1. Htija tieghi
Kemm qeghdin sbieh min jaf jarana! Hekk ghedt f’qalbi malli qrajt x’qalu l-membri parlamentari Nazzjonalisti waqt laqgha li fiha ddiskutew it-tkaxkira li hadu.
Tafu ghaliex ghedt hekk?!
Ghax milli jidher, hafna mill-membri parlamentari tal-prim Gonzi bdew jippuntaw subghajhom lejn Austin Gatt minhabba l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
Jekk indunaw issa li hadu tkaxkira minhabba l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, mhux jippuntaw subghajhom lejn Austin imisshom, imma jmisshom ilkoll kemm huma jghidu “htija tieghi, htija tieghi”, ghax ftit tal-gimghat ilu kollha kellhom ic-cans jivvutaw favur rohs fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
Imma minflok ivvutaw favur, ivvutaw kontra, kif qalilhom biex jaghmlu - bil-qalb - il-prim Gonzi.
2. Tittiehed
Sewwa jghidu xi whud li l-arroganza hija xi haga li tittiehed, specjalment fil-qasam politiku. U hekk jidher li gralu d-Dottor Alan Deidun, il-kandidat li hareg mal-PN ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u baqa’ l-art.
Tafu x’qalilna, hbieb tieghi, id-Dottor Deidun f’artiklu li kiteb biex jirringrazzja lil kulhadd, u fuq kollox lill-elettorat?!
Id-Dottor Deidun qalilna li meta se nindunaw x’ghamilna b’idejna b’dak li ddecidejna fis-sitta ta’ Gunju, se jkun tard wisq.
U d-Dottor Deidun ghajjarna wkoll li ma konniex maturi, tant li qieghed jispera li nkunu maturi u dejjem ingibu l-gid tal-kollettiv u tal-pajjiz ’il fuq minn dak personali.
U biex iggib il-gid tal-kollettiv u tal-pajjiz ’il fuq minn dak personali, ara ma tmurx xi darba jfettillek tivvota ghal xi hadd li quddiem ismu ma jkollux tal-anqas Dottor - tkun xi tfisser il-kelma Dottor. Dejjem jekk dan ix-xi hadd ma jkunx fuq il-lista tal-PN, bhalma kien David Casa.
Jekk din mhix arroganza, allura ma nafx xi tkun!
3. Ir-ragunar ta’ Simon
U xi nghidu ghal Dottor Simon Busuttil! Dan qal li l-PN qala’ tkaxkira ghax, fost affarijiet ohra, ma kienx spjegat bizzejjed lill-poplu Malti u Ghawdxi ghal l-gvern tal-prim Gonzi kellu jgholli l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
Simon qalilna li kieku l-gvern tal-prim Gonzi spjega ahjar x’kien qieghed jaghmel u ghaliex, il-poplu kien jifhem.
U Simon kompla jghidilna li mod li tinqaras u mod iehor li tinqaras u tindanna ghax tahseb li l-gvern qed jiehu gost joqorsok.
Imma possibbli li Simon ma jafx li l-poplu kien imwieghed li jekk jonqos il-prezz taz-zejt, kienu se jorhsu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, u allura l-maggoranza tal-poplu, bir-ragun, hasset li l-gvern qieghed jiehu gost joqros lill-poplu!
Possibbli li Simon ma jirrealizzax li anke jekk tkun qed toqorsu ghall-bzonn, lill-poplu qatt m’ghandek tghidlu li qieghed toqorsu bil-qalb!
Nispera li din ma kinitx xi botta ghal Austin u/jew ghall-prim Gonzi!
4. Tliet snin mohlija
Lanqas haqq li miskin ilu tliet snin shah, kwazi ta’ kull nhar ta’ Hadd, jikteb, jikkritika u jghajjar lill-kunsill lokali ta’ San Gwann immexxi minn maggoranza Laburista, ghax meta wasal il-waqt, l-istess Nazzjonalisti warrbuh u ma tellghux.
Qieghed nghid ghal Randolph Spiteri li, m’hemmx ghalfejn nghidilkom, jifhem u jikteb fuq kollox, apparti l-kunsill lokali ta’ San Gwann.
Izda minkejja dan, minn daqs dawk voti Nazzjonalisti, Randolph Spiteri kiseb biss 361 u eventwalment baqa’ l-art.
Tistghu tahsbu, hbieb tieghi, kemm jittiehdu bis-serjetà l-kitibiet ta’ Randolph. U milli jidher, issa anke Rondolph innifsu nduna b’dan, tant li qieghed jghid li mil-lum ’il quddiem se jkun qrib in-nies biex ihoss il-karba taghhom.
Min jaf, forsi darb’ohra, il-karba tan-nies, iggiblu aktar voti.

| < Prev | Next > |
|---|






