Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat ta bidu ghat-tieni edizzjoni tal-maratona tal-futbol ta’ Santa Lucija b’risq Puttinu Cares u li fiha se jkunu qeghdin jippartecipaw madwar 150 tifel u tifla li jilaghbu fin-Nursery tal-istess lokalità.
Joseph Muscat fetah il-loghob formalment billi ta l-ewwel daqqa ta’ ballun fil-ground filwaqt li kellu l- opportunità jiltaqa’ u jitkellem ma’ bosta tfal u zghazagh li kienu qeghdin jippartecipaw.
Filwaqt li heggighom ikomplu jilaghbu u jaghmlu l-ezercizzju fiziku huwa rringrazzjahom tal-gest sabih li qeghdin jaghmlu billi bil-loghob taghhom se jkunu qeghdin jigbru l-fondi ghal tfal u zghazagh bhalhom li ghandhom bzonn l-ghajnuna ta’ Puttinu Cares.
F’diskors qasir Joseph Muscat fahhar is-sehem tan-Nursery tal-football ta’ Santa Lucija filwaqt li radd gieh lill-Kunsill Lokali billi qal li l-Kunsilli Lokali ghandhom jaghtu sehem qawwi f’okkazjonijiet bhal dawn.
Qal ukoll li l-Kunsill ta’ Santa Lucija kien irrijabilta dan il-futbol pitch fejn kienu qeghdin jilaghbu t-tfal u li dan il-pitch joffruh b’xejn ghaz-zghazagh u tfal tal-lokal.
Huwa heggeg aktar zghazagh jaghtu sehemhom anke f’xoghol ta’ volontarjat biex is-socjetà titjieb.
Intant Muscat ikkundanna dak li gara ftit tal-gimghat ilu meta sar attakk fuq il-Masgar Karl Chircop.
Huwa qal li dawn l-atti huma ta’ min jistmerrhom mhux biss ghax iwegghu s-sentimenti ta’ bosta, fosthom tieghu nnifsu, imma dan ghax masgar bhal dan itejjeb il-kwalità tal-hajja taghna.

| < Prev | Next > |
|---|






