Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-access ghall-energija

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoId-dinja li nghixu fiha, dinja teknologika, tehtieg element mill-aktar importanti biex din tkun tista’ tahdem. L-invenzjonijiet teknologici, xempji tal-genju tal-bniedem, jehtiegu energija biex dawn ikunu jistghu jahdmu. Il-forom u s-sorsi tal-energija mehtiega huma diversi u jvarjaw skond il-qasam partikolari izda l-energija u l-akkwist taghha qieghed isir fattur dejjem aktar importanti fi zminijietna.
L-akkwist tal-energija ifisser impenn kbir li dwaru wiehed irid jirrifletti biex jara kif igib l-ahjar kwalitajiet bi prezz tajjeb partikolarment fi zmien meta rajna prezzjiet ivarjaw sostanzjalment. Maghdud ma’ dan, hsieb importanti iehor huwa l-hsieb u l-mezzi li bihom ghandha tintuza l-energija bl-aktar mod efficjenti.

Illum, qeghdin nitkellmu wkoll dwar forom alternattivi ta’ energija. Il-htiega li jintuzaw sorsi alternattivi ghall-akkwist tal-energija, dejjem qieghda tikber u dan minhabba diversi fatturi kemm ekonomici kif koll impenji ambjentali.

Il-htiega tal-energija wasslitna f’punt li llum qed nghixu f’socjetà fejn l-access ghall-energija ghandu jigi meqjus bhala dritt baziku u fundamentali. Kulhadd ghandu d-dritt ghall-access ghal ammont baziku ta’ energija partikolarment meta wiehed jitkellem dwar l-energija elettrika li hija parti integrali mill-hajja ta’ kulhadd b’uzu tant diversi u tant mehtieg.

Meta wiehed jara dawn l-aspetti, mill-ewwel jintebah kemm huwa importanti li pajjiz jkollu politika cara dwar l-immanigjar tal-energija.

Pajjiz ghandu jara kif jakkwista l-energija bl-aktar mod efficjenti, bl-ahjar prezzijiet. Jehtieg li jkollu direzzjoni cara biex jara li jkollu generazzjoni sufficjenti ta’ energija biex tlahhaq id-domanda ghall-ener­gija liema energija ghandha tigi prodotta bl-aktar modi efficjenti biex jigu mnaqqsa l-ispejjez.

Importanti wkoll li l-prezz tal-energija f’pajjiz ikun kalkolat b’mod sensittiv u gust. Hadd m’ghandu jigi mcahhad mill-access ghall-energija minhabba prezzijiet projbittivi.

Il-prezz tal-energija m’ghandux ikun piz li jwassal biex jitnaqqas il-livell tal-ghejxien. Il-prezz tal-energija ghandu jkun kalkolat b’mod li jizgura provvista adegwata izda fl-istess hin li ma jghabbix b’mod esagerat lill-ekonomija u partikolarment lill-familji.

F’pajjizna, id-dibattitu dwar l-energija ma waqafx u dan b’rizultat ta’ decizjonijiet li ttiehdu dwar il-prezz tal-energija. Prezz tal-elettriku li ghabba piz kbir fuq il-familji fi zmien li kien mehtieg li l-familji jinghataw nifs. Prezz li halla impatt ekonomiku fuq l-oqsma differenti bil-konsegwenzi kollha li qieghed ihalli.

Fi zmien meta l-gvernijiet madwar id-dinja, minhabba cir­kos­tanzi ekonomici difficli kienu qed jaghtu nifs gdid lill-ekonomiji biex jigu salvati l-impjiegi, f’paj­jiz­na rajna gvern jghabbi pizijiet kbar fuq l-ekonomija li ghaddejja minn zmien difficli. Altru milli inghatat energija lill-ekonomija, il-konsumatur inghata prezz oghla ghall-energija.

Maghdud ma’ dan kollu, issa rajna l-gvern jiehu d-decizjoni li l-ekonomija ta’ pajjizna jkollha l-fuels bi prezzijiet oghla. Piz iehor fuq l-oqsma kollha tal-ekonomija taghna, piz iehor ghall-familji Maltin u Ghawdxin b’rizultat ta’ decizjoni insensittiva.

Aktar minhekk, filwaqt li l-gvern qieghed iwahhal fil-prezzijiet internazzjonali li bihom xtara l-fuels ghal pajjizna, il-kalkoli qed juru xorta ohra. Apparti hekk, iz-zieda fil-prezz tal-fuels qed issir fi zmien meta f’pajjizi ohra girien taghna, il-prezz tal-fuels qieghed jigi ridott.

Huwa evidenti li pajjizna jehtieg li jkollu vizjoni cara dwar kif se mexxu l-affarijiet fil-qasam tal-energija.

Jehtieg li bis-serjetà ikollna pjan kif pajjizna ikollu bizzejjed energija ghal-lum u ghal li gej bi prezz gust. Huwa importanti, li d-dibattitu li jkollna ma jieqafx fuq il-kwistjoni tal-prezzijiet tal-energija izda hemm bzonn li l-mezzi ghal energija alternattiva nibdew narawhom isehhu.

Inhela wisq zmien u ntilfu wisq opportunitajiet maz-zmien biex nindirizzaw dawn l-isfidi. Pajjizna u l-poplu taghna zgur li jixraqlu hafna ahjar minhekk. L-impenn f’dan il-qasam huwa tant mehtieg, issa jiddependi minn min ikun qed imexxi.

www. zrinzo.info

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata