Bilfors irrid nibda l-kummenti tieghi ta’ din il-gimgha bl-avventura ta’ Cipru.
Normalment, kif ghamilt dejjem, ktibt din il-kolonna mil-lenti tieghi personali u diversi drabi kienet ukoll bla kantunieri. Ippermettuli li din il-gimgha nikteb paragrafu bhala Direttur ta’ l-Isport.
Illum il-kontingent Malti jitlaq lejn Cipru biex jibda l-avventura tieghu ghall-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar.
Jien ilni fil-kariga tliet xhur u nhossni eccitat b’din l-avventura gdida. Se morru nippartecipaw f’post veru simili ghalina.
Mediterranju bhalna, b’kultura vera simili, post li però zgur fi tmiem il-gimgha li gejja se jkun l-ewwel fil-klassifika tal-medalji. Post li kiber hafna fl-isport tant li, per ezempju fil-futbol, it-timijiet tieghu jikkompetu mal-aqwa fl-Ewropa. Post li wasal ghal atleti f’livell olimpiku, bhalma waslu wkolll-Izlanda, Lusemburgu u San Marino, pajjizi zghar bhalna.
Malta ghanda tiehu dawn il-pajjizi bhala ezempju li però difficli timita peress li l-investiment fl-isport hawn Malta, ghalkemm hemm rieda qawwija, huwa dak li huwa.
’Il boghod minn dan kollu, dawn it-tliet xhur ghallmuni napprezza lil min jahdem u jahdem bis-serjetà biex l-isport Malti jimxi ’il quddiem. Izda ghallmuni wkoll li hemm nies li jidhlu biss f’assocjazzjonijiet u federazzjonijiet biex ikunu jafu x’inhu ghaddejj u biex imiddu idhom ghax-xoghol, imbaghad isibuha difficli.
Tghallimt ukoll li hemm atleti b’mentalità professjonali, konvinti minn dak li qeghdin jaghmlu, u ghalkemm fosri mhux dejjem jispiccaw li jiehdu medalja, ikollhom il-kuxjenza f’postha li hadmu kemm felhu.
Min-naha l-ohra tghallimt li bhal student li jaghmel ezami, hemm atleti li jhallu ghall-ahhar u dan mhux dejjem ikun tajjeb, ghalkemm ikun hemm minnhom talenti naturali li xorta jikkwalifikaw u jgibu medalja.
Tghallimt ukoll li parti mill-kultura taghna hija li neskludu u niggieldu, u jekk jista’ jkun, intellfu lil min jista’ b’xi mod ikun ahjar minna, minflok ghal kuntrarju nghinu lil xulxin ghax din Malta hija zghira u ghanda bzonn lil kulhadd fl-isport.
Tghallimt, u din kont ilni nafa per esperjenza, li hemm gurnalisti genwini u ohrajn li, biex jidhru u jinghogbu, jaghmlu minn kollox anke jekk dan jista’ jfisser li jkisser atleta jew ufficjal f’mument importanti.
Insomma lura ghal din il-gimgha.
Jien ninsab konvint li l-kontingent li illum wara nofs in-nhar sejjer Cipru huwa wiehed kompetittiv. Kienu hafna c-cirkostanzi li ghamlu dan il-loghob difficli bhal per ezempju, xi atleti li ghal xi raguni jew ohra, m’ghadhomx parti mit-tim Malti.
Kien hemm ukoll it-table tennis, sport li din is-sena seta’ jiggarantixxi ammont sostanzjali ta’ medalji, izda minnhabba raguni partikolari, mhux se jiehdu sehem.
Hemm ukoll il-fattur ta’ injuries li laqghat ghal xi raguni jew ohra, diversi sport.
Minkejja dan il-mewg kollu kontra, nemmen li l-atleti Maltin se jqumu ghall-okkazjoni u jziedu n-numru ta’ medalji li s’issa Malta kisbet f’dan il-loghob, b’tama li minn hawn u ftit iehor, uhud minnhom imorru ghal kompetizzjoni ikbar, dik tal-Loghob tal-Mediterran f’Pescara.
Awguri lil kulhadd!!
Minn awguri ghal prosit li jmur bla dubju lil Hibernians li fi tmiem il-gimgha li ghaddiet gew inkoronati Champions tal-futbol Malti wara assenza ta’ seba’ snin.
Tajjeb li hawnhekk nippreciza li meta ktibt dan l-artiklu il-finali ta’ trophy bejn Sliema Wanderers u Valletta kienet ghadha ma ntlaghbitx.
Lura ghall-kampjonat u nahseb naqbel ma’ dak li qal l-President tal-Hibs Tony Bezzina li hadd ma kien jemmen, barra ovvjament in-nies mir-Rahal Gdid, li Hibernians jiehdu il-kampjonat. Il-mentalità din is-sena bla dubju kienet wahda differenti.
Miller li mdorri jahdem maz-zaghzagh ta ezempjiu ta’ kif dawn l-elementi zghazagh jigu sfruttati biex johrog minnhom talent, grinta u konvinzjoni, anke meta l-avversarji jkunu ta’ esperjenza iktar minnhom.
L-ahhar loghba tal-kampjonat kienet ezempju car. Quddiem l-ikbar folla ta’ l-istagun, bl-avversarji jkunu c-Champions u favoriti Valletta, iz-zghazagh ta’ Hibs rari taw spazju lill-avversarji jersqu lejn il-lasta.
Players bhal Edward Herrera, Jonathan Caruana, Jean Paul Farrugia u ohrajn taw kontribut eccellenti, izda l-mertu ta’ dan il-kampjonat ma jmurx ghal Miller u z-zghazagh biss.
Il-mertu jmur ukoll ghal Tony Bezzina, president li ghandu jkun ezempju ghal hafna; president ta’ ftit kliem u ta’ Hafna fatti; president li jien minnu tghallimt hafna u napprezza u apprezzajt kull kumment li ghadda lili.
Mertu wkoll ghal nies habbrieka hafna fil-kumitat. Insemmi tlieta partikolari li jien ikolli kuntatt maghhom - David, Jesmond u Stephen - li dejjem hadmu bi ftit kliem ukoll u anke huma b’hafna fatti.
Mertu wkoll ghall-maturità ta’ players bhal Terrence Scerri u l-kontribut tal-veterani li ghandu dan it-tim: players bhal Andrew Cohen, Mario Muscat, Aaron Xuereb, Adrian Pulis li, bl-ghajnuna ta’ barranin eccellenti, ghamlu tim maghqud u kompetittiv.
Barra minnhekk supporters klabb li jahdem bis-serjetà mhux biss biex jghin it-tim waqt il-loghob, izda anke biex jghin il-klabb jigbor fondi necessarji.
U finalment partitarji eccellenti li dejjem kienu wara t-tim - fil-mumenti hziena u tajbin - u li dejjem emmnu li Hibernians se jirbhu l-kampjonat dan l-istagun. Stagun li nkluda episodji koroh li nittamaw kemm jista’ jkun malajr jigu ccarati, imma li izda kellu tmiem mill-isbah.
Kampjonat incert sal-ahhar sekonda, li jikteb pagna ohra ta’ futbol Malti li ntemmet.
Prosit Hibernians.

| < Prev | Next > |
|---|






