Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Bdejna sajf difficli

E-mail Print PDF
Share

charles_mangionGhal hafna familji Maltin dan is-sajf ser ikun wiehed difficli. L-ekonomija Maltija ghaddejja minn ricessjoni – forsi l-akbar wahda f’dawn l-ahhar ghoxrin sena. Fl-istess hin il-hajja qed tkompli toghla u bir-raguni kollu il-fa­milji taghna qed ihossuhom mghaffgin mic-cirkustanzi ekonomici ta’ bhalissa.
Waqt li wiehed jittama li l-istagun turistiku jtaffi xi ftit mill-problemi ta’ bhalissa, aktarx li dan mhux ser ikun il-kaz. Operaturi turistici meta jitkellu maghna privatament jghidulna li qed jistennew tnaqqis ta’ madwar 15 fil-mija fin-numru ta’ turisti li ser izuruna din is-sena. Digà rajna kif f’April min­kej­ja li kellna l-Ghid, in-numru ta’ turisti naqas b’ sitta fil-mija fuq April tas-sena l-ohra.

Meta jbatti t-turizmu jhoss l-effett kulhadd. Jintlaqtu naturalment l-operaturi tal-lukandi u r-restaurants u maghhom jintlaqtu dawk il-haddiema li jahdmu fuq bazi part-time l-aktar fix-xhur tas-sajf. Meta dawn ma jkunux qed jaqilghu ftit ewro extra, jnaqqsu fl-infiq u maghhom jintlaqtu tal-hwienet.

Izda anki minn qed jahdem f’setturi ohra qed ihabbat wiccu ma’ sajf difficli. Xi fabbriki bhal dik ta’ Joinwell qed inaqqsu l-haddiema ghax naqsilhom ix-xoghol. Ohrajn qed jahsbuha x’ser jaghmlu, ghax waqt li ma jixtiequx li jitilfu haddiema b’esperjenza ma jistghux jibqghu ihallsu spejjez f’pagi meta d-dhul qed jonqos.

Minkejja l-ftahir tal-Gvern Nazzjonalista ftit li xejn qed naraw investiment gdid. Ghad ghandna probloemi serji fl-edukazzjoni taz-zghazagh taghna fejn hafna minnhom mhux qed ikunu ppreparati tajjeb ghat-tip ta’ industiriji moderni li jezistu llum. Jekk il-problema tal-inflazzjoni gholja f’pajjizna ser tkompli tippersisti ser insiru dejjem aktar koroh f’ghajnejn investituri barranin li jqiesu l-kontroll fuq l-inflazzjoni bhala wiehed mill-aktar fatturi importanti qabel jiddeciedu li jinvestu f’ xi pajjiz partikulari. Sa Mejju li ghadda kellna inflazzjoni ta’ 3.6 fil-mija meta l-medja fiz-zona tal-ewro kienet ta’ 0 fil-mija.

Jekk il-gvern mhur ser jisma mill-pariri siewja li taghtu kemm-il darba l-Op­pozizzjoni Laburista din il-problema mhux ser tingheleb. Hemm bzonn li t-tariffi tad-dawl u l-ilma jinzlu f’livelli li jirriflettu l-waqgha li kien hemm fil-prezzijiet internazzjonli taz-zejt. B’dan il-mod sew il-familji Maltin kif ukoll l-industrija jkunu jistghu jistejqru u jeghlbu il-problemi ekonomici ta’ bhalissa. Kif kien mistenni, il-Kummissjoni tal-Unjoni Eworpea wissiet lill-Gvern Mal­ti biex sa l-ahhar tal-2010 jerga’ jnaqqs id-deficit ghal taht it-tliet fil-mija u jibda jnaqqas ukoll d-dejn pubbliku. Ftit nara prospetti li dan isehh. Il-Mi­nistru tal-Finanzi ghamel sew li qal li mhux ser izid id-dhul tal-Gvern billi jzid it-taxxi. Il-Gven Nazzjonalista digà ghollihom bizzejjed it-taxxi f’dawn l-ahhar snin.

Min-naha l-ohra jistghu jonqsu xi ftit l-ispejjez publici jekk il-gvern joq­ghod aktar vigilanti biex jaqta’ l-hela li f’certi setturi ghadha evidenti. Issa na­raw jekk hux ser naraw xi tnaaqqis fis-servizzi socjali biex jitrazznu l-ispejjez. L-ekonomija Maltija bhal dik ta’ pajjizi ohra tehtieg stimulu biex terga’ tibda tirpilja. Il-Gvern baqa’ lura milli jaghmel pakkett ta’ mizuri biex jistimulaw l-ekonomija. Naturalment dan  kien minhabba l-infiq mhux ikkontrollat li sar is-sena l-ohra u ta’ qabilha biex tintrebah l-elezzjoni.

L-elezzjonijiet jigu u jmorru imma l-effetti ta’ ekonomija ghajjiena jibqghu jinhassu ghal zmien twil. Ghalhekk jehtieg li l-gvern ikun aktar sensittiv ghall-effetti li r-ricessjoni prezenti qed ikollha fuq il-familji Maltin u fuq l-industrija. Jehtieg li jisma aktar il-karba tan-nies u mhux jikkoncentra biss fuq xi jridu il-burokrati ta’ Brussels.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
www.mangioncharles.com

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata