Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

It-Turkija

E-mail Print PDF
Share

michael_parnisIt-Turkija hu wiehed mill-pajjizi li bhal ohrajn qed jaspira li xi darba jsir membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Fost dawk li applikaw ghas-shubija, l-applikazzjoni tat-Turkija hi l-aktar wahda li ilha pendenti u kollox jindika li fadal hafna sabiex tigi accetata. Mat-Turkija hemm ukoll il-Croatia, l-Albania, Il-Macedonja u l-Montenegro filwaqt li l-applikazzjoni tal-Izvizzera giet iffrizata filwaqt li kien hemm ukoll dik tan-Norvegja li giet irrifjutata tlett darbiet. Kien hemm l-applikazzjoni tal-Marokk izda din giet rigetata mill-UE. Fil-prezent  jidher li ser tidhol applikazzjoni ohra, dik ta’ l-Izlanda.

It-Turkija saret membru tal-Kunsill tal-Ewropa fl-1949 u applikat biex issir membru tal-UE f’April ta’ 1987. L-applikazzjoni giet rikonuxxuta ufficjalment fit-12 ta’ Dicembru 1999 fis-summit ta’ Helsinki u n-negozjati bdew ufficjalment fit-3 t’Ottubru 2005 u suppost ghandhom jiehdu ghaxar snin. Jekk kollox jimxi skont il-pjanijiet fl-2015 it-Turkija issir membru shih tal-UE. Biss jidher li l-affarijiet mhux mexjin f’dik id-direzzjoni.

Fis-sitt xhur li matulhom il-Presidenza tal-UE kienet f’idejn ir-Republika Ceka, suppost infethu zewg kapitli ohra mill-acquis communitaire izda minn dan ma gara xejn. Fil-fatt wiehed mill-kapitli li suppost infetah kien dak tal-qasam socjali li fost l-ohrajn jesigi li fil-pajjiz ikun hemm libertà ghat-trade unions, xi haga li fit-Turkija ma tezistix. It-trade unions ghadhom imxekla milli jaqdu l-funzjonijiet taghhom u dan il-fatt qed izomm lura hafna n-negozjati.

Hemm ukoll il-kwistjoni ta’ Cipru. It-Torok ghadhom sa llum jokkupaw parti sostanzjali minn Cipru kif ukoll ma jhallux vapuri minn Cipru jidhlu fil-porijiet taghhom u anqas ajruplani fl-ajruporti. Ftit tas-snin ilu kien sar referendum gewwa Cipru stess fejn iz-zewg nahat, ic-Ciprijotti Torok u c-Ciprijotti Griegi vvutaw dwar l-ghaqda bejniethom.

Filwaqt li l-maggoranza ta’ dawk fil-parti okkupata mit-Torok ivvutaw favur l-ghaqda, dawk fin-naha Griega ivvutaw kontra u ghalhekk l-ghaqda ma sehhitx.

Biss minkejja dan kollu jien nahseb li l-Ewropej mhux veru iridu li t-Turkija issir membru ta’ l-UE. Saru dikjarazzjonijiet mill-Germanja u Franza li huma kontra s-shubija tat-Turkija. Franza u l-Awstrija qed issostnu li huma ser jaghmlu referendum dwar is-suggett f’pajjizhom.

Pajjizi ohra mhux qed juru hegga dwra is-shubija tat-Turkija u kollox jindika li fadal hafna snin biex naraw x’ser jigri. U f’Malta? Ufficjalment il-Gvern Malti mhux kontra s-shubija tat-Turkija izda ghandi dubji serji x’inhi l-pozizzjoni tal-poplu dwar dan is-suggett. Ma jidirlix li qatt sar xi stharrig xjentifiku dwar dan f’Malta. Izda nahseb li kieku jkollu jsir insibu li l-maggoranza tal-Maltin huma kontra. Kif digà ghidt m’ghandi xejn konkret biex nipprova dan izda ftit tkellimt ma’ Maltin li huma tal-opinjoni li t-Torok ghandhom jinghataw status ta’ membri.

It-Turkija hi pajjiz kbir b’popolazzjoni ta’ madwar 71 miljun. Normalment l-Ewropa thares lejn dan bhal suq enormi li mhux ta’ minn jitilfu. Barra minn hekk it-Turkija qeghda bejn l-Ewropa u l-Lvant Nofsani fejn hemm hafna pajjizi Gharab li huma b’sahhithom finanzjarjament u ghalhekk dawn il-punti huma fuq quddiem nett tal-agenda Ewropea. Ghad irridu naraw jekk il-flus u s-swieq humiex aktar importanti mill-individwi. Iz-zmien irid jaghtina parir.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata