1. Great minds
Tiskanta kemm hawn nies li mohhhom jahseb hazin.
Iltqajt ma’ habib tieghi u tghidx kemm kien irrabbjat ghax skont hu, il-prim Gonzi kien jaf x’mistoqsijiet kien se jistaqsih Bondi tac-cingi, tant li kellu d-dokumenti kollha lesti u beda johroghom minn go basket minghajr lanqas biss ihares lejhom.
Lil dan il-habib, ippruvajt nispjegalu li dawn l-affarijiet la jaghmilhom Bondi tac-cingi, u lanqas jaghmilhom il-prim Gonzi.
Ippruvajt nispjegalu li gara dak li gara ghax kif jghidu l-Inglizi two great minds think alike.
Siehbi kien pront wegibni: U int wiehed minn dawk li jissemmew fil-kumplament tal-qawl Ingliz.
2. Peppi ma’ David?
Qaluli, imma jiena ma emmintx, li Peppi ta’ Xarabank deher f’riklam fuq it-tv tal-PN ifahhar lil David Casa tal-PN, bit-tama li l-eluf ta’ nies li jaraw il-programm tieghu, jivvutaw ghal David minhabba dak kollu li wettaq fi Brussel f’dawn l-ahhar hames snin.
Kif ghedtilkom, jien ma emmintx. U lanqas nista’ nemmen.
L-ewwel u qabel kollox ma nistax nemmen li Peppi jkun ma’ David, ghax kieku zgur jiksirha ma’ Simon u l-irjus tal-PN. Ovvjament m’ghandiex dubju li xi haga bhal din Peppi ma jixtiqhix ghax jiehu gost kultant johrog jiekol ma’ xi rjus kbar tal-PN.
Imma aktar minn kollox, ma nistax nemmen li Peppi jxaqleb lejn xi kandidat jew iehor ghax l-Awtorità tax-Xandir hija kontinwament ghassa tieghu biex fil-programmi tieghu jibqa’ dejjem bilancjat - kif dejjem kien - u mhux kif jirrizulta mill-istharrig tal-opinjoni pubblika.
3. L-ahhar gimgha
Issa ilna numru ta’ gimghat mhux hazin nisimghu u naqraw kemm il-gvern ghandu f’mohhu pjani ghal kull qasam u ghal kulhadd f’pajjizna.
Ma nafx x’ma ssemmiex. Sahansitra propju ftit tal-jiem ilu qalulna li fi ftit gimghat ohra, (iva sewwa qeghdin taqraw), fi ftit gimghat ohra, il-bastimenti tat-turisti se jibdew jorbtu anke gewwa l-Isla biex igawdu n-nies tan-naha ta’ isfel.
U biex jissahhah it-turizmu f’Ghawdex, il-prim Gonzi mar jinawgura l-istitut tat-turizmu li ilu li fetah xi seba’ xhur.
Imma tistghu sserhu raskom li din il-gimgha hija l-ahhar wahda li se nisimghu b’daqshekk progetti.
Jghaddi nhar is-Sibt, meta allura tghaddi l-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew, imbaghad minflok progetti, nibdew nisimghu b’taxxi godda, f’forma ta’ tariffi, mizati, eko-xi haga, jew ma nafx x’hix.
4. Skont Vince Farrugia
Jekk smajtu x’kellu xi jghid Vince Farrugia tal-PN u tal-Hal M’Ahniex (mhux tal-GRTU) il-Hadd li ghadda, sirtu tafu storja gdida.
Ghal min tilef din l-opportunità nghidlu li Vince Farrugia ta’ Hal M’Ahniex qal li l-Perit Dom Mintoff kien waqqa’ l-gvern Laburista bi ftehim ma’ Fenech Adami biex dan tal-ahhar ikun jista’ jdahhal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.
Issa lili qaluli li din l-istorja, xejn m’ghamlitlu gid lil Vince Farrugia ta’ Hal M’Ahniex.
Ma ghamlitlux gid ghax eluf ta’ ammiraturi ta’ Fenech Adami fehmu li skont Vince Farrugia, kien il-Perit Dom Mintoff li dahhal lil Malta fl-Unjoni Ewropea, u mhux Fenech Adami. U allura addio missier Malta fl-Ewropa!
Jekk kellhomx ragun jifhmu hekk, inhalli f’idejkom biex tiggudikaw.

| < Prev | Next > |
|---|






