Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Matul il-Gimgha ...

E-mail Print PDF
Share

1. Konkluzjoni


Mela l-kandidat tal-PN ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Alex Perici Calascione, hadha bi kbira ghax Joseph Muscat semma’ lil kulhadd x’kien qal lill-kaccaturi u nassba l-kandidat tal-PN f’laqgha li saret fis-satra tal-lejl fil-Buskett.

Alex, (nispera li ma jaghmillix libell ghax insejjahlu Alex), qal car u tond li l-konkluzjoni li wiehed seta’ jasal ghaliha wara li jirreferi ghall-ittri ta’ Fenech Adami lill-kaccaturi u n-nassaba qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni tal-2003, kienet li jew Fenech Adami kien mignun, jew li Fenech Adami tnejjek bin-nies.

Issa jien naqbel ma’ Alex li Fenech Adami mhux mignun. U allura, wara li hadt il-parir ta’ Alex, il-konkluzjoni li wasalt ghaliha jien, kienet li Fenech Adami tnejjek bil-kaccaturi u n-nassaba.

Biex Alex jikkonvincini li Fenech Adami la kien mignun, u lanqas tnejjek bil-kaccaturi u n-nassaba, irrid niltaqa’ ma kaccatur jew nassab li jghidli li Fenech Adami ma tnejjikx bih.



2. Nazzjonali

Mela nhar l-Erbgha li ghadda, il-MEUSAC organizza  konferenza NAZZJONALI dwar il-hames snin li ilna msiehba fl-UE.  Bix-xieraq, ghal din il-konferenza NAZZJONALI, kienu mistiedna ghadd ta’ nies li jokkupaw karigi importanti hafna, imma li kollha inghataw lilhom mill-prim Gonzi.

Biex ma jkun hemm l-ebda dubju li din il-konferenza hija wahda NAZZJONALI, id-diskors tal-ftuh sar mill-Onor Segretarju Parlamentari ghall-Kunsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, Chris Said.

U biex ZGUR ma jkun hemm l-ebda dubju li din il-konferenza kienet konferenza NAZZJONALI, id-diskors tal-gheluq sar mill-Prim Ministru ta’ Malta, il-prim Gonzi.

Habib, jekk qatt ghaddielek minn mohhok li din il-konferenza NAZZJONALI ma kienet NAZZJONALI xejn, allura nissuggerilek li tmur tfittex it-tifsira tal-kelma NAZZJONALI f’xi dizzjunarju.

3. Hal M’ahniex

Hal M’ahniex huwa rahal gdid f’pajjizna.  Tant hu gdid li konvint li ftit li xejn minnkom jafu li jezisti, ahseb u ara kemm tafu fejn hu.

Hal M’ahniex huwa rahal zghir li ftit snin ilu, numru ta’ ta’ negozjanti zghar, marru joqoghdu fih wara li kien hemm xi hadd li webbilhom li jekk imorru joqoghdu  f’Hal M’ahniex, ma kinux se jhallsu l-VAT.

Dan ix-xi hadd, tant kien konvint minn dak li kien qieghed  iwieghed, li sahansitra kien iddikjara li dawk li kienu se jmorru joqghodu hemm, lanqas kellhom ghalfejn ikollhom cash register.

M’ghaddiex wisq zmien biex ir-residenti ta’ Hal M’ahniex irrealizzaw li dak imwieghel lilhom minn xi hadd li kien jippretendi li kollox jiddependi fuqu, ma kien xejn ghajr duhhan. U r-residenti ta’ Hal M’ahniex indunaw ukoll li dan ix-xi hadd li kien jippretendi li hu kollox, fil-verità m’hu xejn. Ghajr regina profittorum.

4. Wigi tal-pastizzi

Il-prim Gonzi qal li f’Ghawdex inholqu 260 impjieg gdid ma’ 94 intrapriza differenti. Imma siehbi Toni ma jistax jifhem fejn huma dawn l-94 intrapriza differenti f’Ghawdex, u ghalxejn ippruvajt nghidlu li anke Wigi tal-pastizzi, ladarba jipproduci u jbiegh il-pastizzi, jista’ jitqies bhala intrapriza.

Biex nipprova nikkonvincih, ghedtlu li l-prim Gonzi jista’ jkun li jemmen bhal ta’ qablu li kien jghid li ghaxar miljuni ’l hemm u ghaxar miljuni ’l hawn ma jaghmlux differenza.  Fakkartu li sa ftit ilu, il-prim Gonzi kien jghid li s-sena l-ohra nholqu 7,000 impjieg, u issa, skont l-istatistika, kien hemm biss 3,600 - kwazi n-nofs. Mela jista’ jkun li f’Ghawdex inholqu 130 impjieg ma’ 47 entrapriza.

Tafu x’kienet it-twegiba ta’ siehbi Toni l-Ghawdxi? Qalli li jien sirt bhall-prim Gonzi - nipprova nghaddi z-zmien bin-nies.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata