Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kitba hija naturali ghalih

E-mail Print PDF
Share

pierre_mejlakIl-personalità li tkellimt mieghu din il-gimgha ser jirrapprezenta lil Malta fil-Bjennali tal-Artisti Zghazagh mill-Ewropa u mill-Mediterran li ser jsir fi Skopje f’Settembru li gej.  Fil-fatt il-kittieb zaghzugh Pierre J. Mejlak, maghruf l-izjed ghall-izjed ktieb ricenti tieghu “Qed Nistenniek Niezla max-Xita” ser ikun prezenti ghal dan il-festival.

Fil-Macedonja Pierre ser ikun qed jaqra siltiet mix-xoghol il-gdid tieghu tradotti b’lingwi barranin filwaqt li jippromwovi l-letteratura kontemporanja Maltija f’dan il-festival prestiggjuz.  B’hekk ghal din l-okkazjoni tkellimt mieghu sabiex insir naf ftit izjed dwaru.

Jippreferi jikteb bil-Malti

Pierre ghad ghandu 26 sena u huwa Ghawdxi.  Huwa lehen frisk fil-qalba tal-generazzjoni gdida ta’ kittieba Maltin.  Darbtejn rebbieh tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, izjed kmieni din is-sena Mejlak immarka l-ghaxar anniversarju mill-pubblikazzjoni tal-ewwel ktieb tieghu bil-gabra ta’ novelli “Qed Nistenniek Niezla max-Xita”, li nizlet tajjeb mal-qarrejja Maltin tant li fl-ewwel gimghat fil-hwienet tal-kotba kienu izjed minn elf persuna li xtraw kopja tal-ktieb.

Pierre jsostni li jhhobb u jippreferi jikteb u jippubblika bil-lingwa Maltija.  Fil-fatt kull ktieb li hareg s’issa dejjem kien bil-lingwa lokali – Malti.

“Il-Malti hija l-izjed lingwa li biha nhoss li nista’ nesprimi ruhi b’mod tajjeb.  Jien persuna li nahseb bil-Malti u allura tigini izjed facli li nikteb il-hsibijiet tieghi bil-Malti.  Nista’ nikteb b’lingwi ohrajn imma qatt ma jien ser narani fihom daqs meta nikteb bil-Malti”.

Ta’ min jghid li Pierre beda jikteb ta’ età ferm zghira u jishaq li l-kitba giet naturali hafna.

“L-istess bhal qari.  Meta tghallimt naqra bdejt naqra.  U meta tghallimt nikteb bdejt nikteb.  Minn dejjem kont inhobb nikteb”, stqarr mieghi filwaqt li rrimarkali li beda jikteb bis-serjetà, jigifieri kuljum, meta kien beda johrog ir-rivista “Il-Fwieha tan-Narcisa”.

Nitkellem mieghu dwar din ir-rivista tieghu.  Fil-fatt sirt naf li din kien jippublikaha kull xahar ghal hames snin konsekuttivi.

“Kienet rivista li bdiet bhala fuljett mibghut lil ftit hbieb u qraba imma li zviluppat sakemm saret rivista ta’ izjed minn tletin pagna, stampata bil-kulur, u b’madwar hames mitt abbonat”, sostna Pierre.

Meta kellu 15-il sena, Pierre ippubblika l-ewwel ktieb tieghu “Trab Abjad”.  Dan il-ktieb jitratta dwar avventura ckejkna ghat-tfal.  Prattikament storja minn tifel adattata ghal tfal ohra.  Fi kliemu stess, “Inhares lura u niggosta dan il-ktieb, izjed milli ghall-valur letterarju tieghu, ghall-isforz li ghamilt ta’ tifel li kont”.

Wara dan il-ktieb kien hareg avventura ohra ghat-tfal b’-isem “Meta Nstabu l-Angli”, u eventwalment adatta ghall-Malti zewg kotba mdaqqsin – il-ktieb voluminuz Stejjer mill-Bibbja, li bih rebah il-kategorija tat-Traduzzjonijiet fil-Premju Letterarju, u Enciklopedija ghat-Tfal, li biha Pierre sar l-izghar kittieb Malti li qatt rebah il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

F’Dicembru tas-sena 2008 gie ppubblikat ktieb iehor li Pierre addatta ghat-tfal u li din id-darba jittratta, b’mod frisk u originali, l-hajja ta’ Gesù.

Ta’ min jghid, li Pierre emigra minn pajjizna fis-sena 2004.  Fil-fatt illum huwa jghix fil-Belgju fejn jahdem bhala kittieb u traduttur.  Madankollu sostna li Malta baqghet f’qalbu u fuq kollox fil-qalba ta’ kitbietu.

“Wahda mill-isbah affarijiet li tghix fil-qalba tal-kontinent hija s-sens ta’ libertà”, spjega Pierre.

Minn Brussel fil-fatt nibet il-ktieb “Qed Nistenniek Niezla max-Xita” ghaliex kien propju fi Brussel li Pierre kiteb dan il-ktieb fl-ahhar sentejn.  F’dan il-ktieb wiehed jinnota gabra ta’ diversi emozzjonijiet. 

Jittama li jkompli jizviluppa

Mitlub jikkumenta dwar il-fatt li huwa wiehed mill-izghar kittieba Maltin, Pierre kkumenta, “Ovvjament, ma nistax nitqies mal-kbar peress li ghadni zghir u ghadni nibda. Dan ifisser li ghandi biss x’nitghallem minn dawk li gew qabbli u nittama li t-talent tieghi jizviluppa izjed ma nikber.”

Meta staqsejtu jekk hemmx xi hadd iehor mill-familja tieghu li jikteb, Pierre kkonfermali li m’hemm hadd.  Dwar kemm hu facli jew iebsa l-affari biex wiehed jippubblika ktieb hawn Malta stess, Pierre kkummenta li fl-opinjoni tieghu ma jahsibx li hi aktar difficli milli hi f’pajjiz barrani.

“F’Malta llum ghandna bosta djar tal-pubblikazzjonijiet li dejjem qed ifittxu kotba tajbin.”

B’kurzità staqsejtu wkoll kemm hi finanzjarjament tajba jew biex nghid hekk vallapena li wiehed jippubblika ktieb, Pierre wegibni, “Din izjed jista’ jwegibha pubblikatur.  Jien kittieb.  Kull ma naghmel nikteb”, kien il-kumment li hadt minghandu.

Ghaz-zewg domandi ogra li staqsejtu dwar xi jdejjqu mill-hajja b’mod generali u dwar il-harga ideali tieghu fi tmiem il-gimgha, ghazel li ma jwegibnix ghar-raguni semplici tieghu li dawn jinbidlu ma’ kull gurnata.

Fl-ahharnett tlabtu wkoll jghaddi messagg jew parir genwien lil xi kittieba ohra li ghad iridu jilhqu jew forsi biex nghid hekk qed jikkunsidraw il-fatt li xi darba jippubblikaw xi ktieb.

“Iva.  Jaqraw hafna.  Il-qari ghall-kittieb qisu l-karburant ghall-karozza.  Inutli jkollok makna tajba jekk ma taghtihiex il-karburant li jkollha bzonn.  Jiktbu hafna.  Pjanist idoqq il-pjanu kuljum.  Player tal-futbol jinzel ghat-training ta’ spiss.  Kittieb jehtieg jikteb hafna.  Jirrevedu hafna.  Kittieb m’ghandux jikkuntenta ruhu mill-ewwel.  Kultant il-kitba hija bhal frotta li tkun trid issir sew qabel taqtaghha.  Hekk ukoll il-kitba”, kien il-messagg genwien li hallini bih fl-ahhar ta’ l-intervista tieghi mieghu.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata