Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sa minn meta kien zghir, kien idahhak

E-mail Print PDF
Share

 

joe_elvis_elvis_impersonation_comedy_show_copyFil-hajja mghaggla tal-lum, kulhadd japprezza xi dahka jew tbissima ‘l hemm u ‘l hawn, biex  niksru r-rutina tal-hajja mghaggla ta’ kuljum, u xi minn daqqiet ukoll il-hafna hsibijiet zejda li jispiccaw iberrnu fil-kantunieri ta’ mohhna.
Propju dwar dan is-suggett tkellimt ma’ Joe Demicoli, maghruf ghal kemm inissel tbissima fuq xi whud kemm bil-kanzunetti tieghu u anke b’xi cajt li jhobb jitfa ‘l hemm u ‘l hawn waqt xi show minn tieghu.  Insomma mhux shows biss, ghax anke meta beda jitkellem mieghi waqt din l-intervista, spicca biex ghamilli diversi cajt, li nistqarr wahda minnhom kwazi blajtha.  Nista’ naqsamha maghkom ukoll.  Hekk kif ghedtlu li din l-intervista ser tidher fil-pagni tan-nofs fuq dan il-gurnal, qalli li kellu jkellem lil Joseph Muscat ghal xi cans fuq front page.  Jekk hux bic-cajt jew bis-serjetà ghadni ftit dubjuza, ghalkemm naf li kollu cajt, jiena nfurmajtu li probabilment stajna anke ghamilna gazzetta shiha bir-ritratti diversi li pprovdili ghal ma’ din l-intervista!!!!

Meta rnexxili niddobba n-numru cellolari tieghu, minghandu stess, Joe ghamilhieli cara biex ma ncempillux bhala private call (ma jimmarkax in-numru).

B’hekk waqt din l-intervista hadt l-opportunita nistaqsih, ghaliex ma jwegibx telefonati ta’ dan it-tip.

“Sempliciment li kieku jien irrid naghmel xi haga hazina naghmel il-mobile tieghi private, halli ma jaghrfunix.  Numru privat ghalija jfisser, xi hadd qed jinheba u jinqeda wara private call biex jghidlek xi haga li ma jkunx kapaci jghidlek bin-numru jidher.  Hafna drabi jkun xi hadd qed icempel ghax-xoghol”, fissirli Joe fil-fehma tieghu.

Jippreferi lil Malta kif jafha fi tfulitu

“Minn dejjem noqghod Hal Ghaxaq, ghalkemm nippreferi r-rahal l-antik kif kien meta kont zghir, bhalma nippreferi l-gzira Maltija kollha.  Forsi ghax jien sentimentali hafna, jew ghax fil-verità, vera li kienet isbah, jew ghax kont izghar, innocenti u kollox kien jidher isbah f’ghajnejja.  Ghandi 46 sena, mizzewweg lil Sonia, u ghandna tifla wahda jisimha Sandy, u nahdem bhala entertainer”, beda jghidli ftit dwaru Joe, filwaqt li gibidli l-attenzjoni li dak iz-zmien li twieldet it-tifla tieghu kien popolari hafna l-film Grease.

Mitlub jghidli kif thajjar jibda jkanta, Joe wegibni, “Meta kont zghir kont dilettant tal-futbol, imbaghad tac-cinematografija specjalment films antiki, peress li missieri kien jahdem bhala cinema operator.  Meta dhalt is-sekondarja xi hadd ghamilli cassette tal-Beatles u minn hemm bdejt inhobb il-muzika.  Ippruvajt nitghallem strument, imma ma kellix pacenzja, hadt sehem fi Blanzuni fuq TVM u gimgha wara inghaqadt bhala kantant ma’ l-ewwel grupp li kien jismu YOUNG.  Konna ndoqqu f’parties, lukandi, pubs etc u domna 16-il sena sejrin hekk.  Dan il-grupp inbiddlu l-membri tieghu matul iz-zmien u anki l-isem, sakemm spiccajna duo bl-isem ta’ Sweet Melody.  Sadanittant kont ukoll ma’ grupp rock, SPHINX li kien jinkludi fih lil Bernard Scerri - bassista mill-aqwa f’Malta, u llum m’ghadux maghna, Mark li llum huwa keyboardist ma’ Fakawi, Eric Schembri li miet zghir ukoll u Adrian Mercieca”, irrakkontali Joe.

Minn dejjem kien il-joker tal-grupp

Dwar kif beda jinteressa ruhu fic-cajt, Joe tgharrafli li minn mindu kien zghir kull fejn kien ikun dejjem kien qisu centre of attraction, peress li kien idahhaq.

“Sfortunatament anki l-iskola kont il-joker tal-klassi.  Nahseb dan kollu gie minhabba li meta kont zghir ma kontx nara televizjoni, imma kont inkun dejjem naqra l-comics bhal Beano, Dandy, Topper, u Beezer.  Meta bdejt nisma’ l-muzika Maltija hassejt in-nuqqas ta’ umorizmu fil-lirika u dan kien qisu post vojt, tajjeb biex nimlih jiena.  L-ewwel diska li ktibt ghall-pubbliku kienet IL-MALTIN”.

B’kemmxejn kurzità, staqsejtu jekk il-kant u l-entertainment hux l-uniku ghixien tieghu.  Fil-fatt qalli li kien ghamel xi zmien jahdem bhala storekeeper f’fabbrika taz-zraben sakemm din ghalqet fis-sena 1993, u eventwalment il-kant baqa’ l-uniku xoghol tieghu.

Il-fehma sinciera tieghu dwar il-Eurovision

Ninsab konvinta li hafna huma konxji bhali li dan l-ahhar Joe Demicoli maghruf sew li jhobb ikanta u jibdel il-liriki tal-kanzunetti rebbieha tal-Malta Song Festival.  Tlabtu r-raguni warajha u jekk fuq kollox ghandux certu passjoni lejn il-Eurovision Song Contest.  Bi tbissima kbira, wegibni precizament hekk, “Farsa shiha li tibda minn hawn Malta u tispicca barra.  Il-Eurovision ma joghgobni xejn u ma nsegwihx.  Hawn Malta dawk li jmexxu l-festival ma jaghtux lok ghall-esperimentazzjoni fuq diski.  Dan zgur mhux tort tal-kantanti jew awturi u kompozituri imma ta’ min imexxi l-festival.  Bhal donnhom baqghu imwahhlin maz-zmien u ma jistghux jaccettaw bidliet, kemm fil-muzika, fil-lirika, u fl-apparenza.  Iridu kollox minghajr sogru jew riskju”.

Ghal din ir-risposta, staqsejtu jekk jithajjarx xi darba jikkompeti ghall-Eurovision hu stess, ghalkemm kont digà qed nimmagina x’tip ta’ risposta ser itini.

“Nghid assolutament li le, anki ghax ma nqisx lili nnifsi bhala kantant, u ghaliex jekk taghmel diska tipo novelty, ma jaghtukx cans.  Ukoll, dak il-hassle u rehearsels ma jghoddx ghalija, u l-piz li bhal donnhom ipoggu fuqek, qisek sejjer tiggieled xi battalja kbira.  Apparti minn hekk, l-anqas irrid inkun jien responsabbli li ngib il-festival hawn Malta!“, wegibni spontanjament Joe.

Madanakollu, Joe Demicoli sal-lum spicca jkanta fil-qalba ta’ l-Awstralja ghal hames darbiet konsekuttivi.

“Kull sentejn nitla’, ghalkemm ghandi cans inmur kull sena, izda nippreferi naqbez sena biex ikolli materjal gdid, u s’issa ghadni qatt ma tlajt u rripetejt l-istess cajta f’ghaxar snin.  Il-generazzjoni tal-Maltin qed tonqos b’rata mghaggla u fi zmien qasir, dawn iz-zjajjar ikollhom jieqfu wkoll sfortunatament.  Dan qed nghidu kemm ghax tghogobni l-Awstralja, ghax niehu gost niltaqa’ ma’ l-emigranti u nammira l-fatt u l-kuragg taghhom li telqu minn Malta, ghax is-sapport ta’ l-udjenza jkun enormi u anki ghaliex ghandi hafna hbieb hemmhekk u dawn mhux Maltin biss“, sahaq Joe.

Ghal xi zmien it-tifla tieghu Sandy kienet tkanta xi kanzunetti mieghu.  B’hekk staqsejtu jahsibx li hi ser issegwi l-passi tieghu fil-kant.

“Ma nahsibx.  Meta kienet zghira l-espressjoni hija li diska kienet tixrobha kif tismaghha darba.  Ghamilna cd flimkien biex ikollha materjal bizzejjed u tkun tista’ titla’ mieghi fuq il-palk fl-Awstralja.  Intlaqghet tajjeb hafna u ghad hemm min isaqsini ghaliha, imma l-karattru taghha inbidel u qabdet triq ohra.  L-esperjenza ta’ l-Awstralja però nahseb li kienet ta’ gid ghaliha”, sostna mieghi Joe.

Cd’s u dvd’s tieghu

Ta’ min jghid ukoll li s’issa Joe hareg ghaxar cd’s u tlett dvds.  Fl-istess waqt tgharrafli li diski miktuba tant ghandu li ghandu biex jaghmel ghaxar cd’s ohra, izda kif qalli hu stess, “Illum m’ghadux worth it minhabba li l-mentalità inbiddlet u hafna zghar anqas tghaddilhom minn mohhhom li cd’s jinxtraw.  Cds qeghdin hemm ghad-downloading biss.  Gieli anki e-mails nircievi biex nibghatilhom id-diski!!  Illum id-diski l-godda nuzahom biss ghal serati specjali ta’ siegha u nofs li jkolli minn zmien ghall-iehor”.

Fuq l-istess nota tac-cd’s tieghu, nafu wkoll li Joe kien hareg cd iddedikat kollu kemm hu ghall-famuz monument li tpogga Hal Luqa, kif ukoll fost ohrajn iehor iddedikat kollu kemm hu ghal Bin Laden b’konnessjoni ma’ Malta.

“F’dan ix-xoghol trid tkun mohhok hemm u kif xi haga tigbed l-attenzjioni tan-nies, tipprova tkun pront u tohrog b’xi haga.  Fil-kaz tieghi umoristika.  Il-Maltin ihobbu c-cajt u jhobbu jitmejjlu bl-affarijiet ta’ madwarhom, sakemm mhux bihom infushom.  Xejn xejn tkun qed thares lejn oggett jew sitwazzjoni minn angolu differenti, ghalkemm il-monument ta’ Hal Luqa thares minn fejn thares lejh dejjem jidher l-istess,” tbissem jghidli Joe !!!!

Qed jahdem ghal film lokali

Bhalissa Joe jinsab okkupat jahdem ghal film lokali li ser jintwera fic-cinema lokali aktar tard din is-sena stess.  L-isem tieghu huwa Maltageddon.  Tlabtu jtini aktar informazzjoni.

“Maltageddon...Nahseb li kienet l-unika holma li kien ghad fadalli f’hajti, dik li niehu sehem f’film ghac-cinema.  L-idea propja bdiet meta konna ghadna duo Kemmuna Airways, ghaxar snin ilu, u Charlie Mangion li llum m’ghadux maghna, gietu l-idea ghall-film ghac-cinema.  Bdejna niktbu l-ideat, imma d-duo lahaq sfaxxa.  Daqshekk ilni nohlom li xi darba jsir il-film“, beda jirrakkontali Joe.  Zied jghidli li s-sena l-ohra avvicinah Alan Cassar li huwa d-direttur tal-film u qallu bl-idea li ghogbitu mill-ewwel.

“Maltageddon tista’ tghidlu parodija tal-film Armageddon, u jinkludi fih hafna personalitijiet maghrufa Maltin.  Il-gbid tal-film qed joqrob lejn l-ahhar u mill-ftit li rajt nista’ nghid, ghalkemm ma tantx inhobb indoqq trombi, li ser ikun wiehed mill-ahjar films Maltin li hargu s’issa.  Kelli l-istess feeling meta kont qed nikteb Kemmuna Airways.  Grazzi hafna lil dawk kollha li qatt ma tawni cans inkun fuq stazzjon televiziv, ghaliex kieku ma kienx ikolli cans li naccetta din il-parti.  Din hija kwotazzjoni ta’ Domnic Aquilina, imma tghodd ghalija wkoll,” sostna Joe.

Ta’ min isemmi, li minbarra x-xogholijiet ta’ ljieli Maltin u attivitajiet ohra, xi haga li qed taqbad bil-mod hawn Malta huma tigijiet bi ftit differenza.  Dawn huma stand-up comedy waqt receptions tat-tigijiet.

“Dawn kont rajthom digà l-Awstralja, fejn kulhadd jivvinta biex it-tieg ikun wiehed ferriehi u differenti kemm jista’ jkun.  Il-kuncett huwa li jkun hemm hin allokat waqt ir-reception ta’ bejn 20 minuta u 30 minuta fejn immur naghmel stand up comedy bl-gharus u l-gharusa jkunu c-centru ta’ l-attenzjoni.  Ovvjament ninkludi cajt dwar iz-zwieg, dwar l-gharajjes u diski qosra li nkun ktibt apposta ghall-okkazjoni”, infurmani Joe.

Ma jhobb jippjana xejn

Staqsejtu jekk ghandux xi haga gdida pjanata fl-agenda tieghu, izda kkonfermali li ma tantx ihobb jippjana u li jaghmel skond kif ihossu dak il-hin.

“Bhalma digà ghedt hemm materjal bizzejjed ghal aktar cd’s, imma ma nahsibx li dan huwa zmienhom.  Ergajt gejt mistieden l-Awstralja u l-Kanada, però, l-istess ma nhobbx nikkommetti ruhi minn kmieni.  Bhalissa Maltageddon biss il-pre-okkupazzjoni tieghi, ghax nixtieq li jirrepeti l-istess success ta’ Kemmuna Airways.  U kemm il-darba jigini l-hsieb li nzarma u nieqaf, però naf li jekk naghmel hekk, nerga’ naqa’, ghax ix-xoghol joghgobni.  Imma ma neskludix il-fatt li ghada stess nista’ nohrog xi cd, kif jahsibha mohhi dak il-hin”, tbissem jghidli.

Fuq nota differenti, staqsejt lil Joe li kieku kellu jitwieled mill-gdid, xi jkun li jrid ibiddel minn hajjtu.

“Forsi l-karattru tieghi.  Ghall-kuntrarju li jahsbu hafna nies, jien sensittiv hafna, ninkwieta anke ghal haddiehor, irrid kollox ezatt kemm jista’ jkun, u persuna kkumplikata hafna, tant li nahseb anqas jiena stess ma naf lili nnifsi.  Nammira nies li qisu xejn mhu xejn ghalihom, ghalkemm dawn ituni fastidju wkoll!!”, sostna Joe.

Joe Demicoli – Kummidjant?

Jekk forsi qatt kellek dubju, jekk Joe jikkunsidrax lilu nnifsu bhala kummidjant, lili nfurmani li iva u le.

“Meta nara whud minn shabi - nies popolari hawn Malta jghidu c-cajt, naghlaq halqi u ma nghid xejn, ghax tant jirrectawha tajba c-cajta li nghid li anqas biss nibda maghhom.  Però jekk b’kummidjant tfisser li tferrah lin-nies, allura iva, jien irrid inkun kummidjant, u nista’ nghid li dan ix-xoghol tani hafna sodisfazzjon kbir ma’ hafna nies li kienu ghaddejjin minn xi dieqa fil-hajja.”

Gibtlu ezempju ta’ kaz uman u li mmaginajt li xi drabi gratlu.  Fil-fatt gibtlu sitwazzjoni reali quddiemu.  Immagina jkollu xi show importanti filghaxija quddiem udjenza gmielha.  Filghodu jqum bin-nervi u burdata hazina, u jibqa’ hekk gurnata shiha.  Ikollu jmur ghax-show xorta wahda.  Tlabtu kif jirreagixxi ghal sitwazzjoni simili.

“Din haga komuni hafna ghalija ghaliex inbati hafna bil-burdati.  Generalment lill-udjenza nghidilhom xi nkun qed inhoss dak il-hin u li m’ghandix aptit cajt u igri jsir il-hin halli nitlaq lejn id-dar.  Generalment kulhadd jehodni bic-cajt ukoll.  U generalment ukoll, wara l-ewwel diska, specjalment jekk l-udjenza tkun tajba, ikun ghaddieli kollox u ndum iktar milli suppost ukoll.  Il-microphone jibdielni totalment u jaghmilni persuna ohra.  Tiskanta kif, malli ninzel minn fuq il-palk, hafna drabi nerga’ naqa’ fil-burdata l-hazina li nkun wasalt biha”, fissirli bil-mod u sincerament Joe.

Bhala sodisfazzjon f’xogholu, Joe kkumenta li hemm is-sodisfazzjon li jirnexxielu jikteb lirika ta’ diska.  Isostni wkoll li jinduna meta tkun lirika tajba mill-ewwel, ghax anke hu stess jibda jidhak.  Imbaghad kif sahaq hu stess hemm is-sodisfazzjon li bil-muzika jwassal il-messagg tieghu lill-poplu, u fuq kollox l-isbah sodisfazzjon dejjem hija l-udjenza b’dahka fuq wicchom.

Il-weekend fost l-inqas granet li japprezza

Dwar kif iqatta tmiem il-gimgha tieghu, Joe qalli li nhar ta’ Sibt u Hadd huma l-inqas granet favoriti ghalih.

“Nippreferi meta kulhadd ikun xoghol u nkun nista’ mmur nghum ghall-kwiet, jew nimxi minghajr hafna nies.

“Weekends generalment noqghod gewwa, jew immur ghand il-hbieb, jew jigu huma ghandi, sakemm ma nkunx xoghol.  Min ihobb haga u min ihobb ohra…that’s life…!!”.

Mistoqsi ghalxiex jahseb li diversi nies ifittxuh u jigru warajh kull fejn ikun, Joe wiegeb sarkastikament, “Forsi biex naghti xi ftit mid-dejn?  Ma nafx, però vera li hawn min wiccu jixghel kif jarani, bhal donnu jistenna xi miraklu.  Imma nahseb li f’Malta u madwar id-dinja, zdiedet id-dipressjoni, zdiedu il-kalmanti u zdiedu l-qbiz tac-cineg, allura n-nies tfittex li tkun imferrha minn xi hadd, u li ghal ftit hin tinsa ftit il-problemi.  Il-problema hija, min ser idahhak lili?”.

Xi jbiddel f’Malta li kieku jkollu l-poter?

Fl-ahharnett staqsejtu li kieku jkollu l-poter jibdel xi haga hawn Malta stess, xi tkun?  Bla tlaqliq wegibni, “L-imhuh tan-nies.  Minn kull aspett.  Dawk li jittimbrawk, dawk li qatt ma jkunu qalulek biex tmur tferrah in-nies minhabba l-kulur politiku tieghek, jew ghax jahsbu li int hamallu.

“Dawk li jippretendu li huma xi haga ahjar minn haddiehor, bl-istess mod nixtieq nibdel l-imhuh ta’ dawk li jahsbu li huma aghar minn haddiehor.  Dawk li jghidulek razzista ghax ma taqbilx li Malta tintela b’nies barranin.  Lista twila hafna li fuq kollox anqas tista’ tibdilha bil-poter jekk ma jkunx xi wiehed magiku.

“U jekk ikun magiku, irid ikun vera b’sahhtu biex jahdem!  Kieku jkolli naghmel billboard kif tohrog mill-ajruport ta’ Malta nikteb “Welcome to Malta – Please set your watch 70 years back in time”, kienet it-twegiba spontanja ta’ Joe, li biha jiena temmejt din l-intervista mieghu!!!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata