L-ewwel taqsima ta’ din il-partita kienet pjuttost tedjanti bi ftit li xejn azzjonijiet denji ta’ nota. Indikazzjoni li z-zewg timijiet ma kellhom ebda cans ta’ rebh tal-kampjonat.
Madanakollu t-tieni taqsima kienet ferm aktar vivaci u minkejja li Marsaxlokk ghal hafna hin kienu xi ftit ahjar mill-avversarji taghhom Floriana meta dawn ta’ l-ahhar kisbu l-gowl tad-draw dan deher li kien ta’ stimoli bizzejjed biex heggighom biex anki jiksbu l-gowl tar-rebha. Wiehed irid isemmi hawnhekk li b’din it-telfa x-Xlukkajri tilfu c-cans li jispiccaw fit-tielet post.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota ma waslitx qabel it-23 minuta minn naha ta’ Floriana, meta azzjoni personali ta’ Caruana giet konkluza b’xutt fil-baxx li l-gowler Xlukkajr Debono salva. Floriana kellhom xi attakki ohra fosthom wiehed fil-35 minuta meta kross xott minn mal-linja ta’ M Brincat waqa’ fuq il-lasta l-mimduda u ballun baqa’ sejjer barra.
Marsaxlokk ghamlu reazzjoni ghal dawn l-attakki meta fis-37 minuta xutt b’sahhtu fil-baxx ta’ Camenzuli gie salvat mill-gowler Zammit u fil-41 minuta kross ta’ Camilleri lejn Al Corse, dan nizzel il-ballun f’saqajn Sammut li b’xutt minn qaghda centrali impenja lil Zammit li b’diffikultà salva f’korner.
Bhalma digà semmejna t-tieni taqisma kienet ferm ahjar mill-ewwel wahda u mill-ewwel bdew attakki interessanti. Floriana kellhom xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Zarb li ghadda gholi filwaqt li Marsaxlokk fethu li skor. Fis-60 minuta Camenzuli kkrossja minn mal-linja lejn JULIO ALCORSE li b’xutt mill-qrib gheleb lil gowler Zammit.
Marsaxlokk komplew biex fid-69 minuta kross ta’ Licari lejn Camilleri falla cans tad-deheb li jirdoppja. Ta’ dan l-izball ix-Xlukkajri pattew qares ghax fit-73 minuta minn azzjoni ta’ freekick ta’ M Brincat li Debono fil-lasta Xlukkajra salva f’korner, mill-korner moghti mill-istess M Brincat il-ballun ghand Doffo li mill-qrib impenja lil Debono li salva parzjalment u mir-ribawnd CHRISTIAN CARUANA b’xutt b’sahhtu angolat mil-qrib kiseb id-draw ghal Floriana.
Marsaxlokk fir-reazzjoni taghhom kellhom pass minn Al Corse lejn Camilleri li wahdu quddiem il-lasta falla li jerga’ jpoggi lil M’Xlokk fil-vantagg. Ghal darb’ohra wara zball regghet giet ir-riperkussjoni ghal M’Xlokk peress li minuta wara tkecca Al Corse fuq protesti.
Fit-83 minuta Camilleri u Sammut qassmu l-ballun bejniethom u b’konkluzjoni min-nofs li Zammit fil-lasti Furjaniza salva f’korner b’diffikultà.
Fid-90 minuta zewg xuttijiet f’attakk wiehed ta’ Camilleri u Camenzuli ghal M’Xlokk li t-tnejn gew salvati ghal darb’ohra minn Zammit.
Il-gowl tar-rebha wasal fil-91 minuta. Harba ta’ Caruana li qassam lejn Borg li mil-qrib ixxuttja izda Debono salva f’korner. Mil-korner ta’ M Brincat ballun fuq ras CHRISTIAN CARUANA li gheleb lil Debono ghal rebha Furjaniza ta’ 2-1.
FLORIANA: Zammit, J Brincat, Camoin, Doffo, Briffa, Pisani, Agius (V Brincat 78), M Brincat, Caruana, Zarb (Abela 70), Anonam (Borg 36).
M’XLOKK: Debono, Licari (Barbara 70), Conceicau, Said, Sammut, Pullicino, Al Corse, Camenzuli, Camilleri, Brincat, Cassar (Sciberras 70).
REFEREE: Andrea Arciola.
PLEJER TAL-LOGHBA: Kevin Sammut Marsaxlokk

| < Prev | Next > |
|---|






