Jidher li sew Sliema u specjalment Valletta sabu c-cavetta ta’ dan. Bhalma wara kollox ghamlu Birkirkara l-gimgha ta’ qabel, Sliema taw wirja pozittiva kontra oppozizzjoni difficli minn Izrael u ghalkemm kienu b’ghaxra minn nies xorta hallew it-tamiet ta’ kwalifikazzjoni hajjin.
Mertu ghal futbol pozittiv li laghbu l-blues matul id-90 minuta u anke ghal difiza attenta meta kien hemm bzonn.
Iktar ta’ nota u haqqhom kull prosit Valletta li qed jiktbu l-isbah pagni fl-istorja internazzjonali taghhom. Wara kwalifikazzjoni bla tbattija kontra l-Islandizi, Valletta marru ghand St Patrick’s (tim Irlandiz) u b’awtorità gabu rizultat eccellenti.
Min bhali kellu x-xorti li jara il-loghba anke grazzi ghal Melita Sports, seta’ jinnota kif players li fl-ahhar loghbiet man-nazzjonal dehru li jinsabu fi triq tan-niezla, regghu hadu l-hajja u taw wirja eccellenti u ghalhekk waslu rizultat prestigjuz. Rizultat li jaghti kuragg kbir ghal futur qarib. Jekk Valletta jikkwalifikaw, allura jkun l-ewwel tim Malti li qabez zewg rawnds fi kwalifikazzjoni Ewropea u ghalhekk ikunu kitbu storja.
Ipermettuli kelma ta’ tifhir ghal player li hafna drabi jahrab mill-attenzjoni tal-media però juri biss dak li jaf fil-grawnd, il-captain Gilbert Agius. Gilbert ftit huwa izghar minni fl-età u ghalhekk segwejt il-gesti tieghu bhala player tajjeb hafna.
Player ta’ talent indiskuss u player li huwa leader fil-grawnd u barra l-grawnd. Il-gowl li skorja huwa anke rigal ghal tant wirjiet eccellenti li huwa jaghmel u bla dubju ser jaghmel dan l-istagun ma’ Valletta.
Appell finali lil min huwa kkoncernat. Ma nafx ghaliex dawn il-loghbiet qed jintlghabu fil-grawnd centinarju, pero nemmen li l-folla tant ser tkun kbira ghal loghba ta’ ritorn li dan l-Istadium ser ikun zghir wisq. L-appell tieghi huwa li l-loghba issir fi grawnd ikbar.
Valletta ser ikollhom bzonn il-partitarji Beltin biex bl-ghajjat ta’ inkoraggiment taghhom idahhlu lil Valletta fl-istorja.
Prosit u Awguri!
U nahseb li hafna mill-qarejja tieghi jafu li l-isport favorit tieghi huwa l-waterpolo.
Il-waterpolo huwa sport li jista’ jaghti spettaklu u dawn l-ahhar snin dejjem ta ghalkemm jidher li l-koncentrazzjoni dejjem qed taqa’ fuq il-konfront bejn Sliema u Neptunes. Minn kien il-pixxina nhar il-Gimgha seta’ jara ghaliex il-waterplo huwa daqshekk sabih.
Loghba drammatika bejn iz-zewg rivali milghuba quddiem pixxina ppakjata bin-nies li huwa ezempju ghal sport li ghandu bzonn jerga’ jibda jikber. Ma jistax jkun li biex jinzlu n-nies lejn il-pixxina jrid ikun hemm biss Sliema kontra Neptunes. Hemm bzonn li l-ASA taghmel iktar promozzjoni sabiex din il-loghba tigi reklamata iktar u ghalhekk tikber.
Tikber fit-tramuntana u fin-nofs in-nhar ta’ Malta fejn klabbs bhal Marsascala, Marsaxlokk, B’Bugia, Barracudas, Sirens u ohrajn kienu jkollhom pitches mimlijin nies issegwu l-gesti tal-benjamini taghhom. Il-loghba trid tikber b’investiment ghaz-zaghzagh. Hemm bzonn li l-ASA tghin iktar lill-klabbs biex jorganizzaw nurseries, sabiex il-futbol ma jibqax bhal kalamita jigbor kull talent.
Wiehed ma jridx jinsa li jekk il-futbol jaghti opportunitajiet barra l-pajjiz, anke l-waterpolo jaghmel dan, ara il-kazi fil-passat tal-ahwa Dowling u Jonathan Valletta biex insemmu uhud ghal dawn tal-prezent bi Stevie Camilleri u Matthew Zammit protagonisti fl-Italja.
L-ASA hemm bzonn ukoll li tikkjarifika ghal kulhadd certi regoli sabiex il-partitarji ma jkollhomx dubji u ghalhekk imorru ghal kull loghba b’iktar trankwilità. Il-kaz tal-barrani ta’ San Giljan li l-ewwel gie skwalifikat esageratament sentejn imbaghad jigi sospiz gustament zewg loghbiet ghal kaz ta’ registrar ta’ player barrani ghall-istess Giljanizi u hafna ezempji izghar, zgur li ma jaghmlux gid lil-loghba.
Loghba li jekk jista’ jkun ghandu jsir kull sfroz sabiex kif qed ssir fil-pajjizi barranin issir fuq perijodu itwal ta’ zmien.
Naf li dan ifisser hafna iktar sagrificcji ghall-klabbs, però kif dejjem intennu mhux biss l-assocjazzjoni ghanda tkun professjonali izda anke l-klabbs membri taghha u nahseb wasal iz-zmien li kull klabb li ghandu ukoll fdat f’idejh post jew pitch prominenti f’Malta jinvesti fih sabiex ikollu dan l-introjtu finanzjarju biex imexxi l-quddiem ‘l loghba tal-waterpolo.
U kif qed nitkellmu fuq il-waterpolo, nahseb li ghandna bzonn ukoll naghmlu kampanja favur l-isport ta’ l-ghawm.
Ghal diversi drabi jien irrimarkjat l-isforzi li jaghmlu l-ghawwiema sew ta’ klabbs kif ukoll tan-nazzjonali biex jaghmlu t-tahrig.
Filwaqt li nixtieq nawgura kull success lil ghawwiema kollha li ser jiehdu sehem fil-kampjonat mondjali, wiehed jrid jaghmel ukoll appell lill-klabbs u anke lill-ASA sabiex jaghtu iktar rikonoxximent lil ghawwiema li huma parti minnhom. Barra rikonoxximent f’attenzjoni anke rikonoxximent finazjarju, li zgur ikun parti zghira biss minn dak li huma jonfqu ghal waterpolo.
Tajjeb però nghidu u nfahhru l-promozzjoni li l-ghawm qed jiehu minn press realeases kontinwi u informattivi lil is-Swimming Board ta’ l-ASA qed johrog minn zmien ghal zmien. Prosit partikolari tmur ghal John Sammut il-persuna li bl-aktar mod rett u imparzjali johrog dawn il-press realeases. Dawn l-ahbarijiet jzommu lil dan l-isport haj.
U nota ta’ mertu wkoll ghat-tim feminili tal-baskitbol taz-zghazagh li kiseb rizultati tajbin fi tornew taht it-18-il sena.
Ghalkemm ma gietx ikkonfermata d-deheb ta’ l-ahhar edizzjoni u ghalkemm giet telfa iebsa fil-bidu z-zghazagh Maltin xorta ghamlu reazzjoni.
Meta kont qed nikteb dan l-artiklu il-Maltin kienu qed jilaghbu ghat-tieni post, pero xorta haqqhom kull tifhir ghal wirjiet taghhom, kif nawguraw lit-tim maskili li ser jilghab il-gimgha li gejja. Nemmen li l-baskitbol li f’Cipru tana unur iehor, jista’ jkompli fit-triq tas-successi. Taht it-tmexxija tal-Magistrat Mizzi l-isport kiber u j’Alla jkompli jikber fi zmien li gej. Awguri!!!
Il-Gimgha Sportiva t-Tajba!!!

| < Prev | Next > |
|---|






