Dan huwa l-qafas li fuqu qed nibnu l-politika taghna, li fuqu qed inwettqu l-hidma politika taghna. Moviment maghmul min-nies gejjin minn oqsma differenti, minn setturi socjali differenti. Nies li ghandhom aspirazzjonijiet varji f’hajjithom izda lkoll ghandhom ir-rieda li huma jirnexxu u li pajjizna jirnexxi.
Pajjizna llum qed jiffaccja diffikultajiet u sfidi li jehtieg li jigu indirizzati. Diffikultajiet li s-soluzzjoni taghhom ghandha tkun il-priorità taghna lkoll u ghalhekk il-htiega li nsahhu moviment maghmul mill-poplu li jkun lest li jaghti l-ahjar lill-poplu ghaliex jemmen li l-poplu taghna jista’ jirnexxi.
Ghalxejn nitkellmu dwar is-success jekk ahna l-problemi u d-diffikultajiet li qed jiffaccja l-poplu taghna jibqghu jithallew ghaddejjin minghajr ma jigu indirizzati.
Sfortunatament ghalina lkoll, it-tmexxija prezenti ta’ pajjizna, ghal diversi snin halliet diversi diffikultajiet jissoktaw.
Poggiet hafna problemi taht it-tapit tant illi llum it-tapit m’ghadux jostor il-problemi u d-diffikultajiet li l-poplu ilu jhoss il-piz taghhom.
Aktar minn qatt qabel, il-familji Maltin u Ghawdxin, illum qed jhossu bil-kbir il-piz tal-gholi tal-hajja.
Aktar minn qatt qabel, diversi setturi tal-poplu taghna qieghed jiffaccja gholi tal-hajja akbar bil-konsegwenza li d-dhul tal-familji m’ghadux bhalma kien iservi qabel. Il-familji qed jaraw li l-livell tal-ghejxien taghhom jaqa’ lura jew jonqos aktar milli jimxi ‘l quddiem.
Qaghda aktar imwieghra
Hemm min l-gholi tal-hajja qieghed jaffettwah aghar minn hekk.
Qed naraw familji li m’humiex ilahqu mal-affarijiet bazici mehtiega fil-hajja. Familji li qed jiffaccjaw diffikultajiet serji u li l-gholi tal-hajja esegerat li ghandu pajjizna bhalissa qed ikompli jaghmel il-qaghda aktar imwieghra.
Il-gvern ripetutament juza’ l-iskuza li l-gholi tal-hajja f’pajjizna huwa migjub minn barra. Ghall- gvern, l-affarijiet qed jgholew ghaliex jgholew minn barra.
Imma kif wiehed jista’ itenni dan l-argument meta pajjizi ohra fl-Unjoni Ewropea u parti miz-zona Euro qed jaraw tnaqqis drastiku tar-rata tal-gholi tal-hajja u f’pajjizna l-gholi tal-hajja ikompli jirranka?
Kif jista’ l-gvern itenni dan l-argument meta l-verità hija li d-decizjonijiet li ha l-gvern ikkawzaw l-gholi tal-hajja, meta agenziji tal-gvern mhux qed jahdmu u dan qed iwassal ghal rankatura fil-prezz ta’ diversi oggetti u servizzi?
Ma nistghux nibqghu indifferenti lejn din il-problema serja li ghandu pajjizna.
Jehtieg li verament nindividwaw il-kawzi li qed iwasslu biex pajjizna jkollu rankatura daqstant qawwija ta’ gholi tal-hajja. Jekk verament irridu nsostnu u nsahhu lill-familji taghna, din hija problema u sfida ewlenija li rridu nindirizzaw minghajr ebda telf ta’ zmien.
Jekk irrid naraw livell ta’ eghxien ahjar u hajja ta’ kwalità ahjar, ma nistghux nibqghu nippermettu li l-ispiza biex bniedem jghix f’pajjizna tibqa’ tizdied bla razan bil-konsegwenzi negattivi li dan qed igib mieghu.
Moviment pro-attiv, jiehu dawk il-passi kollha mehtiega biex jindirizza dak li qieghed iwegga’ lill-poplu.
Il-fatt li fuq livell nazzjonali jigi analizzat dan is-suggett, kemm il-kawza tieghu kif wkoll is-soluzzjonijiet li nistghu napplikaw, huwa l-ewwel pass li flimkien jista’ jitwettaq. Diskussjoni fuq livell nazzjonali li timla’ l-vojt li qed ihalli f’dan il-qasam min qed imexxi ‘l pajjizna llum. Filwaqt li haddiehor jghid li qed jinkwieta u jsib kull skuza ta’ gustifikazzjoni, min verament irid il-poplu jirnexxi, jiehu kull inizjattiva biex jaghti l-ahjar lill-poplu taghna.
Ghaqlija ghalhekk kienet id-decizjoni li niddiskutu l-gholi tal-hajja biex nifhmu ahjar, biex nahdmu ahjar u biex naghtu l-poplu taghna opportunitajiet ohra biex jirnexxi.
www.zrinzo.info

| < Prev | Next > |
|---|






