Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Matul il-gimgha ma’ Masu Musu

E-mail Print PDF
Share

1.    Wettaq li jwieghed

Sewwa ghamel l-editur ta’ “Il-Mument” li wriena li fi spazju ta’ xahar, twettqu erba’ weghdiet elettorali, ghax kieku tal-Labour jibdew jitwemmnu li l-prim Gonzi jwieghed u ma jwettaqx.

Minbarra l-bozoz energy saving, it-tliet weghdiet l-ohra li twettqu huma r-riformaa fil-MEPA, il-progett ghad-dahla tal-Belt eccetra, u r-riforma fl-iskejjel specjali.

Issa forsi jkun hawn min jghid li r-riformi u l-progett tad-dahla tal-Belt ghadhom biss fuq il-karta.  Imma b’daqshekk ma jfissirx li l-prim Gonzi jwieghed u ma jwettaqx.

Jekk dawn ir-riformi u progetti jibqghu biss fuq il-karta, allura ibqghu certi li l-prim Gonzi jerga’ jdahhalhom fil-programm elettorali - ghax darba jew ohra, kelmtu jzommha - bhalma zammha dwar il-Crafts Village ta’ Ta’ Qali.

2.    Fost l-aqwa fl-Ewropa

Milli jidher Allen Moore, li se jkun qieghed jiehu hsieb l-izvillup tal-klabb tal-football ta’ Floriana, mill-ewwel xorob x’ghandu jaghmel biex la jinhabb u lanqas jinbaghad politikament.

Dan Allen Moore wieghed li sas-sena 2015 (biex jinhabb mal-prim Gonzi) il-Floriana se jkunu fost l-aqwa fl-Ewropa (biex jinhabb ma’ Joseph Muscat).

Tant huwa fiducjuz bhall-prim Gonzi u Joseph Muscat, li qal li sas-sena 2015 il-Floriana se jikkwalifikaw mal-gruppi ta’ xi kompetizzjoni Ewropea.

Jista’ jkun li qal hekk biex sal-2015 ikollu hobzu mahbuz, u jekk finalment ma jwettaqx dak li wieghed, idur fuq id-dirigenti ta’ Floriana u jghidilhom: “M’hemmx x’taghmel, grali bhall-prim Gonzi”.

U bi Dione Borg segretarju, Floriana ftit li xejn ikunu jistghu jghidulu le.

3.    Il-Bacir numru wiehed

Prova ohra ta’ kemm il-prim Gonzi jwettaq dak li jwieghed huwa l-progett tal-bacir numru wiehed.

Bhali tafu kemm ilna nkunu mwieghda progetti ghal dan l-imbierek bacir numru wiehed tat-tarzna.

Jien niftakar disinn mill-isbah bi bridges, lukandi, restoranti, hwienet u ma nafx xhix aktar.

Niftakar li darba kienu qalu li se jaghmluh aquarium.

Imbaghad qalu li se jaghmluh crafts village minflok Ta’ Qali.

Imma issa l-prim Gonzi gietu l-idea li jaghmlu marina ghall-jottijiet.  U b’hekk fl-ahhar se naraw kelmet Gonzi ssir realtà, ghax jekk Austin Gatt jerga’ ma jasalx, kulma jkollu jaghmel il-prim Gonzi u li jiftah il-bacir, jimlih bl-ilma, u jara li jidhlu xi jott jew tnejn.

4.    Issa qieghed nemmen

Kunu afu, hbieb tieghi, li issa qieghed nemmen dak li ilhom ghal zmien twil jghidu tal-Labour, xi gurnalisti, kittieba ta’ ittri u artikli f’gurnali, u lil dawk li jcemplu fuq l-istazzjonijiet tar-radju jilmentaw li hafna drabi, dawk li huma ntitolati ghal medicini b’xejn, m’humiex jinghataw certi medicini mill-ispizeriji tal-gvern ghax jghidulhom li qeghdin out of stock.

Kunu afu wkoll li issa qieghed nemmen li dan in-nuqqas ta’ medicini fl-ispizeriji tal-gvern qieghed ikun ta’ inkonvenjent ghal ghadd ta’ anzjani u penzjonanti.  U meta nghid inkonvenjent, ma nfissirx biss ikonvenjent fiziku ghax jintbaghtu minn spizerija ghal ohra, u ma jinqdewx xorta wahda.  Imma nfisser ukoll inkonvenjent finanzjarju ghax finalment jispiccaw johorgu l-flus mill-but biex jixtru l-medicini.

Tafu ghaliex issa qieghed nemmen dak li tal-Labour ecc. ilhom jghidu zmien twil?  Ghax issa anke l-Union Haddiema Maghqudin (UHM) ta’ Gejtu Vella qieghda tghid l-istess affarijiet.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata