Sintendi dawn in-numri jistghu jinbidlu billi din is-sena ghall-ewwel darba l-istudenti ghandhom ic-cans li jaghmlu mill-gdid dak is-suggett jew suggetti li ma ghaddewx minnhom. Il-hasra hi li aktarx li dawk li se jaghmlu r-reparotorju ftit li xejn se jkollhom cans igawdu l-vaganzi tas-sajf. Stress fuqhom u l-familji taghhom. Izda min hu dak li ma jaghmlix ftit sagrifficcji biex forsi dak li jkun issa jgibha zewg?
L-iskejjel ta’ l-Ingliz
F’dawn l-ahhar snin l-iskejjel ghat-taghlim ta’ l-Ingliz lil studenti barranin kibru sewwa. Maghhom zdiedu wkoll in-numru ta’ l-iskejjel – b’kollox is-sena l-ohra kellna 39 skola ta’ l-Ingliz. Dawn l-istudenti jikkontribwixxu sewwa fil-qasam tat-turizmu tant li aktar minn 6% tat-turisti li jzuru Malta huma propju studenti.
Minn sena ghall-ohra zdied ukoll l-ghadd ta’ studenti gejjin minn ghadd kbir ta’ pajjizi.
Izda, sfortunatament, is-sena li ghaddiet kellna tnaqqis ta’ 664 student fuq is-sena ta’ qabel. Tnaqqis zghir meta wiehed jiehu f’kunsiderazzjoni li fl-istess sena n-numru ta’ studenti li attendew f’dawn l-iskejjel kien ta’ 83,288.
Izda b’daqshekk ma jistax wiehed ma jaghtix kas, aktar u aktar meta wiehed iqis li f’dik is-sena ma kienx ghad hawn il-krizi ekonomika globali li ghandna llum u li allura mistennija li tkompli tnaqqas in-numru ta’ studenti li jigu jitghallmu Malta.
U ghalhekk wiehed jehtieg li jgharbel sewwa ghaliex kellna dan in-nuqqas, specjalment meta kien hemm nuqqas sinifikanti minn wiehed mill-aktar pajjizi stabiliti li minnu kienu jigu studenti - l-Italja – nuqqas ta’ 3,485. Kien hemm ukoll nuqqas kbir minn Spanja – 4,576, suq li kiber dan l-ahhar aktarx minhabba l-ghajnuna finanzjarja li l-awtoritajiet Spanjoli kienu qed jghatu lill-istudenti.
Irridu naraw jekk is-servizzi li qed noffru, kemm f’dak li huwa taghlim, kif ukoll ta’ akkomodazzjoni humiex tal-livell mixtieq. Irridu nirribattu, dejjem jekk ghandna ragun, certu kitbiet li qed jidhru f’certu media barranija, li kultant xejn ma huma kompimentuzi u xejn ma jaghmlulna reklam tajjeb.
Nuqqas ta’ dixxiplina
Kif semmejna l-gimgha l-ohra l-istharrig li sar mill-OECD dwar il-qasam edukattiv fi 23 pajjiz, ittratta wkoll dwar id-dixxiplina fl-iskejjel.
Dak li hareg minn dan l-istharrig, fil-kaz ta’ Malta, ghandu ghax ihassibna. Bizzejjed wiehed isemmi l-fatt li l-ghalliema Maltin jghidu li nqas minn zewg terzi ta’ l-istudenti joholqu ambjent favorevoli ghat-taghlim u li kwazi 17% tal-hin fil-klassi l-ghalliema jahluh fuq problemi dixxiplinarji, biex wiehed jintebah f’liema stat jinsabu l-iskejjel Maltin.
Problema ewlenija hija dik ta’ l-abbuz verbali (tghajjir, ecc) kemm bejn l-istudenti stess, kif ukoll lejn l-ghalliema, tant li aktar minn 20% ta’ l-ghalliema stqarrew li kienu gew abbuzati verbalment. Ma jonqosx il-kliem hazin, serq u anke abbuz mill-alkohol u sahansitra d-droga. Ma’ dawn jizdied ukoll il-vandalizmu.
Ghalkemm il-problemi msemmija fl-istharrig zgur li ma humiex xi haga gdida, li huwa nkwetanti huwa l-volum u l-firxa dejjem tikber ta’ nuqqas ta’ dixxiplina. In-numru ta’ studenti li donnu jmorru l-iskola mhux biex jitghallmu, izda biex iharbtu l-klassi.
Ma nistghux nghidu li mhu qed isir xejn dwar din il-problema, izda zgur jehtieg li jsir aktar.
Jehtieg naraw jekk nistghux intejbu aktar it-tahrig kemm inizjali ghall-ghalliema, kif ukoll dak li jsir wara, fejn tidhol id-dixxiplina. Hemm bzonn li l-iskejjel u l-ghalliema jinghataw aktar appogg f’kazi serji ta’ dixxiplina. U fuq kollox jehtieg li naghtu l-ghajnuna lil dawk l-istudenti li joholqu dawn il-problemi. Biex isir dan huwa mportanti li jkollna bizzejjed rizorsi kemm materjali kif ukoll umani.

| < Prev | Next > |
|---|






