Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Statistika li thasseb

E-mail Print PDF
Share

charles_mangionL-istatistika li nharget mill-NSO dan l-ahhar taghti lok ghal thassib. Din turi li l-qaghda ekonomika tal-pajjiz qed tehzien. L-ewwel sett ta’ statistika li qed nirreferi ghaliha hija dik li tirrigwardja l-bilanc tal-pagamenti.

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-izbilanc bejn dak li nimpurtaw u dak li nesportaw lahaq € 384 miljun, jew €81 miljun inqas mill-istess perjodu tas-sena l-ohra. Mad-daqqa t’ghajn wiehed jista’ jqis li b’dan il-mod imxejna ‘l quddiem.

Izda r-realtà hi li, waqt li l-esportazzjoni naqset b’€183 miljun fuq is-sena l-ohra, l-importazzjoni ukoll naqset b’€264 miljun. Dak li hu ta’ thassib hu l-fatt li l-affarijiet li impurtajna inqas minnhom huma prodotti industrijali, zjut u lubrikanti. Fi ftit kliem dawn huma l-materja prima tal-industrija u li meta jonqos l-uzu taghhom ikun ifisser li l-ekonomija qed tmajna.

Statistika ohra li tikkonferma dan ir-ragunament kienet dik li matul l-ewwel tliet xhur tal-2009 l-ekonomija Maltija naqset b’aktar minn tlieta fil-mija f’termini reali. Ir-ricessjoni f’pajjizna qed tkun aktar fonda anki jekk dhalna fiha xi ftit wara pajjizi ohrajn.

L-inkwiet hu li fix-xhur li gejjin jekk it-turizmu ma jirpiljax, ser naraw aktar problemi ma’ wiccna.

Qed nghid dan kollu mhux biex naqta’ qalb in-nies, imma ghaliex irrid nikkonvinci lill-Gvern biex jaghmel pakkett ta’ mizuri biex jistimula l-ekonomija halli terga’ tibda tikber u tohloq impjiegi godda ghall-haddiema taghna. Issa huwa l-waqt, perezempju, biex jinbdew progetti ta’ investiment produttiv fl-infrastruttura tal-pajjiz.

Insemmi ezempju wiehed. Il-famuz master plan tal-Port il-Kbir li n-Nazzjonalisti tant ftahru bih qabel l-ahhar elezzjoni generali, jidher li baqa’ fuq l-ixkaffa jigbor it-trab. Lanqas jafu x’ser jaghmlu bil-progett tal-Bacir Numru 1 f’ Bormla, ahseb u ara fuq l-inizjattivi l-ohra li kienu habbru ghall-Port.

L-industrija marittima hi industrija li Malta hija mahluqha ghaliha. Flok joqoghdu jitnikkru fuq l-privatizzazzjoni tat-tarzna, in-Nazzjonalisti jmisshom jghidu ezatt x’ser isir b’dik l-art  u bl-attivitajiet ekonomici li huma mahsuba ghaliha.

Hemm ukoll hafna progetti ohra marbuta ma’ l-industrija tat-turizmu. L-istat tat-toroq u l-indafa publika qed taffetwa hazin mhux biss lill-Maltin li nghixu hawn, izda ukoll lit-turisti li jzuruna. Jehtieg li l-Gvern jimbarka fuq progett ta’ emergenza biex itejjeb l-istat tat-toroq u jaghti tindifa lill-pajjiz, l-aktar fiz-zoni turistici.

Jehtieg ukoll li niehdu mizuri biex nghinu lill-intraprizi zghar. Il-Gvern jidher li ma jaqbilx ma’ dak li rrakomandat l-UE biex il-gvernijiet inaqqsu r-rata tal-VAT fuq servizzi li jinghataw minn restoranti u negozji ohra zghar fejn il-kompetizzjoni minn operaturi barranin mhijiex daqstant reali. Mizura bhal din tghin lil dawk li qed jaraw kundizzjonijiet difficli jizviluppaw fl-industrija tat-turizmu.

Jehtieg ukoll li jsir sforz akbar mill-Malta Enterprise biex nattiraw aktar investiment barrani lejn pajjizna. Huwa fatt li l-kundizzjonijiet huma difficli ghaliex l-ekonomija dinjija ghaddejja minn maltemp kbir. Madankollu Malta ghad ghandha certi vantaggi  fuq pajjizi ohra li jekk ikunu pprezentati tajjeb jistghu ihajjru interess fost investituri barranin ghax wara kollox l-ebda recessjoni dinjija ma ddum ghal dejjem.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata