Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sena wara

E-mail Print PDF
Share

It-tmexxija ta’ Joseph Muscat, sa mill-bidu taghha, uriet ftuh ta’ stagun politiku gdid kemm fi hdan il-Partit Laburista kif wkoll fil-mod kif inwettqu l-politika f’pajjizna. Mill-bidu, din it-tmexxija tellqet process ta’ tigdid fi hdan il-Partit Laburista, process li kien jehtieg impenn u determinazzjoni. Process li bih qed insahhu t-tajjeb tal-partit filwaqt li niggeddu biex naghtu l-aqwa servizz lil pajjizna.

 

Il-process ta’ tigdid fi hdan il-partit wassal biex noholqu spazji godda ghal aktar hidma u aktar impenn ghal dawk kollha li lesti jaghtu kontribut b’risq il-vizjoni li l-Partit Laburista qieghed joffri ghal pajjizna.

Dan il-messagg fetah bibien  godda fi hdan il-partit biex inkattru l-hidma taghna. Bibien li sahhu l-konsultazzjoni li nwettqu u li permezz taghha inwasslu ahjar il-vuci tal-poplu taghna fl-istuzzjonijiet Maltin u Ewropej.

Il-hidma politka, bi tmexxija ta’ Joseph Muscat, qed tibni movement gdid popolari. Moviment maghmul minn nies ta’ hsieb progressiv u nies politikament moderati izda jghaqqadhom ilkoll flimkien huwa l-gid ta’ pajjizna imsejjes fuq il-principji li jsawwru l-politika Laburista. Moviment maghmul mill-poplu, ghall-poplu.

Dak kollu li twettaq matul din l-ahhar sena tfassal skont it-twemmin li nhaddnu. Twemmin li fuq nwettqu l-hidma taghna. Hidma iffokata, diretta u mahsuba biex flimkien nirnexxu. Bdejna l-process li se jkun qieghed iwassal biex lil pajjizna naghtuh id-direzzjoni success li tant jehtieg.

L-impenn ghat-tigdid li beda Joseph Muscat huwa mifrux fuq diversi oqsma u ghandu diversi ghanijiet li flimkien irridu nilhqu. Filwaqt li fl-istrutturi tal-partit beda ghaddej process ta’ tishih u tigdid, gie imhejji pjan u bdew jittiehdu passi biex ingeddu l-mod kif issir il-politika f’pajjizna.

Dawn il-processi bdejna naraw ir-rizultati taghhom matul l-ewwel sena tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat meta f’Novembru li ghadda, l-Konferenza Generali approvat statut gdid li bih fassalna l-ghodod godda mehtiega biex insahhhu l-hidma taghna filwaqt li nkunu nistghu naghtu l-aqwa servizz lil pajjizna.

Mill-banda l-ohra, rajna impenn li wassal biex inniedu xoghol li huwa mahsub biex f’pajjizna tiggedded il-hidma parlamentari permezz ta’ parlament aktar mghammar ghal zminijietna, process ta’ riforma fil-ligijiet elettorali. Dan apparti impenn kbir biex inressqu l-proposti taghna li nemmnu li huma fejjieda ghal pajjizna.

Matul din l-ewwel sena tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat, il-Partit Laburista wera bic-car li huwa determinat biex jaghti hidma ghat-tishih tad-demokrazija ta’ pajjizna. Dan huwa process mehtieg ghalina lkoll. Process li jirrikjedi impenn, process li pajjizna se jgawdi minnu.

Il-hidma politika li twettqet testendi fuq diversi oqsma. Rajna partit pro-attiv li jpoggi fuq l-agenda tal-pajjiz l-agenda vera tal-poplu. Partit li mexxa’ ‘l quddiem l-ghajta tal-poplu dwar il-kontijiet esagerati tad-dawl u l-ilma. Fissirna l-vizjoni taghna dwar politika ambjentali, fissirna l-pjan taghna biex nindirizzaw l-immigrazzjoni illegali f’pajjizna. Tajna kontribut fir-riforma tal-ligijiet tal-kera biex verament noholqu bilanc bejn l-interessi tas-sidien u tal-inkwilini. B’impenn fissirna hidma ekonomika li hija mehtiega ghal pajjizna li l-gvern qieghed jonqos milli jwettaq. Dawn kollha flimkien ma’ impenn shih biex nuru bic-car kif nistghu inressqu ‘l quddiem soluzzjonijiet viabbli ghad-diffikultajiet li qieghed jiffaccja l-poplu taghna.

Dak li twettaq matul din is-sena huwa biss bidu ta’ triq li rridu nimxu flimkien. Bidu ta’ hidma li trid titkompla biex insahhu l-processi interni li bdejna fl-ahhar sena u nkattru l-hidma taghna fl-ahjar interess ta’ pajjizna.

Fi zmien li gej irridu nkomplu infissru dak li qed nibnu flimkien bhalma rridu nfissru aktar fejn irridu naslu u fejn irridu nwasslu lil pajjizna. L-istedina li ghamel Joseph Muscat sena ilu hija miftuha aktar minn qatt qabel. Stedina li qed tibni u li se ssahhah il-koalizzjoni gdida ta’ Maltin u Ghawdxin li flimkien iridu jibnu ghada ahjar ghalina lkoll.
www.zrinzo.info

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata