il-proposta bhala wahda mis-suggerimenti tieghu ghar-riforma tal-kunsilli lokali. Din il-proposta kisbet appogg mifrux b’mod partikolari fost l-ghaqdiet li jirrapprezentaw liz-zghazagh u li fil-maggoranza taghhom tkellmu dwar din il-proposta.

Minkejja dan Lawrence Gonzi, li huwa responsabbli ghall-qasam tal-kunsilli lokali baqa’ ma nkludiex din il-proposta fid-dokument finali dwar it-tigdid ta’ l-istess kunsilli.

F’kummenti lil dan il-gurnal il-President tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh (KNZ) Sean Meli appella biex il-gvern jirrevedi l-pozizzjoni tieghu.

“Bhala president tal-KNZ minn dejjem emmint biex aktar zghazagh ikunu jistghu jwasslu lehenhom,” beda biex qal Meli.

“Il-KNZ minn dejjem heggeg biex aktar zghazagh jiehdu sehem fil-politika kemm billi jkunu kandidati u kif ukoll biex iwasslu lehenhom fil-kunsilli lokali permezz tal-vot. L-età ta’ sittax hija l-età fejn iz-zghazagh jibdew jahdmu, ihallsu t-taxxi u certi drittijiet civili jkunu disponibbli ghaz-zghazagh Maltin u Ghawdxin. Ghalhekk nemmen li l-kunsilli lokali ghandhom ikunu l-ghodda li bihom iz-zghazagh ikunu jistghu jippartecipaw ghall-gid tal-lokalità,” zied jghid il-president tal-KNZ.

Izda Sean Meli m’huwiex l-uniku persuna li fl-ahhar jiem esprima d-dizappunt tieghu ghall-fatt li l-gvern ma kellux il-kuragg jilqa din il-proposta.

Ma’ One News il-Ministru Dolores Cristina qalet li hija ghadha temmen li z-zghazagh ta’ 16-il sena ghandhom ikollhom dritt ghall-vot.

“Din kienet l-opinjoni tieghI, kont konvinta li se jsehh imma sfortunatament ghada ma saritx, però t-tama hemm qieghda,” qalet Cristina filwaqt li ziedet tghid li hi ghadha konvinta li zghazagh ta’ 16-il sena ghandhom jivvotaw.

Minkejja dan hija ma kellha l-ebda spjegazzjoni ghaliex il-gvern ma kellux il-kurragg jinkludi din il-proposta ta’ Joseph Muscat.

“Ahna konna kkonsultati kellna diskussjoni anke fl-ezekuttiv tal-PN però d-decizjoni li ttiehdet, kollettiva kienet li ghalissa ma tkunx hemm,” qalet biss Cristina.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny
22C 24C 23C 24C 24C
Fri Sat Sun Mon Tue

 

Karikatura

 

Faccata