Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

B’Kara jhassru partita ta’ hbiberija

E-mail Print PDF
Share

 

paul_zammit1_jpgIs-Sibt filghaxija thassret il-loghba ta’ hbiberija li kellha tintlghab fil-Victor Tedesco Sta­dium bejn Birkirkara u Floriana.
Iz-zewg timijiet jinsabu impenjati biex dan l-istagun ikollhom wirjiet ahjar fit-tentattiv li jtejbu l-pozizzjoni taghhom fil-klassifika. Din il-gimgha kemm Floriana u anke Birkirkara laghbu loghba ta’ hbiberija kontra Sheffield Wednesday li din il-gimgha kienu pajjizna ghal sessjoni ta’ tahrig.
Izda ghal xi raguni l-partita tas-Sibt bejn Floriana u Bir­kir­kara li kienet se tkun test importanti ghaz-zewg timijiet qabel il-ftuh tal-istagun il-gdid, ma saritx.

Hafna staqsew x’kienet ir-raguni li ghaliha thassret din il-partita. F'komunikat l-ufficjal ta' Floriana Matthew Paris, li iro­ni­kament huwa hu l-plejer Karkariz Thomas Paris, qal li kienu Birkirkara li talbu biex tithassar din il-loghba.

Ufficjal Karkariz li tkellem ma’ KullHadd qalilna li bhala klabb waslu ghal din id-decizjoni min­habba d-diversi plejers li ghandhom neqsin u l-fatt li l-iskwadra bhalissa qieghda 'mkissra'.

Fil-kamp Karkariz jezisti sentiment anke fost il-partitarji tagh­hom li fil-klabb bhalissa hemm konfuzjoni shiha. Fil-fatt ghad hemm min ghadu ma jistax jac­cet­ta t-tluq minn Chairman ta' Vic­tor Zammit wara tlettax-il sena.

Ghalkemm il-hatra ta' Pawlu Zammit bhala kowc gdid nizlet tajjeb, it-tluq ta' l-eks kowc John Buttigieg halliet vojt kbir, b'numru ta' plejers li ghadhom qed isibu saqajhom taht il-kowc il-gdid minkejja li ghandu esperjenza sostanzjali.

“Anke fejn ghandu x’jaqsam ma’ skwadra, bhalissa qieghda mkissra. Fil-mument skwadra zghira, plejers imweggghin, oh­rajn li telqu,” qal ufficjal Kar­kariz waqt li sostna li ma kienx jagh­mel sens li jippre­zentaw ruhhom ghal-loghba tas-Sibt b’diversi zghazagh neqsin mill-esperjenza.

Konferma ta’ kemm l-iskwadra Karkariza bhalissa hija xotta, tohrog mill-mod kif niezlu Bir­kir­kara ghat-tournament tal-Hamis li ghadda kontra Sliema Wan­derers u Sheffield Wednesday. Fil-fatt l-istripes ipprezentaw irwiehom biss bi 13-il plejer.

Ghalkemm l-istagun jonqsu ftit biex jibda, Birkirkara ghadhom ferm lura milli jkunu mhejjija ghall-istagun il-gdid, ghadhom incerti dwar gowlkiper, bil-futur ta' Omar Borg incert, Bernard Paris telaq ma’ Floriana u issa hemm gowlkiper barrani li qieghed ghall-prova.

Madankollu, wiehed irid jghid li minkejja l-incertezza kollha, hemm min fil-kumitat ta' l-Istripes huwa impenjat li l-affarijiet jitrangaw.

Fil-fatt Birkirkara digà kisbu lill-attakant Olandiz Sylvano Com­va­lius minghand Hamrun li wiehed jittama li huwa sostitut ideali ghat-tluq ta' Jean Pierre Mifsud Triganza, waqt li rritorna Patrick Borg wara li kien misluf.

Sorsi li tkellmu ma’ KullHadd qalulna li iktar iva milli le f'dawn il-granet Birkirkara jikkonfermaw l-akkwist ta' Carl Pulo minghand Pietà Hotspurs.

Pieta Hotspurs, klabb iehor imfarrak hekk kif das-sajf, apparti Pulo tilfu hafna mill-elementi importanti taghhom. Ryan Ca­milleri issieheb ma’ Hibernians, Terence Vella mar ma’ Mosta, Martin Deanov jidher irranga ma’ Marsaxlokk, Sharlon Pace telaq biex inghaqad ma’ Qormi waqt li spicca l-perjodu misluf ta' l-attakant Simon Shead.

Plejers ohra li jidhru hemm talbiet ghalihom minn klabbs tal-Premier jinkludu Sheldon Grech, Glanville Goodlip u Cleaven Cassar.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata