Il-gimgha l-ohra attendejt ghal mixja ta’ protesta mill-misrah tal-Bahrija sal-wied tal-Bahrija fejn il-President tal-PN, Victor Scerri, irnexxielu johroglu permess mill-MEPA biex jibni ‘’farmhouse’’ fil-benniena tal-wied tal-Bahrija.
Dan il-wied pittoresk ta’ importanza ekologika kbira huwa kklassifikat bhala sit ta’ Natura 2000. Mhux ta’ b’xejn. Il-wied tal-Bahrija, u l-inhawi kollha li jduru mieghu huma gojjell naturali tal-isbah xeni ambjentali ta’ pajjizna. Fih minn kollox. Minn irdumijiet sa merghat mill-isbah kollha fjuri selvagg u sigar maturi li dlonk ifakkruk fl-isbuhija tar-regjun tat-Toscana, fl-Italja. Ghelieqi ghall-agrikoltura, u ilma gieri s-sena kollha fejn jghix il-qabru, il-granc rari tal-ilma helu, sigar u bosta flora u fawna ta’ kull xorta.
Il-wied tal-Bahrija jservi wkoll bhala wiehed mill-aktar widien f’pajjizna, jekk mhux l-aktar wiehed, ghal mixjiet twal u sbieh minghajr perikli ta’ xejn ghal mod, tista’ tghid uniku, kif inhuwa maghmul.
Mhux ser nidhol dwar kif hareg il-permess mill-MEPA, l-ghassiesa suppost fuq l-ippjanar tal-izvilupp sostenibbli, u tal-harsien ambjentali f’pajjizna. Imma se nghidha kif inhossha. Kif tista’ l-MEPA u c-cirku ntern li qed jiehu dawn id-decizjonijiet skandaluzi tibqa’ tahseb li jista’ jkollha l-fiducja tal-poplu Malti u Ghawdxi quddiem decizjonijiet strambi bhal dal-permess fil-qalba tal-wied tal-Bahrija? Kif jista’ jifhem dawn id-decizjonijiet strambi tal-MEPA, dak, jew dik il-persuna li tapplika ghand il-MEPA ghal sempliciment olterazzjoni fil-faccata tad-dar, jew kamra fuq il-bejt tad-dar, jew xi apertura, u ddum tiela u niezel ix-xhur, jekk mhux is-snin minghajr sodisfazzjon?
Min-naha l-ohra hawnhekk ghandna lill-President tal-partit fil-gvern li jiftahar li wiehed mit-tliet pilastri tat-tmexxija ta’ Gonzi huwa l-ambjent. Fl-istess waqt, qatt daqs l-ahhar sentejn, tlieta, ma kien hawn protesti fit-toroq mill-ghaqdiet ambjentali, kitbiet fil-gurnali u programmi fuq l-istazzjonijiet tat-TV kontra decizjonijiet strambi tal-MEPA fosthom il-hrug ta’ bosta permessi fuq ‘l hekk imsejha ODZ’s wara li l-gvern ta’ Gonzi kien iddecieda li jestendi l-hrug tal- permessi ghall-bini f’zoni li sa ftit qabel l-ahhar elezzjoni generali kienu meqjusa bhala zoni barra mill-izvilupp. Jekk Victor Scerri jrid tabilhaqq jigbor giehu lura ghandu jaghmel ezami ckejken mal-kuxjenza tieghu, u jammetti li zbalja, u li bhala politiku kien mill-aktar insensittiv meta holom b’dan l-izvilupp. Mhux bizzejjed li kiteb lill-MEPA u ssospenda t-tkomplija tal-izvilupp wara li saret il-protesta. Jekk Victor Scerri tabilhaqq irid juri kemm bhala l-President tal-PN li jippriedka kemm l-ambjent Malti huwa ghal qalb il-PN ghandu jwaqqaf kompletament dan il-bini li se jkun qed jirrovina lill-wied tal-Bahrija. Fl-ahharnett tajjeb li nfakkar li dan l-iskandlu sar maghruf waqt li Gonzi jinsab ghaddej bil-famuza riforma skont hu tal-MEPA. Ghax tajjeb li ma ninsewx, il-MEPA u dak kollu li taghmel taqa’ taht ir-responsabiltà diretta ta’ Lawrence Gonzi!!
Charlon
Fi tmiem il-gimgha l-ohra f’nofs ta’ lejl nircievi telefonata d-dar. B’hasda liema bhala u nofsani stordut hekk kif qomt f’salt wiehed mill-irqad, irrispondejt it-telefon. Kienet il-mara ta’ Charlon Gouder. B’ton miksur u panikuz ghall-ahhar qaltli x’kien gara. Tlabthom jigu minnufih id-dar tieghi halli nara x’gara, u x’ghajnuna kellu bzonn. Hekk kif waslu rajt b’ghajnejja dak li kienet qaltli f’minuta u nofs fit-telefonata ta’ ftit tal-hin qabel.
Rajt lil Charlon mimli demm fuq wiccu, u ma hwejgu kollha. Daqqa kbira ezatt fuq ghajnejh ix-xellugija li minnha kien hiereg hafna demm, u sinjali ta’ daqqiet ohra fuq ghonqu u partijiet ohra minn gismu. Qalli li ghalxejn b’xejn zewgt irgiel, li sakemm qed nikteb ghadhom mhux maghrufa, attakkawh fizikament u nfexxew ituh bla hniena fost insulti kontra l-PL u x-xoghol li jaghmel mal-PL. Dan kollu sehh waqt li Charlon flimkien ma’ martu kienu qed jiehdu xi haga tal-ikel fuq in-naha ta’ barra tad-diskoteka Gianpula.
Dal-kaz weggani hafna, u ghadni ddispjacut daqs kemm kont dak il-hin li rajt lil Charlon quddiemi. Dawn l-affarijiet huma inaccettabbli li jsehhu hu x’inhu l-kaz jew min hi l-persuna. Perswaz li din l-esperjenza qarsa lil Charlon se tkompli timlieh b’hegga akbar biex jibqa’ jaghti s-servizz eccellenti li dejjem ta lill-PL bl-istil uniku tieghu.
Il-Hadd it-tajjeb
Jason Micallef

| < Prev | Next > |
|---|






