Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ta' min hi l-ahhar kelma?

E-mail Print PDF
Share

roddy_collinsIt-trasferimenti tal-plejers f’pajjizna

Qeghdin fi zmien ta’ caqlieq tal-plejers u t-timijiet ghandhom sal-31 ta' Awwissu biex jakkwistaw jew icedu l-plejers qabel ma jiffinalizzaw l-iskwadra taghhom ghall-istagun il-gdid.

 

Is-suq lokali tal-bejgh u xiri ta' plejers f'pajjizna iktar iva milli le jqajjem hafna mistoqsijiet.

Mhux se nidhlu fil-mertu dwar ic-cifri li jithallsu ghall-plejers godda li mhux l-ewwel darba marru lil hinn mill-parametri. Lanqas se nidhlu fil-mertu tas-salarju li plejer ikun offrut biex jaghzel tim minn iehor.

Ghalkemm certi salarji hawn Malta ghall-plejers huma esagerati, nemmnu fil-principju li l-futbol huwa l-impjieg tal-plejer ghalhekk jaghmel sew li plejer ifittex l-ahjar kuntratt biex jghix hajja kemm jistà jkun komdu ta' l-inqas sakemm idum fil-karriera.

Il-mistoqsijiet taghna jqumu dwar min fil-kumitati jew fil-klabbs jiehu d-decizjonijiet dwar l-akkwist jew it-tluq tal-plejers.


Incertezza fil-kamp Karkariz


Jekk wiehed jara s-sitwazjoni attwali fil-klabb ta' Birkirkara hawn iqumu hafna mistoqsijiet hekk kif diversi gimghat wara li warrab (jew twarrab) Victor Zammit minn chairman tar-rahal ghadhom bla president.

Wiehed jistaqsi allura, min qieghed jiehu d-decizjonijiet?

Min ha l-inizjattiva biex gew akkwistati Sylvano Comvalius u Karl Pulo u nnegozja l-akkwist ta' Tyrone Farrugia? Min approva l-bejgh ta' Jean Pierre Mifsud Triganza?

Fil-kamp Karkariz ghad hemm sentiment qawwi, li jinhass fost il-maggoranza tal-partitarji, li jridu lura lil Victor Zammit.

Mill-kumitat prezenti jidher li hadd minnhom ma jrid jerfa’ r-responsabilità u jiehu f'idejh il-presidenza, sitwazzjoni li jekk tkompli tista’ tnaffar lill-partitarji Karkarizi milli jmorru l-grawnd. Bhalissa hemm bahar jaqsam bejn min jiehu d-decizjonijiet u l-poplu Karkariz li ghalihom it-tim ta' Birkirkara jitqies qisu religjon.

Sitwazzjoni differenti fil-kamp ta' Floriana. Il-partitarji Furjanizi, ghattxana ghall-unuri, lanqas qeghdin jaghtu kas min qieghed jiehu d-decizjonijiet.

Hawnhekk ghandna sitwazzjoni fejn il-kumitat qieghed barra mit-trattativi ma’ plejers godda.

Ahna nfurmati li l-kowc Roddy Collins ha f'idejh in-negozjati bil-ghan li tissahhah l-iskwadra Furjaniza. Collins, li gab mieghu mill-Irlanda mentalità ta’ manager fir-Renju Unit, sahansitra jinnegozja direttament hu mal-plejers. Infurmati li hekk gara fil-kaz ta’ Etienne Barbara, fejn tkellem mal-plejer qabel ma tkellem mal-kumitat.

Sitwazzjoni simili fil-kamp ta' Qormi. Minghajr ma ghandu jiehu ghalih hadd il-kumitat ta' Qormi huwa maghmul minn nies ta' qalb kbira izda ftit li xejn ghandhom idea ta’ tmexxija ta’ tim tal-futbol.  Min-naha l-ohra hemm il-vantagg ta’ certa sahha finanzjarja.

Fil-fatt mhux l-ewwel darba li l-akkwisti ta' plejers godda jkunu nnegozjati mill-kowc innifsu Jesmnond Zerafa li jisfrutta bl-ahjar mod il-kuntatti li huwa ghandu fil-futbol Malti. Zerafa jahdem biex kemm jistà jkun jiehu l-ahjar elementi lejn il-kamp Qormi.

F’Hal Tarxien hemm Tarxinizi dizilluzi. Uhud minnhom li tkellmu ma dan il-gurnal qalulna li ghalkemm japprezzaw ix-xoghol, dedikazzjoni u l-flus li hareg il-president Tony Cassar biex jinvesti f'dan it-tim, min-naha l-ohra hemm f'Hal Tarxien min hu kontrieh ghaliex jemmnu li ta wisq arja lil Johnnie Vella li huwa t-tim manager.

Tarxinizi li tkellmu  maghna spjegaw li huma urtati kif Vella li huwa minn Birzebbuga dahal fil-klabb u nghata sahha  zejda lill-poplu Tarxiniz u l-partitarji qalbiena tar-Rainbows sa certu punt, turtahom.


It-trasferiment ta’ Tyrone Farrugia


Msida l-istess. Din il-gimgha sar kuntatt mal-president Robert Farrugia, li qalilna li ma’ Birkirkara ntlahaq ftehim dwar Tyrone Farrugia izda kien hemm xi membri tal-kumitat u l-partitarji li ma jridux lil Tyrone Farrugia jitlaq.

Din isbah!!!! Dan minn meta l-ahhar kelma mhiex tal-President. Tyrone Farrugia, li fil-Premier jilghab ma’ kull tim, jista’ jibqa’ kkalpestat jilghab fl-ewwel divizjoni kontra timijiet, b'kull rispett, bhal Haz-Zabbar, il-Melita,  Hal Balzan u San Gwann.

F’Had-Dingli hafna drabi d-decizjonijiet johodhom wahdu l-kowc Jesmond Zammit.

Fit-tim ta’ Hamrun Spartans il-president Daniel Sullivan ftit li xejn qieghed jikkonsulta. Ghalkemm president u l-ahhar kelma ghandha tkun tieghu jidher li ftit li xejn jikkonsulta anke mas-shabu tal-kumitat qabel jikseb xi plejer gdid.

Fil-passat ghamilha wkoll Victor Scriha li dejjem ta messagg li ghalih 'money no problem'. Kien hemm okkazjonijiet fejn il-kowc Pawlu Zammit kien ikun jaf bi plejer gdid ghax jarah jirraporta ghal xi sessjoni ta' tahrig bil-kowc f'dan il-kaz li kien ferm il-boghod mid-decizjonijiet li kienu jittiehdu mill-kumitat jew minn Victor Scriha wahdu.

Ic-champions Hibernians jidher li zammew certu ghaqal. Hekk kif qeghdin fl-eqqel tas-suq tat-trasferimenti, ma tkunx idea hazina li dawn il-klabbs jiehdu l-ezempju tac-champions Hibernians li qabel l-akkwist jew bejgh ta' plejer gdid juzaw sistema professjonali u kif suppost issir.

Fil-kaz ta' akkwist ta' plejer gdid, Hibernians jimxu b'dan il-mod. Il-kowc Mark Miller jitkellem mat-tim manager Jesmond Abela dwar x'hemm bzonn fit-tim, Abela jikkonsulta mal-membri l-ohra tal-kumitat, u wara jitla’ ghand il-president Tony Bezzina. Ma’ Tony Bezzina jiddiskuti t-talbiet tal-kowc u jikkonsulta mieghu jekk it-tim ghandux ir-rizorsi neccessarji biex jakkwistah.

Wiehed jawgura li l-klabbs Maltin jimxu fuq l-istil professjonali ta' Hibernians.  Dan biex wara hadd ma’ jiddispjacih u jkun evitat dizgwid fil-kumitati. Dizgwid li mhux l-ewwel darba li jiddomina s-sitwazzjoni f’xi klabb partikolari ghal diversi xhur.

Spiteri jiffirma ma’ Mosta

Oliver Spiteri maghruf fic-crieki tal-futbol bhala l-'Bonini' inhatar ufficjalment kowc gdid mal-klabb ta' l-ewwel Divizjoni Mosta.

B'hekk Spiteri halla l-kariga li okkupa f'dawn l-ahhar snin bhala kowc tat-tim nazzjonali ta' taht is-sbatax-il sena.

One News irrapporta  li l-Gimgha filghaxija Spiteri nforma lill-oghla dirigenti tal-MFA bid-decizjoni tieghu. L-MFA accettat ir-rizenja ta' Oliver Spiteri mill-istaff tekniku fi hdan l-assocjazzjoni.

Din ir-rizenja kienet tfisser it-tluq tat-tieni kowc f'inqas minn gimgha. Dan wara li nhar it-Tnejn l-MFA habbret it-tluq ta’ Dusan Fitzel minn kowc nazzjonali minhabba ragunijiet ta' sahha.

Sa issa ghad mhux maghruf min jistà jkun il-kowc il-gdid tat-tim nazzjonali ta' taht is-sbatax-il sena.

Spiteri kien kowc ukoll ta’ Qormi u  Marsaxlokk. F'kummenti ma dan il-gurnal Oliver Spiteri sostna li d-decizjoni li jhalli l-MFA ma kinitx wahda facli wara li kien ilu diversi snin jikkowcja f'Ta Qali.

Snin li fi kliemu matulhom tghallem hafna u kiseb esperjenza mportanti.

Spiteri kkonfermalna li ma’ Mosta ffirma kuntratt ta' tliet snin u t-tama tieghu huwa li jibni tim li jikseb il-promozzjoni.

Filwaqt li rringrazzja l-oghla dirigenti ta’ l-MFA il-kowc il-gdid ta’ Mosta temm jghid ma’ dan il-gurnal li fil-jiem li gejjin jistghu isiru xi akkwisti importanti min-naha ta’ Mosta.

Kummenti (3)Add Comment
l-almu kollu
Minn G Borg, July 26, 2009
Jiena li nistaghgeb hu li wara li certu player jiehdu dawk il-flus kollha ma joffrux l-ahjar taghhom matul il-kampjonat
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0
stil tajjeb
Minn David Spiteri, July 27, 2009
affarijiet veri u ohrajn mhux fl-opinjoni tieghi.

imma l-istil tajjeb ghax hawn malta fl-isports b'gurnalisti laqgha mdorijin
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0
Mill-kumitat ta' Qormi FC
Minn Kumitat Qormi , July 29, 2009
B'riferenza ghall-editorjal li hareg il-Hadd li ghadda, fejn kwotajt lit-tim ta' Qormi FC "ftit li xejn ghandu idea ta' kif jimxi kumitat tal-futbol". Ma naqbel xejn ma' dak li ktibt.

Bhala editur ta' dan il-gurnal ahna nhossu li int ma kontx kompatibbli fil-kummenti li dehru fuq Qormi Fc.

Dan ghaliex id-decizjonijiet jittiehdu madwar mejda fejn il-kumitat kollu jkun prezenti. Huwa fatt li t-tim manager ikun involut fis-suq ta' trasferimenti, fuq kollox ir-responsabbilta' tat-tim hija tieghu.

Barra minn hemm ma tridx tinsa l-fatt li huwa ghandu esperjenza kbira bhala player u dawn huwa asset ghalina. Trid tkun kumitat irresponsabbli li ma tiehux vantagg minn sitwazzjoni simili. Ta' min ifakkar li n-nies li hemm fi hdan il-kumitat hija wahda vasta u kbira. Ghandna kumitat dinamiku li wara li zamm postu fil-Premier qieghed jahdem biex ikun tim stabbilit.

Nispicca billi nghidlek li dan ix-xoghol nghamluh b'sagrificcji kbar a spejjez tal-familjari taghna u mhux bi qliegh. Nista' nassigurak illi dak kollu li qieghed jaghmel il-kumitat huwa frott id-dedikazzjoni ta' kull membru fi hdan il-kumitat. Gib ftit rispett lil min qieghed fl-istess pozizzjoni taghna.

Nota Editorjali:

Fir-risposta taghhom il-kumitat ta' Qormi FC ikkonfermaw dak li rrapporta il-korrispondent ta' KullHadd meta qal li t-tim manager Jesmond Zerafa hafna drabi ghandu l-ahhar kelma fejn jidhlu trasferimenti fit-tim ta' Qormi. Il-korrispondent ta' KullHadd irrikonoxxa wkoll l-esperjenza ta' Zerafa u li din hija asset ghat-tim ta' Qormi.
L-istess bhal ma rrikonoxxa l-qalb kbira li ghandhom il-membri tal-kumitat u li fil-klabb ta' Qormi gew investiti sommom kbar.
Min-naha l-ohra jidher li l-kumitat ta' Qormi ha ghalih ghax il-korrispondent taghna huwa tal-fehma li f'dan il-klabb ghad m'hemmx l-esperjenza u l-hila fit-tmexxija li hemm f'certu timijiet ohra.
Filwaqt li napprezzaw kull dritt ta' Qormi li jwiegbu, kull kumitat irid jifhem li huwa suggett ghall-kritika mill-mezzi tax-xandir, li fl-ahhar mill-ahhar ukoll jaghtu kontribut kbir lejn il-loghba tal-futbol f'pajjizna.
Dan ma jkunx qieghed isir b'nuqqas ta' rispett kif kien allegat fir-risposta ta' Qormi.
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata