Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Gurnata impenjattiva

E-mail Print PDF
Share

atleti_kollhaGhada tiftah l-Edizzjoni Ciprojotta tal-Loghob ghall-Istati z-Zghar ta’ l-Ewropa
Nhar il-Gimgha li ghaddiet kienet gurnata ferm impenjattiva ghall-kontingent Malti li ser jibda jhalli pajjizna llum lejn Cipru ghal Loghob tal-Pajjizi z-Zghar ta’ l-Ewropa.

 

Il-gurnata bdiet kmieni filghodu meta l-kontingent ghamel zjara lill-President tar-Repubblika George Abela fil-Palazz il-Belt. Zjara verament partikolari ghax il-President huwa bniedem sportiv li qatta’ wkoll parti minn hajtu fl-isport, tant li kien President tal-Malta Football Association u anke kien jiehu sehem f’diversi tigrijiet  fit-triq fl-atletika.

Il-President Abela qal li l-isport kien minn dejjem parti importanti minn hajtu u ferah lill-atleti kollha li ser jiehdu sehem f’isem Malta.  Huwa qal li jinsab zgur li din il-partecipazzjoni timla lill-atleti b’responsabilità u unur li ser ikunu  huma li jirrapprezentaw lil pajjizhom.  Il-President tar-Repubblika imbaghad ipprezenta l-bandiera Maltija lil flag bearer ta’ Cipru li ser tkun  Andreanna Zammit. 

 

L-istorja ta’ Zammit hija wahda partikolari.  Wara diversi gimghat ta’ qtiegh il-qalb dwar jekk il-ginnasti humiex telghin jew le, Zammit hadet risposta li ser titla’ ghal-loghob propju siegha qabel mal-kontingent thabbar. Barra minn hekk fl-età ta’ 13-il sena hija ser tkun l-izghar atleta femminili fil-loghob.  Hija fil-fatt ghalqet sninha propju f’Mejju.

L-Imhallef Lino Farrugia Sacco qal li ghall-Kumitat Olimpiku Malti li jkollok stedina ta’ l-oghla kariga fil-pajjiz huwa unur kbir.

Huwa qal li dawn iz-zjajjar jaghmlu lill-isport u l-Kumitat Olimpiku iktar importanti u semma l-fatt li l-President Abela dejjem kellu l-isport bhala prijorità.  Fi tmiem huwa ukoll prezenta tifkira ta’ l-okkazjoni lill-President tar-Repubblika.

Wara kien imiss li l-kontingent Malti jaghmel  zjara fic-Centru Nazzjonali Laburista fil-Hamrun fejn l-atleti gew milqugha mill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Joseph Muscat u dirigenti gholja tal-partit.  Joseph Muscat sahaq li l-isport ghandu jkun priorità u awgura lill-atleti kull success f’din l-avventura u qal li jinsab perswaz li kulhadd ser jaghmel l-almu tieghu biex jaghmel isem ghal Malta.  Anke hawn hekk Joseph Muscat gie ipprezentat lill-atleti kollha li huma parti mill-kontingent.

L-ahhar zjara kienet fid-Dar Centrali  tal-Partit Nazzjonalista fejn hawn hekk il-kontingent immexxi mill-President u l-Ezekuttiv ntlaqa’ mis-Segretarju Generaeli tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier.  Huwa awgura kull success li kontingent Malti u qal li jinsab perswaz li il-gimgha li gejja dawn l-atleti ser jaghmlu Malta kburija bihom u l-wirjiet taghhom.

Huma tmienja l-pajjizi li qed jiehdu sehem fil-Loghob ta’ l-Istati z-Zghar ta’ l-Ewropa li qed isiru f’Cipru.  Barra ovvjament il-pajjiz li qieghed jospita l-loghob, u Malta, hemm ukoll San Marino, Andorra, Lussemburgu, Liechenstein, Monaco u Izlanda.  Il-kontingent ser jitlaq minn Malta illum  il-Hadd.

Fil-verità l-ewwel parti tal-kontingent telqu nhar l-Erbgha li ghaddew.  Kienu Marie Claire Aquilina, Etienne Bonello u Maurice Formosa, jigifieri it-tim tal-Mountain Bikes li halla Malta l-ewwel.  Huma marru qabel mhux biss biex jaghmlu konoxxenza ta’ track izda anke sabiex jiehdu sehem fi pre race li saret qabel il-loghob.

Lura ghal kumplament tal-kontingent.  Dawn telqu minn Malta b’titjira lejn Larnaka li tinsab madwar 40 kilometru minn Nicosia.  Il-vjagg telaq Malta fl-3.40pm u wasal Cipru fis-7.10pm.

Tajjeb li wiehed jinnota li Cipru ghal dak li huwa hin jinsabu siegha qabilna.  Minn hemm il-kontingent inqassam fi tnejn, bi grupp ta’ Ghawwiema, Ginnasti, players tal-Beach Volley u bahhara jmorru Limassol u l-ohrajn imorru Nicosia.

Fl-ajruport il-kontingent Malti jiehu t-tradizzjonali ritratt kollha flimkien li jkun l-ewwel souvenir tal-mawra taghhom f’Cipru.  Il-Maltin ser ikunu lura Malta nhar il-Hadd li gej fis-2.10pm.

Meta ser jiehdu sehem il-Maltin (Hin ta’ Malta)

It-Tnejn 1 ta’ Gunju
20:00    Cerimonja tal-Ftuh

It-Tlieta 2 ta’ Gunju
09:00    Ghawm 
09:00    Beach Volley  – Malta vs San Marino
10:00    Judo Individwali
10:00    Skeet u Double Trap
10:00    Tennis Singles
10:00    Table Tennos - Timijiet
14:00    Air Rifle
11:00    Ibburdjar (Optimist u Laser
12:00    Baskitbol (F) – Izlanda vs Malta
14:00    Baskitbol (M) – Izlanda vs Malta
14:00    Ginnastika Feminili
17:15    Ginnastika Maskili
18:00    Atletika
18:30    Beach Volley – Cipru vs Malta

L-Erbgha 3 ta’ Gunju
10:00    Ghawm
10:00    Judo Individwali
10:00    Skeet
10:00    Tennis – Singles
10:30    Table Tennis - Timijiet
11:00    Ibburdjar (Optimist u Laser)
11:30    Beach Volley  – Malta vs Lussemburgu
16:00    Baskitbol (M) – Malta vs Andorra
16:00    Ginnastika Finali Individwali
18:00    Baskitbol (F) – Cipru vs Malta

Il-Hamis 4 ta’ Gunju
09:00    Mountain Bikes    (Maskili u Feminili)
09:30    Table Tennis Doubles
10:00    Ghawm
10:00    Tennis Doubles
10:00    Table Tennis Singles
10:00    Trap Nisa u Irgiel
11:00    Ibburdjar (Optimist u Laser)
16:00    Baskitbol (M)    – Malta vs Lussemburgu
18:00    Atletika

Il-Gimgha 5 ta’ Gunju
10:00    Judo Timijiet
10:00    Tennis Doubles
10:00    Trap
10:45    Table Tennis Singles
11:45    Ghawm
11:00    Ibburdjar (Optimist u Laser)
12:00    Baskitbol (F)     – Malta vs Lussemburgu
20:30    Baskitbol (M) – Cipru vs Malta

Is-Sibt 6 ta’ Gunju
10:00    Tennis Singles
16:30    Atletika
20:00    Cerimonja ta’ l-Gheluq

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata