Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

200 partecipant minn 90 pajjiz jiltaqghu f’Olimpja

E-mail Print PDF
Share

ioa_volley_team_senegalGhal dan is-seminar attendew mitejn persuna ohra minn erbgha u disghin pajjiz differenti minn mad-dinja kollha. Fost dawn il-partecipanti, u koordinaturi kien hemm atleti, ghalliema tal-PE, kowcis, voluntiera u manigers fl-organizzazzjoni tal-loghob Olimpici, professuri fil-qasam tal-isport, kif ukoll atleti li kkompetew f’diversi Olimpjadi. Kull persuna li attendiet ghal dan is-seminar kienet qieghda tirraprezenta lill-kumitat Olimpiku nazzjonali tal-pajjiz, kif fil-fatt irraprezentajna ahna lill-kumitat Olimpiku Malti.

Tul il-jiem li ghaddejn gewwa Olimpja, iltqajna ma bosta nies interessanti li maghhom qattajna mumenti mill-isbah. Fosthom ghamilna hbieb kbar ma raprezentanti ta’ Singapore, Seychelles, Mauritius, Paraguay, Germanja, Franza  u hafna ohrajn, li sal-gurnata tal-lum ghadna nikkuntatjaw lil xulxin kwazi kuljum. Kellna wkoll l-unur li niltaqghu u naqsmu esperjenzi sbieh flimkien ma’ Sandra Soldan, ‘triathlete’ mill-Brazil li klassifikat fid-disa’ post fl-Olimpjadi ta’ Ateni 2004; ltqajna wkoll ma zewg Kanadizi li kkompetew f’Beijing 2008: Anthony Wright, plejer tal-‘hockey’ u Alexandra Orlando, li kkompetit fil-ginnastika ritmika; Hiu Wai Sherry Tsai minn Hong Kong u Olivia Aya Nakitanda mill-Uganda, li t-tnejn ikkompetew fl-ghawm waqt l-Olimpjadi ta’ Beijing u fl-ahhar u mhux l-inqas kellna wkoll l-unur li nsiru nafu lil Victoria Roberts, mill-Awstralja, li kkompetit fir-‘rowing’ waqt l-Olimpjadi ta’ Sydney 2000 kif ukoll f’Ateni 2004.

Waqt li konna fl-akkademja Internazzjonali Olimpika (IOA) ma setax jonqos li jigu organizzati attivitajiet sportivi. Fosthom il-volleyball, il-futbol, il-basketball, it-tennis u table tennis. Kellna wkoll ‘torch’ relay fejn kull grupp zamm il-bandiera tal-IOA, u bit-torca dorna it-trekk tal-akkademja bhala simbolu ta’ paci, hbiberija, u ugwaljanza fid-dinja. Ippartecipajna wkoll fl-‘Olympic day run’ li ssir f’kull pajjiz.  Attendejna ’swimming gala’ fejn ippartecipajna fl-ghawm u d-‘diving’ u fejn il-gurija kienu llkoll libsien it-toga bajda, kif kienu jilbsu l-Griegi bil-weraq taz-zebbug ma rashom! Imbaghad filghaxijiet kien ikollna spettaklu helu mtella’ minn diversi pajjizi.

F’dan is-seminar, apparti li zorna postijiet storici li tista’ tghid kienu il-fundament tal-loghob Olimpici, attendendejna wkoll diskussjonijiet u prezentazzjonijiet dwar il-loghob Olimpici ta’ zmien il-Griegi, kif ukoll dwar Pierre de Coubertin li huwa l-missier tal-Olimpjadi sa mill-1896; tkellimna wkoll dwar l-idea tal-Olimpismu, kif ukoll dwar l-impatt li hallew il-loghob Olimpici fic-Cina, u l-programmi edukattivi li gew organizzati f’dan il-pajjiz sabiex tinholoq kuxjenza dwar l-Olimpjadi. Gew diskussi wkoll l-effetti tal-midja fil-qasam tal-isport, kif ukoll fuq il-problema tad-‘doping’ fil-loghob Olimpici u kif dawn qeghdin joqtlu l-iskop principali ta’ dan l-avveniment Olimpiku.

Permezz tal-hbiberiji godda li ghamilt waqt is-soggorn tieghi fl-akkademja, qsamt hafna ideat ma diversi nies ta’ religjonijiet u kulturi differenti. L-interess uniku u simili taghna: l-isport, ghaqqadna flimkien u tassew konna sirna familja wahda. Titghallem ukoll illi hafna huma l-pajjizi li ghandom diffikultajiet fil-qasam sportiv bhalna l-Maltin. Hemm pajjizi, bhal perezempju Virgin Islands fejn il-Kumitat Olimpiku Nazzjonali taghhom lanqas biss ghandom  post fejn jiltaqghu,  u l-Kumitat Olimpiku Nazzjoniali ta’ Costa Rica jinstab biss miktub fuq il-karti, dejjem skont kif tkellmu ir-rapprezentanti taghhom.

Kelli wkoll l-opportunità li nitkellem u naqsmu ideat maz-zewg rapprezentanti ta’ Singapore li huma t-tnejn ghalliema tal-PE. Huma tkellmu dwar kif f’Singapore tinghata wisq importanza lis-suggetti akkademici waqt li kemm l-isport u l-arti ma jinghatawx bizzejjed attenzjoni. Tista’ tghid li din hija sitwazzjoni tassew simili ghal taghna l-Maltin. Izda, issa f’Singapore minhabba li s-sena d-diehla se jsiru l-ewwel loghob Olimpici ghaz-zghar, dan il-pajjiz qieghed jahdem biex ikabbar l-interess u l-importanza lejn l-isport billi jintegra l-valuri Olimpici fis-sistema edukkattiva.  Fl-Awstralja dan ix-xoghol digà qieghed isir billi l-Kumitat Olimpiku Nazzjonali tal-Awstralja jorganizza attivitajiet edukattivi fl-iskejjel bhal perezempju l-progamm ‘Chat with an Olympian’, fejn l-istudenti jkollhom l-opportunità li jitkellmu ma’ atleti tal-Olimpijadi waqt xi kompetizzjoni barra mill-pajjiz permezz tal-internet.  Pajjizi ohra qeghdin jinkludu wkoll materjal edukattiv  u interattiv, kemm ghall-ghalliema kif ukoll ghall-istudenti ta’ kull età, fuq is-sit ufficjali tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali.

Din is-sena il-Kumitat Olimpiku Malti wkoll hadem biex jippromwovi l-isport u l-atleti Maltin billi organizza ‘Road Shows’ f’diversi skejjel. Nistghu nghidu li dawn kienu ta’ success fost l-istudenti.

Ghalhekk tajjeb li ma naqtghux qalbna u nahdmu flimkien biex intejbu l-edukazzjoni sportiva f’Malta u Ghawdex. B’hekk nkunu nistghu nheggu lit-tfal taghna biex jemmnu fl-importanza u l-valuri tal-isport u nghinuhom anke jilhqu s-successi mixtieqa u forsi anke dawk internazzjonali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata