Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sehemna fl-Ewropa

E-mail Print PDF
Share

michael_parnisIMF u z-zona Ewro

Kull sena l-Fond Monetarji Internazzjonali jaghmel rapport dwar pajjizna, liema rapport ikun mistenni hafna mill-gvern. Dan ir-rapport jithejja minn numru ta’ esperti li jintbaghtu Malta apposta skond il-ftehim li jsir bejn il-Gvern u l-IMF sabiex janalizza l-izvillupp ekonomiku u finanzjarju fi stati membri tal-IMF. Dan ir-rapport isir ukoll biex jassigura l-istabbilità fis-sistema finanzjarja internazzjonali. Il-fatt li Malta hi membru fiz-zona Ewro, il-visita mill-esperti issir darba fis-sena.

Waqt iz-zjara taghhom f’pajjizna l-esperti tal-IMF jiltaqghu ma’ diversi esponenti ewlenin fosthom anke mal-GWU. Personalment kont prezenti f’diversi minn dawn il-laqghat u din is-sena ergajt kont prezenti flimkien ma’ shabi l-President tal-GWU Victor Carachi u il-Kontrollur Finanzjarju taghna Robert Borg.

Normalment dawn il-laqghat jiehdu forma ta’ diskussjoni fejn ahna naghtu l-verzjoni taghna tas-sitwazzjoni ekonomika f’pajjizna u min-naha taghhom jistaqsu diversi mistoqsijiet biex suppost ikomplu jiksbu aktar informazzjoni li tista’ tghin fit-tfassil tar-rapport finali. Personalment dejjem sibt dawn il-laqghat interessanti izda dejjem gieni suspett li l-laqghat maghna jsiru biss biex il-Gvern ikun jista’ jghid li saret konsultazzjoni wiesgha. Uzajt il-kelma ’suppost’ mhux b’kumbinazzjoni izda ghax nemmen li hafna minn dak li nghidu ahna jidhol minn widna u johrog mill-ohra. Din is-sena kienet ferm aghar mis-snin l-ohra. Dan ghall-fatt li meta ahna bdejna nuru dak li verament qed jigri f’Malta u bdejna nitkellmu dwar il-kontijiet esagerati tad-dawl u l-ilma u l-pizijiet li qed jintefghu fuq il-haddiema u dawk li jhaddmu kellna reazzjoni verament stramba li jien qatt ma stennejt minn dawn l-esperti. Minflok huma semghu lilna, bdew jintervjenu kull darba u jiddefendu ’l Gvern.

Dan ma kienx xi incident izolat u komplew bl-istess atitudni meta ahna semmejna in-nuqqas ta’ xoghol u anke l-haddiema li qed jahdmu b’erbat ijiem fil-gimgha. Anke meta semmejna s-sehem ta’ l-Awtorità Maltija ghar-Rizorsi (MRA) fil-kaz tat-tariffi tad-dawl u l-ilma u wrejna kif l-affarijiet saru hazin u kif l-Awtorità spiccat pupazz f’idejn il-Gvern kellna reazzjoni ta’ difiza assoluta kemm ghall-MRA kif ukoll ghall-Gvern. Sthajjilt li quddiemna ghandna xi ministru tal-gvern li xogholu hu biss dak li jiddefendi dak li jaghmel il-gvern akkost ta’ kollox.

Il-laqgha li kellhom maghna tawha wkoll titolu: “Labour market reform/competitiveness economic outlook” u l-ghan taghha gie deskrit bhala dak li ghandu jghin il-missjoni biex tkun tista’ thares mill-qrib lejn l-izviluppi fis-setturi varji ta’ l-ekonomija u politika relatata li tkun qed tigi segwita. Fil-laqgha sar kollox minbarra dan.

L-idea tieghi issa saret wahda cara. Dawn il-laqghat isiru biss biex nahlu l-hin. Il-Gvern qed juza lilna u organizzazzjonijiet ohra sempliciment ghal ghajn il-poplu izda veramnet ix-xoghol ikun digà preparat u r-rapport johrog ezatt dak li jixtieq jara l-gvern. Fuq kollox hu qed ihallas ghalih. Qed nistenna bil-herqa r-rapport biex nikkonferma dak li ghadni kemm ktibt.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata