Ghaddew biss ftit gimghat minn meta thabbar li kienu saru zbalji u li kien hemm nuqqas ta’ attenzjoni fil-karti ta’ l-ezamijiet fil-livell “A” tal-Matsec. Issa fl-ahhar gimaghtejn hargu zewg stejjer ohra. Din id-darba ta’ xi abbuzi fl-ezamijiet fejn fl-ewwel kaz –dak ta’ l-MCAST - saret allegazzjoni li certu lecturer ghadda xi informazzjoni lil uhud mill-istudenti u issa biex inkomplu bis-sensiela negativa dwar l-ezamijiet l-Università habbret li kellha tiehu mizura li ma nafux qattx haditha qabel, dik li tipposponi l-ezami tal-Farmacija minhabba biza’ li kien hemm ksur ta’ sigurtà.. li nifhmu li tfisser li kien hemm il-possibiltà li dak li kien hemm f’dan l-ezami b’xi mod seta’ sar maghruf minn xi studenti.
Dawn huma affarijiet serji hafna u rridu naraw x’se naghmlu biex ma nkomplux nitilfu l-kredibiltà fis-sistema ta’ l-ezamijiet. Ta’ l-inqas fil-kaz ta’ l-Università ma garax dak li gara fl-MCAST fejn donnu li dawn intebhu b’dak li gara u hadu passi wara li l-istorja giet mxerrda mall-erbat irjieh mill-media.
Biss jidhrilna li fiz-zewg kazijiet jehtieg li l-poplu jkun jaf x’passi ttiehdu dwar il-kazi msemmija. Mhux bizzejjed li tipposponi ezami. Fuq kollox dan huwa aktar ta’ dannu ghall-istudenti billi dan se jkompli jzidilhom l-istress. Ghalhekk jehtieg li l-affarijiet isiru b’trasparenza u tinghata nformazzjoni x’passi dixxiplinarji ttiehdu ghal dak li gara, min refa’ r-responsabbiltà u fuq kollox x’qed isir biex dawn l-abbuzi ma jergghux isiru, kif ukoll x’mizuri ta’ sigurtà se jittiehdu biex kemm jista’ jkunu jigu evitati sitwazzjonijiet imbarazzanti bhal dawn.
Tajjeb li l-Kunsill ta’ l-Istudenti Universitarji (KSU) esprima solidarjetà ma’ l-istudenti tal-farmacija, ghalkemm ma nafux x’kienet ir-reazzjoni tal-KSU fil-kaz ta’ l-istudenti ta’ l-MCAST.
Stipendju
Storja tassew interessanti li harget minn mistoqsija parlamentari li saret mill-membru parlamentari Laburista Roderick Galdes dwar l-istipendji. Fit-twegiba taghha ghal din il-mistoqsija l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Dolores Cristina, qalet li eks student tat-Tourism Studies kien mitlub li jaghti lura €800 Euro li kien inghata bhala stipendju billi ma kienx kompla bl-istudju tieghu. Is-sabiha hi li dan l-individwu ntalab jaghmel dan 13-il sena wara li dahal ghall-kors.
Ahna naqblu li ma jistax ikun li studenti jidhlu l-Università jew istituzzjonijiet ohra, jiehdu l-istipendju u mbaghad jabbandunaw il-kors. Tajjeb li ma jsirux abbuzi, ghalkemm tajjeb li kultant wiehed jiehu f’kunsiderazzjoni c-cirkustanzi li jkunu wasslu lil individwu biex jitlaq mill-kors. Izda min-naha l-ohra nahsbu li hu hazin li nhallu daqshekk zmien jghaddi biex dak li jkun jigi mgieghel jirrifondi l-flus. Dan billi c-cirkustanzi ta’ dak li jkun jistghu jinbidlu. Ezempju car huwa ta’ l-individwu li semmejna aktar ‘il fuq li kif irrapportaw il-gazetti, issa huwa ragel mizzewweg, li barra li ghandu familja xi jmantni, qed ukoll jahdem fuq gimgha ta’ erbat-ijiem.
Ihallas l-FTS
Fil-Parlament, Evarist Bartolo, Kelliemi Laburista ghall-Edukazzjoni, ghamel diversi mistqosijiet lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni dwar xoghol difettuz li sar mill-kuntrattur fl-Iskola Primarja tas-Siggiewi. Mit-twegiba li nghatat sar maghruf li l-Fundazzjoni ghall-Iskejjel ta’ Ghada nefqet is-somma ta’ €1,013.00 biex taghmel roof membrane gdid fuq is-saqaf ta’ din l-iskola billi nstab li dak li sar ftit qabel mill-kuntrattur kien difettuz.
Safejn nafu ahna meta jsir xoghol ta’ membrane is-soltu jkun garantit ghal numru ta’ snin. F’dan il-kaz ma kienx? Jekk kien, il-kuntrattur kien gie mgieghel jirrifondi l-ispejjez?
Gbir
Ghamel sewwa l-Membru Parlamentari Laburista, Anthony Agius Decelis li permezz ta’ mistoqsija parlamentari gibed l-attenzjoni tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni dwar gbir ta’ flus bhala donazzjonijiet ghal diversi kawzi li jsir fl-iskejjel statali. Skont il-Ministru l-iskejjel dejjem jippruvaw izommu d-donazzjonijiet ghal minimu possibli sabiex ma jkunx hemm piz fuq il-genituri. Kieku hu hekk ma jimportax.
Izda nahsbu li min ta l-informazzjoni lill-Ministru ghamel dan minghajr ma investiga sewwa, ghax xbajna nisimghu genituri minn certi skejjel jilmentaw dwar gbir bhal dan.

| < Prev | Next > |
|---|






