Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Teknika gdida ddawwarlu hajtu ta’ taht fuq

E-mail Print PDF
Share

adrian_gusmanAdrian Gusman maghruf ahjar bhala l-Vadette huwa persuna simpatika mmens.  Meta fil-passat gieli kont inkun fil-kumpanija tieghu, dejjem hadt gost u dejjem niftakarni nidhqu, daqqa fuq haga daqqa fuq ohra.  Illum Adrian ghandu 31 sena u joqghod San Giljan.  Bhala passatempi ghandu ghal qalbu t-tisjir, l-qari, l-mixi, s-safar u l-volontarjat.

Tkellimt mieghu mhux biss dwar ix-xoghol tieghu bhala dak li jaqra x-xorti izda wkoll dwar il-kambjamenti godda li graw f’hajtu matul dawn l-ahhar snin, fosthom li anke biddel ir-religjon li kien ihaddan sa ftit zmien ilu.

Adrian jghid li f’dawn l-ahhar tliet snin hajtu nbiddlet fizikament, spiritwalment u anke materjalment.  Jaf is-sigriet tas-success, is-sigriet tal-hajja u s-sigriet tal-bniedem b’mod pozittiv assolut.

“Inhossni gejt perfett ghat-tajjeb ghalkemm hafna mdorrijin jghidu li hadd mhu perfett.  Izda issa nista’ nghid b’konvinzjoni li iva jien perfett ghat-tajjeb ghax Alla huwa infinit tat-tajjeb u ahna dik ix-xbieha.”

Mistoqsi minn fejn gie l-laqam tieghu Vadette, Adrian wegibni,  “Meta kont izghar kont nahdem bhala animator fuq il-palk, u dak kien stage name tieghi.  Vadette hija karozza bhal Cadilac tas-snin 50 u hadt grazzja ma’ din it-tip ta’ karozza u ghaziltha bhala stage name tieghi”, fissirli Adrian.

Qari tax-xorti

Kif hafna jafu, Adrian jahdem ghal rasu.  Fil-fatt ilu jipprattika l-qari tax-xorti ghal dawn l-ahhar 16-il sena.  Mistoqsi minn fejn gietu l-hajra li jinteressa ruhu fil-qari tax-xorti, Adrian spjega li minn dejjem kellu din it-tip ta’ hajja minn ckunitu.

“In-nies u l-hbieb dejjem qishom iridu l-pariri minghandi u kwazi dejjem jiddependu minni kemm il-hbieb u anke nies mhux qrib tieghi.”

Adrian ifisser il-qari tax-xorti bhala mhux propja xoghlu, izda hajtu!!  “Is-sodisfazzjon minnu hija tremenda li nghaqqad il-familji u li naghti skop ghal persuna ghalxiex tghix.  Ma nistax nispjega l-ferh go qalbi kuljum”.

Isir Buddist

Tkellimt ma’ Adrian dwar il-bidla kbira li ghamel fih dan l-ahhar.  Fil-fatt din il-bidla hi li minn Kristjan issa sar Buddist.  Precizament, Adrian kien ilu jissejjah nisrani ghal dawn l-ahhar 26 sena.

 

“Kull tip ta’ religjon issa saret ma taghmilx sens ghalija ghax tghallimt b’hafna studju u psikologija u b’filosofija ta’ kemm hawn tbatijiet minhabba r-religjonijiet u kemm nies ibatu ghalxejn minhabba ligijiet assurdi u kull religjon huwa skop fejn lid-dghajjef ihalluh bil-biza’ u izommuh bil-biza’ halli jkun hemm il-poter fuqu.

Il-buddizmu mhux religjon izda huwa biss kif ghandek tkun f’dixxiplina mieghek innifsek fuq imhabba paci u sahha mieghek u ma’ tal-madwar.”

Mitlub jispjegali d-differenza bejn il-kristjanezmu u l-buddizmu, Adrian tani spjegazzjoni u kuntrast taghhom.

“Id-differenza bejn il-buddizmu u l-kristjanezmu huwa li m’hemmx ligijiet jekk intix gay, separat u ma tadurax balla bnedmin li ghamlu l-gid f’hajjithom fil-passat izda tadura lil min halqek - lil Alla l-Missier ta’ kulhadd biss.  Dan kollu ghax Alla huwa l-inifinità tat-tajjeb u ahna ghandna l-istess xbieha tieghu u Alla ma jridnix insumu, naghmlu sagrificcji u inbatu.  Alla jridna nifirhu u inferrhu”.

Kif spjega mieghi stess Adrian, fisser li l-buddizmu mhux religjon imma dixxiplina mieghek innifsek fuq semplicità, paci, imhabba u kuntentizza mieghek u ma ta’ madwarek.  Izda x’hajjar lil Adrian jaqleb ghal Buddist.  “Tliet snin ilu kont qed nahdem Londra u kien hemm speci ta’ meeting kbir fuq skoperta ta’ kif ihaddmu l-parti tan-naha l-ohra tal-mohh u f’din it-tema jghidlek how to bring thoughts into things.  Il-kurzità ghelbitni u attendejt ghal diversi seminars, lectures u anke korsijiet biex nara dan il-fenomenu tal-mohh x’jaghmel”.

