Illum nerga’ nitkellem dwar l-esperjenza f’Cipru. Din kienet l-ewwel esperjenza tieghi f’loghob simili bhala ufficjal tal-Kumitat Olimpiku Malti. Tlajt Cipru wara li kont ilni biss tliet xhur fil-kariga. Kont naf li kienet se tkun wahda difficli ghax minnha ma kelli xejn x’nirbah.
Kull success li kien se jigi kien se jkun ghal hafna mertu ta’ hadd iehor, però kull disfatta li tigi ghal hafna kienet se tkun tort tieghi. Dawn l-affarjiiet kont nafhom minn qabel, izda kif dejjem ghidt, jien dhalt fil-Kumitat Olimpiku Malti biex inservi l-isport mhux biex niehu xi prosit personali.
Li jiddispjacik huwa li certi gurnali u certi gurnalisti ma jkunux oggettivi f’dak li jikkummentaw, izda jaghmlu dan b’agenda li tkun mahsuba. Ezempju. Meta fi Frar li ghadda organizzajt seminar dwar l-isport gurnal partikolari qal li ma jistax jirrapporta l-attività tieghi ghax huma ma joffrux spazzju lill-individwi u attivitajiet taghhom. Jidher li dan il-gurnal bl-Ingliz, din il-gimgha bidel il-policy ghax ta’ spazzju kbir lil individwi. Jekk mhux bdil ta’ policy allura dan il-gurnal jidher li forsi ma’ ghandux grazzja mieghi u allura mhux importanti dak kollu li nghid jien.
‘Il boghod minn dan kollu nahseb li l-esperjenza f’Cipru kienet esperjenza li se tiswa hafna ghall-futur. L-esperjenza tieghi bdiet minn April li ghadda ezattament tliet xhur ilu meta f’meeting internazzjonali tghallimt li mhux kulhadd verament jixtieq il-gid lill-isport u mhux kulhadd jixtieq il-gid lil pajjizu. Tghallimt ukoll li l-espressjoni Maltija, jew nilghab jew inhassar tezisti fil-verità.
Fil-granet ta’ qabel il-loghob apprezzajt is-sagrificcji li ghamlu hafna nies b’mod volontarju biex iwasslu atleti fl-ahjar kundizzjoni ghal-loghob. Tghallimt ukoll li mhux kulhadd verament jaf jahdem bhala tim, storja ta’ karattri differenti li jaghmlu effett differenti.
Zgur li ma ninsiex il-mumenti ta’ tensjoni li kien fil-ginnastika. Ftit gimghat qabel il-loghob kellna l-ahhar selezzjoni.
Tfal ta’ inqas minn 14-il sena kien gudikati fuq ezercizzju wiehed wara sentejn xoghol. Ma ninsiex it-tensjoni taghhom biex hadu l-go ahead minn organizazzjoni teknika stupida, kif ukoll il-mument meta rebhu il-medalja.
Ma ninsiex ukoll is-sagrificcji personali u fizici li ghamlu t-tim tal-mountain bikes li ghal diversi gimghat daru l-kontinent jikkompetu izda ma hadux dak li riedu. Ma ninsiex il-professjonalità ta’ whud mill-atleti, bhala players feminili tal-baskitbol, Simon Gerada, l-irgiel ta’ l-atletika, li kollha kemm huma kienu ta’ ezempju.
Ma tinsiex ukoll id-dedikazzjoni ta’ atleti bhal Carol Walsh u Giselle Camilleri li f’kundizzjonijiet difficli xorta hadu li riedu. Ma tinsiex ukoll il-mumenti ta’ deluzjoni, il-biki u r-rabja ta’ Diane Borg li ma rebhietx il-medalja, u dak ta’ Kate Cassar li hasset wisq il-pressjoni li qed tiehu sehem f’isem Malta ghal ewwel darba.
Minn dawk l-esperjenzi kollha, mit-tahlita ta’ karattri li kellna xi tghallimt u bla dubju dan ser jiswieni mitlu deheb meta ghal sentejn ohra ikun qed nhejja skwadra gdida ghal Liechenstein. Sfida gdida, sfida differenti, sfida mhux facli, iktar u iktar ghax issa se jkun hemm il-Montenegro, pajjiz zghir bhalna li izda huwa kbir fl-isport.
Loghob tal-Pajjizi z-Zghar li wara kollox nemmen li ghandu bzonn jindirizza l-problemi tal-barranin, il-hafna barranin li qed jiehdu sehem kontra ir-regolamenti li bla dubju jxekklu ic-cansijiet tal-Maltin, li jirbhu aktar.
Il-kaz tal-player Ciniz fit-table tennis, bil-Maltin eliminati minnu tliet darbiet, il-Franciz bl-ibburdjar li tellef il-medalja lil Maltin, u hafna iktar li bla dubju huma detriment ghall-atleti Maltin. Bla dubju fil-granet li gejjin se jkolli c-cans li nwiegeb ghal hafna mistoqsijiet li jistghu jqumu u anke naghmlu vizjoni ghal-loghob futur. Zgur izda li nixtieq nirringrazzja pubblikament lil dawk kollha li ghenu biex dawn il-Loghob ghall-kontingent Malti jirnexxu.
Grazzi lil atleti kollha li ghamlu tant sagrificcji, l-istess grazzi tmur ghall-familji taghhom u l-ufficjali kollha ghas-sighat ta’ sagrificcji li ghamlu. Hajr ukoll lill- Ezekuttiv tal-Kumitat Olimpiku, kif ukoll lill-istaff kollhu tal-Kumitat Olimpiku tal-mod professjionali li jahdmu.
Fl-ahharnett appell lill-gurnalisti shabi, specjalment lil dawk li kemm ilni li hadd din il-kariga qishom ma nizlitilhomx tajjeb. Jien dhalt biex nahdem ghall-gid ta’ l-isport. Dhalt biex inservi l-isport. Nemmen li kapaci naghmel dan f’cirkostanzi gusti. Appell lilhom biex verament jaghmlu kummenti oggettivi fuq dak kollu li raw fil-loghob u dak kollu li semmew waqt il-loghob.
Pajjiz zghir bhal Malta jixraqlu li kullhadd jigbed habel wiehed. Pajjiz zghir bhal Malta jixraqlu li kullhadd jinsa lilu nnifsu bhala persuna, mhux jien izda ahna, mhux intom izda ahna, huwa hekk biss li nistghu naslu.
Ahna qeghdin fl-isport biex inservu l-isport u mhux ghall-glorja personali taghna u nittama li issa u fiz-zmien li gej kullhadd jiftakru. Fl-Isport naslu biss jekk kulhadd jigbed habel wiehed.

Minn Agatha M. Saliba, June 15, 2009
Minn Carmen , June 19, 2009
| < Prev | Next > |
|---|






