Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Wara l-elezzjoni

E-mail Print PDF
Share

michael_parnisGiet u marret. Issa nafu r-rizultat, rizultat li ta rebha kbira lill-Partit Laburista. Ghaddew diversi gimghat ta’ kampanja elettorali li matulha rajna liz-zewg partiti politici ewlenin jistinkaw biex igibu dawk il-voti li permezz taghhom jeleggu l-kanditati f’isimhom. Kellna kampanja li ffukat l-aktar fuq issues lokali u mhux fuq issues Ewropej.

Fl-opinjoni tieghi l-akbar telliefa f’din l-elezzjoni kienet l-istess UE. Intefqu miljuni shah ta’ Ewro mill-UE biex theggeg il-partecipazzjoni tal-popli kollha.  Minflok kellna nuqqas ta’ voti madwar l-Ewropa kollha. Anke f’Malta kien hawn tnaqqis izda zghir meta wiehed jikkompara dan it-tnaqqis ma’ pajjizi ohra.

F’dawn l-ahhar gimghat l-Ewropa fakkret l-20 sena anniversarju mill-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin u l-hames sena minn meta fl-Ewropa dahlu bhala membri l-pajjizi l-hekk imsejha ta’ wara l-purtiera tal-hadid flimkien ma’ Malta u Cipru.  Pajjizi li ghalihom il-libertà kienet holma li saret realtà.  Pajjizi li kienu jharsu lejn l-UE bhala s-salvazzjoni taghhom, izda xorta wahda l-popli f’dawn il-pajjizi baqghu d-dar u ma marrux jivvutaw. Fis-Slovakkja li kienet tifforma parti minn dik li kienet tissejjah Cekoslovakkja hargu jivvutaw biss 19% tal-votanti.  Jekk wiehed ihares lejn pajjizi ohra jara li l-Polonja vvutaw biss 24.5%,  ir-Rumanija 43%, Bulgarija 39%, l-Ungerija 36% u tibqa’ sejjer hekk.  Minkejja l-hegga li kien hemm ghas-shubija, xorta wahda l-UE ma ikkonvincietx il-votanti johorgu.

Li skantajt ukoll kien il-fatt li mhux biss il-pajjizi li kienu parti mill-Patt ta’ Varsavja ma hargux izda anke pajjizi ohra, li sa ftit snin ilu kienu taht dittatorjat baqghu d-dar ukoll. Il-Grecja 52.6%  jew ahjar 10% anqas mill-elezzjoni tal-2004, il-Portugall 37% u Spanja 46%.  Tghid dawn il-pajjizi ghadhom jippreferu s-sistemi l-antiki? Jien konvint li le izda meta tara dat-tip ta’ rizultati jiguk dubji kbar. Fl-Ewropa kollha kien hemm nuqqas ta’ partecipazzjoni u rajna ukoll fattur inkwetanti, iz-zieda fil-voti li gabu l-partiti tal-lemin estrem.

F’Malta ghalkemm l-ammont ta’ votanti kien wiehed gholi, anzi l-aktar gholi fil-pajjizi kollha fejn il-vot mhux obbligu legali ukoll kellna nuqqas fil-persentagg ta’ nies li hargu jivvutaw.  Il-Maltin ivvutaw mhux fuq issues Ewropej izda fl-opinjoni tieghi fuq dak li qed jigri f’Malta. Rajna lill-PN jiehu telfa minkejja li ftit tax-xhur ilu rebah l-elezzjoni  generali. Rajna lill-PL jikkonvinci aktar votanti u jaghmel rebha tajba hafna. Izda anke f’Malta rajna kanditati li jhaddnu politika tal-lemin estrem jghollu rashom. Fadal hafna x’nisimghu dwar dawn l-elezzjonijiet. Il-PN irid jara x’gara ezatt u ghaliex il-poplu cahdu.  Irid jara ghalfejn ma kellux kanditatura tajba u ghaliex ipprezentaw biss kanditat wiehed u disgha ohra ghan-numru. Mill-banda l-ohra l-PL irid ikompli jahdem u ma jharisx lejn din ir-rebha bhala dik finali.

Erba’ kanditati li digà kienu hemm, zammew posthom Simon Busuttil, Louis Grech, John Attard Montalto u David Casa. Min-naha l-ohra Glenn Bedingfield kien l-uniku MEP li tilef postu.  Nahseb ikun xieraq li lil Glenn nirringrazzjawh tas-servizz li ta u nawgurawlu ghall-futur. Kellna ukoll is-success tal-Profs Edward Scicluna u Joe Cuschieri. Dawn huma l-vuci ta’ pajjizna fl-UE. Nispera biss li jzommu f’mohhhom li huma kollha Maltin u flimkien ma’ persuni ohra f’kumitati ohra fl-UE nistghu naghmlu hafna ghal pajjizna.  Nispera ukoll li f’Elezzjoni ohra ghall-hatra ta’ MEP ma nergghux naqghu fil-baxx u nahlu diskosi shah dwar liema buttuna ghafsu.  Kampanja ta’ dan it-tip tat rizultati hziena lil min uzaha. Aktar maturità tghin hafna l-impressjoni li naghtu kemm lill-popli Malti kif ukoll fil-hidma taghna fl-Ewropa. Awguri mill-qalb lil dawk kollha eletti.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata