Nisthajjilkom tghiduli biex gej dalghodu? B’mostru qed nifhem ghal kif il-maggoranza tal-poplu Malti u Ghawdxi tirreferi ghall-MEPA. Dik l-awtorità hlejqa ta’ gvernijiet ta’ Fenech Adami lura fl-1992 u li taht Gonzi kompliet tikber f’dak il-mostru tant b’sahhtu maz-zghir imma daqstant iehor dghajjef ma’ dawk b’sahhithom f’pajjizna.
Meta fl-1992 twaqqfet il-MEPA, il-PN b’Fenech Adami fuq quddiem nett kienu taw l-impressjoni, anzi weghdu, li din l-Awtorità kienet ser thares lejn kulhadd l-istess, tahdem b’mod gust u mprazjali, taqta’ l-abbuzi u l-korruzzjoni fil-hrug tal-peremessi, u fuq kollox tkun l-ghassiesa veru tal-ambjent f’pajjizna.
Kemm kienu zbaljati dawk lura fis-snin b’mod specjali fil-bidu tas-snin 90 li emmnu l-weghda tal-PN fuq il-MEPA. Din il-gimgha wara sena u nofs stennija, Gonzi baghat ghall-gurnalisti u habbar ir-riforma fil-MEPA. Skont Gonzi, il-qofol tar-riforma se tkun politika ta’ tolleranza zero ghall-applikazzjonijiet li jkunu barra miz-zona tal-izvilupp (ODZ).
Imma x’wicc vili jrid ikollok wara li taht Gonzi s-sena l-ohra biss u fl-ahhar tlett xhur ta’ qabel l-elezzjoni, Gonzi nnifsu ppermetta li ssir herba assoluta fiz-zoni barra mill-izvilupp billi hargu ruxxmata ta’ permessi f’ghelieqi u widien il-gmiel taghhom. Din id-decizjoni kienet gabet rabja kbira u protesti fil-belt Valletta mill-ghaqdiet ambjentali kollha li flimkien mal-poplu ghal gimghat shah ipprotestaw, nghid jien ghalxejn, ghaliex Gonzi baqa’ jwebbes rasu.
Dakinhar ftit xhur qabel l-elezzjoni l-ewwel u qabel kollox Gonzi ried li jirbah l-elezzjoni bil-MEPA sservi bhala wahda mill-akbar ajjutanti ta’ Gonzi fl-akkwist tal-voti.
Infakkarkom li fl-ahhar tliet ijiem biss qabel il-poplu mar jivvota f’Marzu tas-sena l-ohra, il-MEPA approvat mas-600 applikazzjoni ghal hrug ta’ permessi, uhud minnhom strambi u skandaluzi ghall-ahhar. Daqskemm kien skandaluz li f’opportunità bhal din Gonzi u l-PN ma jaghmlux apologija mal-poplu ghal hnizrijiet ambjentali kbar li sehhew f’pajiizna mill-1992 meta kellna lill-MEPA suppost tghasses biex l-abbuzi fil-hrug tal-permessi u l-qerda tal-ambjent, u l-widien f’pajjizna ma jsirux. Ha nfakkar u naghti ftit ezempji tar-rekord tal-misthija fis-17-il sena tal-MEPA.
Il-qerda ta’ Wied il-Ghasel fil-Mosta, il-bini oxxen fil-wied tal-Kalkara li prattikament qered lil dan il-wied ghal kollox. Il-gerha bit-twaqqigh ta’ nofs il-forti Sant’Anglu biex inbnew appartamenti lussuzi kollha hgieg u hadid. L-iskandlu tal-istupru fuq Forti Chambrai f’Ghawdex. Il-binja grotteska tal-famuz Busietta Gardens fil-qalba ta’ Wied id-Dis, li mill-Gharghur jibqa’ sejjer sal-Madliena. It-tehid illegali ta’ bosta xtajtiet minn gabbani u lukandi fosthom fl-Ghadira, Bugibba, tas-Sliema u San Giljan. L-estensjoni ta’ mijiet ta’ tmiem ta’ raba’ li minn zoni barra l-izvilupp jinhargu mijiet ta’ permessi fuqhom ghall-bini. L-iskandlu tal-wied tal-Mistra mid-deputat Nazzjonalista JPO u ricentament il-hrug tal-permess ghal bini ta’ farmhouse f’nofs il-wied tal-Bahrija lill-President tal-PN Victor Scerri jew kif qed isibuh dan l-ahhar ‘’il-fidil tal-Bahrija’’.
Din hija ftit minn lista twila tal-misthija li bis-sahha u l-barka tal-MEPA ghamlet herba minn dak li kien tal-poplu kollu fl-ahhar 17-il sena u llum spicca ghal kollox.
Dawn il-kazijiet hafna minnhom biex ma nghidx kollha, ghandhom haga komuni. Il-hrug tal-permessi jew l-abbuzi li saru kollha ghandhom id-dell tal-klikekk tal-hbieb tal-hbieb fil-kuruturi Nazzjonalisti f’Tal-Pietà, u f’Kastilja. Ghalhekk ukoll li fir-riforma li habbar Gonzi mkien ma ssib enfazi qawwija fuq it-trasparenza u l-kontabbiltà li suppost ghandhom imexxu lill-MEPA fix-xoghol taghha.
Huwa ghalhekk li fil-pajjiz hawn qbil generali li l-poplu tilef il-fiducja fil-MEPA bhala Awtorità u istituzzjoni, fit-tmexxija taghha, u f’dak li l-MEPA tieghu hija r-responsabiltà, Lawrence Gonzi.
Il-Hadd it-tajjeb

| < Prev | Next > |
|---|