Barra minn hekk, zied jghidli, “Tghallimt hafna affarijiet b’esperjenzi u b’taghlim kbir bhal li huwa dnub kbir li tibqa’ injorant u thalli lil min jigwidak u jhallik fl-injoranza ghax it-taghlim u l-gherf u l-gid huwa d-dritt ta’ kulhadd u mhux sew li bniedem japprofitta fuq bniedem iehor.”

Fil-qasam tax-xoghol tieghu Adrian jipprattika u jghallem certu tekniki lil persuni li jmorru ghandu.

“Fil-fatt ghallimt madwar 800 ruh u nista’ nghidlek li 80% minnhom qedghin jipprattikaw din it-teknika tant meraviljuza mahluqa mill-mohh, mahluqa minn Alla li madankollu huwa stess halqilna l-mohh u halaqulna biex nuzawh.  Din it-teknika aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed issir potenti milli nista’ nibdel il-hajja tal-bniedem u tieghi inkluza, grazzi ghall-fidi qawwija fuqi u fuq dak kollu li hu tajjeb”.

Hajja ahjar u perfetta

Hawnhekk nammetti hassejtni ftit konfuza ghal dak li kien qed jghidli Adrian.  B’hekk ghall-beneficcju tieghi stess u fuq kollox ghalikom il-qarrejja, tlabtu jispega b’mod dettaljat dan it-taghlim tekniku li qed jitrasferixxi lil nies ohra.

“Fi kliem semplici, jien nghallem persuni li ghandhom bzonn ikunu jafu kif ghandhom jghixu hajja ferhana, perfetta u mimlija mhabba fuqhom u fuq kull haga ta’ madwarhom u nghallimhom li kull haga li tezisti fid-dinja hija possibbli u mhux is-sinjuri u n-nies b’xortihom tajba biss jista’ jkollhom”, fissirli Adrian.

Kompla jispjega, “Kulhadd ghandu xortih tajba u dik tigi biss mill-imhabba ta’ go fina ghax kollox gej mill-imhabba.  Jiena skoprejt xi haga unika fid-dinja li tintuza biss minn certu nies ta’ qawwa kbira ta’ intelligenza u sirt naf fuq din it-tip ta’ teknika li kapaci kull haga li nhoss nista’ ngibha lura fir-realtà ghax dak huwa dritt ta’ kulhadd li taghmel ghall-ahjar fil-hajja tieghek, infatti hija r-rieda ta’ Alla skond il-bibbja tal-kristjanezmu ukoll.”

Kemm ilu li sar jaf b’din it-teknika hajjet Adrian inbidlet b’mod esagerat.

“Kont persuna bil-piz zejjed.  Kont nahdem infermier.  Kont nghix mal-familja tieghi.  Kelli xortija ftit hazina fl-imhabba u anke fil-qaghda finanzjajra tieghi ma kontx daqshekk komdu.  Minn mindu bdejt nahdem fuq din it-teknika straordinarja, hajti fi zmien ta’ disa’ xhur inbiddlet.  Ghandi l-figura li dejjem xtaqt u li kulhadd ikun jixtieq u gewni opportunitajiet  ta’ xoghol barra minn Malta f’Londra, New York u anke ‘l quddiem f’Dubai u nahdem ukoll go lukandi ta’ livell gholi f’Malta”.

Progetti futuri

Bhala progetti futuri, Adrian jixtieq li jiftah centru kbir hafna f’Malta u li jigbed kull tip ta’ persuni kemm barranin u kemm lokali u li jkun jhaddan fih ghalliema specjalizzati dwar din l-iskoperta tieghu biex jghallmu u jidderiegu l-hajja perfetta.  L-ghan ewlieni jkun li jnehhi l-biza’ tal-hajja mimlija problemi, sagrificcji u tbatija.  Skola b’nies imharrga minn ghandi fejn jistghu jghallmu dan id-don daqshekk meraviljuz li halaq Alla -  Il-Mohh!!!!”, spjega Adrian

L-intervista regghet qalbet dwar tibdil iehor li sehhew f’hajtu dan l-ahhar.

“Fil-hajja privata kelli tibdil enormi bhal imhabba gdida.  Nghix go dar isbah u f’post li dejjem xtaqt jiena.  Dan sar mhux bil-qliegh ta’ flus, imma b’affarijiet li jiena ghamilt biex gew grazzi ghal din it-teknika issa nista’ nghid li dak kollu li jiena dejjem xtaqt u hlomt go hajti fi zmien sentejn hadt kollox u nista’ nghid li issa veru ma jonqosni xejn.  Li naghmel jien issa qed inzomm il-weghda li ghamilt mal-Mulej.  Din il-wedgha kienet li jekk Alla b’din it-teknika jtini l-affarijiet li dejjem xtaqt bhas-sbuhija u l-flus, jiena weghdtu li nghaddiha lill-proxxmu sakemm immut.  La hekk gara, issa allura ddedikajt hajti biex nghin lill-ghajri ghax jiena naf minn xiex ghaddejt b’umiljazzjonijiet u b’nuqqas ta’ flus u nuqqas ta’ imhabba u nuqqas ta’ rispett fuq lejja innifsi habba haddiehor”, sahaq u temm jghidli Adrian.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata