F’dawn l-ahhar snin kont involut f’diversi kumitati mhux l-inqas il-Kumitat Olimpiku Malti li f’dawn l-ahhar xhur hdimt hafna sieghat fih. F’kull settur tal-hajja niltaqghu ma’ diversi problemi u li kieku dawn il-problemi jigu indirizzati minn min huwa kompetenti li jaghmel dan, allura fiz-zmien li gej nibdew naraw il-frott u mhux biss f’dawk li huma rilzultati, izda fl-aktar haga importanti, t-trawwim ta’ kultura sportiva ikbar f’din il-gzira.
L-ewwel problemi jigu meta t-tfal taghna jkunu ta’ età li jidhlu f’xi nursery u allura jibda l-konflitt bejn l-iskola u l-isport. Irid jinstab bilanc bejn il-volum ta’ attività akkademika li l-istudenti jintalbu li jaghmlu, ma’ l-volum ta’ sport li wiehed suppost jaghmel. Nahseb wasal iz-zmien li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jkabbar il-kampanja tieghu favur l-isport u jaghmel iktar enfasi billi jibda iktar sports differenti fl-iskejjel. Fiz-zmien li ghadda sar pass tajjeb minn naha tas-Segretarjat Parlamentari ghall-isport li jinftehu li skejjel wara l-hin ta’ l-iskola, izda issa sta ghall-iskejjel biex jorganizzaw attvitajiet sportivi wara l-hin jew sahansitra anki waqt il-hin ta’ l-iskola. Mhux kull genitur ghandu l-hegga bizzejjed biex idahhal lil uliedu fl-isport, izda kull genitur jaghti kaz dak li tghid l-ghalliema tal-klassi. Wasal iz-zmien biex tkun l-iskola stess li taghti l-ewwel passi lil student biex jippratikka sport fuq bazi generali u wara lejn livell iktar kompetittiv. Problemi li jistghu jigu facilment indirizzati.
Biex imbaghad ma nitkellmux fuq meta wiehed isir atleta u jaghmel tant sagrficcji personali biex jaghmel dan u mkien u qatt ma jagevolawh. Ghadna, per ezempju, inbatu bil-problema ta’ l-ezamijiet. Jien nahseb li wasal iz-zmien li sew id-Dipartiment tal-Matsec kif ukoll l-Università ta’ Malta taghti permessi specjali lil dawk l-atleti kollha li jirrapprezentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet Internazzjonali. Ma taghmilx sens li jkollok atleti li gurnata ezatt wara li jigu minn gimgha kompetizzjonijiet bhalma huma l-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar, ikollhom ezami. Mhux dan bla dubju l-mod ta’ kif wiehed jaghti incentiv lill-atleta. Ma taghmilx sens li atleta li jaghmel tant sagrificcji biex jittrenja u jilghab ghal Malta jkollu jiehu jew mill- leave tieghu jew jiehu leave bla hlas biex jilghab ghal Malta. Problemi li jistghu jigu facilment indirizzati.
Xi haga issa fuq il-kumitati differenti. Hawn tliet tipi ta’ kumitati. Hemm kumitati li jaghmlu dan bhala xoghol u allura jithallsu ghalih u allura huma obbligati, jridu jew ma jridux li jaghmlu dan skont kif jitlob il-kuntratt taghhom. Hemm kumitati ohrajn li dawn sahansitra johorgu hafna flus minn bwiethom biex jaraw l-isport jew it-tim li tant ihobbu sejjer tajjeb. Hemm kumitati li jaghmlu sieghat ta’ xoghol b’mod volontarju anki hawnhekk biex jaraw l-isport li jhobbu sejjer tajjeb.
Xi haga li hemm f’dawn il-kumitati hija li mhux dejjem issib nies li jaghmlu dan ghall-gid ta’ l-isport. Sfortunatament il-mentalità ta’ firda li ghandu dan il-pajjiz jidhol anki f’dawn il-kumitati.
Sibt diversi drabi li wahda mill-firdiet ewlenin tkun firda politika. Il-politika taffettwa hafna lil Malta u xi kultant ikun hemm min ihares lejk mhux ghal kontribut li tista taghti lejn l-isport, izda ghal kulur politiku li inti thaddan.
Hemm nies ukoll li jidhlu f’kumitat mhux ghall-gid ta’ l-isport izda ghal glorja personali u biex juru lid-dinja ta’ madwarhom kemm huma bravi, b’mentalità karatteristika taghna l-Maltin dik ta’ jew nilghab jew inhassar.
Nies li ma’ l-ewwel oppozizzjoni li jsibu jaraw x’jaghmlu biex jaqilghu rivoluzzjoni u anki jekk jista jkun jifthu kumitat ghalihom. Nies li mhux verament ikunu jridu lil l-isport taghhom jimxi ‘l quddiem, izda nies li akkost ta’ kollox ikunu jridu li huma jkunu l-ewwel, supremi u fuq kulhadd.
Nemmen li nies li ma ghandhomx l-ghan li jidhlu f’kumitat ghall-gid ta’ l-isport ma ghandhomx posthom.
Nemmen li fl-2009, f’pajjiz zghir bhal Malta fejn ir-rizorsi umani huma limitati u anki l-valur ta’ flus u sposnors huma limitati ma hemmx lok ta’ firda, ma hemmx lok ukoll ta’ prima donnas (jew irgiel), ma hemmx lok ukoll ta’ nies li ma jigbdux habel wiehed. Nemmen li l-isport Malti ghandu bzonn li kulhadd jigbed habel wiehed. Kulhadd jaghti l-idejat genwini tieghu jew taghha fil-fora ta’ diskussjoni. Wiehed irid verament jaghmel analizi u jhares lejn mudelli li rnexxew f’pajjizi ohra u kemm jista’ jkun jibda mudell ghal pajjizna. Mudell shih li jibda mill-ewwel snin ta’ meta tifel jew tifla tkun se tibda sport, sakemm persuna tidhol biex taghti l-kontribut taghha f’kumitat. Huwa hekk biss li l-isport ta’ Malta taghna jiehu spinta ‘l quddiem. Inkella jekk ma jkunx hekk nibqghu qisna nies bla raguni nisparaw fuq xulxin u l-mea culpa ma nghiduha qatt.
Ippermettuli appell finali lil medja kollha. Jien ilni fix-xoghol tal-gurnalizmu ghal hafna zmien. Ix-xoghol tieghi dejjem ippruvajt naghmlu mill-ahjar li stajt. Dejjem kont oggettiv fuq dak li naghmel u qatt ma fittixt is-sensazzjonalizmu fix-xoghol tieghi. Nappella lil kull min jahdem fil-medja sportiva biex kemm jista’ jkun ma jigix uzat, ma jhallix min jikkontrolla dak li jghid u jikteb, ma jhallix l-istorja li jikteb dwarha tkun iktar ta’ deni milli ta’ gid. Gurnalist tajjeb ghandu jkollu idejat tieghu u jghid l-idejat tieghu kif ihosshom minghajr problema. Gurnalist tajjeb ma ghandu qatt ikun kundizzjonat.
Wiehed f’kull pozizzjoni li jkun ghandu jirrifletti fuq dak li jaghmel.
Huwa hekk biss li wiehed meta jbaxxi rasu fuq l-imhadda filghaxija u jirrealizza li huwa mhux is-suprem tad-dinja, izda wiehed minn hafna miljuni ta’ nies fl-istess dinja, jista jghid li f’kulma ghamilt, jien ghandi l-kuxjenza f’posta. Jien nista’ nghidha u insaqsi lil min qed jaqra jekk jistax jaghmel l-istess. Konvint li hafna jghidu iva izda jkun hemm min li jahsibha.
Il-gimgha sportiva t-tajba.

| < Prev | Next > |
|---|






