1. X’se jigri?
Afli ghandna ghalfejn ninkwetaw, hbieb tieghi, bir-rizultat tal-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew!
L-ewwel u qabel kollox ghandna ghalfejn ninkwetaw ghax baqa’ l-art Vince Farrugia, li kienet il-GRTU li hajritu biex jikkontesta. Kif ghedtilkom, il-gimgha l-ohra, ladarba Vince baqa’ l-art Malta m’ghandhix deputat kapacissimu u vuci soda f’isem il-Maltin kollha.
Imma minghajr Vince fil-Parlament, mhux se jingieb aktar xoghol, ahseb u ara kemm se jingieb xoghol ahjar.
U biex tghaxxaqha baqa’ barra wkoll Edward Demicoli, u allura se jkollna nghaddu minghajr investiment fit-toroq.
Insomma biex naqta’ fil-qasir, nghidilkom li ma nafx x’se jigri wara t-tkaxira li hadu Vince, Edward, Rudolph u shabhom kollha tal-PN, ghalkemm b’Simon Busuttil ghandna garanzija ta’ kredibbilità.
Imma nghid jien, bil-kredibbilità se nieklu?
2. Ghazla tajba
Qaluli li lis-segretarju generali tal-Partit Nazzjonalista, Pawlu Borg Olivier, ghamlulu assistent personali. Ma nafx jekk ghamlulux assistent personali biex jghinuh, jew inkella ghax ma jafdawhx.
Li naf huwa li ma setghux jaghmlu ghazla ahjar. Ghax l-assistent personali ta’ Pawlu mhu hadd hlief Roderick Agius li kien ma’ Austin Gatt fil-ministeru tat-tekonologija, kompjuters, Smart City, tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, u ma nafx xhix izjed.
Tghiduli ghaliex ma setghux jaghmlu ghazla ahjar?
Tajba din, ghax konvint li Roderick Agius, bl-esperjenza li kiseb fil-ministeru tat-teknologija, kompjuters, Smart City ecc, ecc, il-PN se jkollu rasu mistrieha li PBO mhu se jaghfas l-ebda buttuna hazina meta jigi biex jibghat email.
3. Prosit lil Frank
Ara hi, biex tkunu certi li jiena bilancjat daqs Lou tac-cingi u daqs siehbu Peppi ta’ Xarabank, nixtieq nghid prosit lit-tabib Frank Portelli, kandidat tal-PN, ghall-mod kif ha bid-dghajsa t-tkaxkira li ha l-partit tieghu.
Ghal min ma jafx, Frank Portelli ma kienx prezenti ghall-konferenza tal-ahbarijiet tal-prim Gonzi l-Hadd li ghadda.
Meta kien mistoqsi ghaliex ma kienx prezenti, Frank kien pront wiegeb li kien il-Mater Dei jiddewwa minhabba t-tkaxkira li ha l-PN, u mhux minhabba t-tkaxkira li ha hu.
U m’hemmx ghalfejn nghidilkom, li la mar l-emergenza tal-Mater Dei, dam hafna jistenna. Issa jekk din tal-ahhar hijiex cajta jew le, difficli nghid.
4. Ragel fuq l-irgiel
Iva, biex inkompli nurikom kemm jien bilancjat daqs Lou tac-cingi u Peppi ta’ Xarabank, ma niddejjaq xejn nghid li l-prim Gonzi huwa ragel fuq l-irgiel.
Li ma kienx ragel fuq l-irgiel il-bozoz li ma jahlux kien iqassamhom qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, imma l-prim Gonzi, ta’ ragel li hu, ma riedx gimmicks.
Kif qalilna hu stess, il-prim Gonzi seta’ naqqas ukoll l-income tax kif wieghed fl-elezzjoni generali. Imma l-prim Gonzi, ta’ ragel li hu, ma ghamilx hekk ghax il-finanzi ma jifilhux.
Imma issa, hbieb tieghi, ibqghu zguri li ta’ ragel li hu, il-prim Gonzi, fis-sentejn li gejjin se jerga’ jpoggi l-finanzi fis-sod b’aktar taxxi, imbaghad, tliet snin ohra jnaqqsilna l-income tax.
Qed nghidilkom dan minn issa biex ma jigix xi hadd sentejn ohra, u jghid li t-tnaqqis fl-income tax ikun xi gimmick tal-prim Gonzi.

| < Prev | Next > |
|---|






