Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Problemi ikbar milli stennejt”

E-mail Print PDF
Share

Il-President ta’ Floriana FC John Camilleri stqarr pubblikament li l-problemi li sab ma wiccu fit-tmexxija ta’ Floriana huma hafna ikbar milli stenna meta ftit tal-gimghat ilu ha l-Presidenza ta’ dan it-tim li issa ilu nieqes mill-unuri ghal diversi snin.

Camilleri kien qieghed jikteb fil-pagna li nholqot ghall-partitarji ta’ Floriana fuq in-network socjali Facebook anke wara li l-partitarji bdew jesprimu certu xetticizmu dwar il-progress li ghamel it-tim minn mindu wasal f’pajjizna il-kowc Rody Collins.

“Hbieb Supporters genwini ta' Floriana FC qieghed nahdem kwazi full-time ghall-klabb. Bhali hemm ohrajn. Il-problemi huma kbar, hafna izjed milli stennejt,” stqarr Camilleri.

“Mirakli ma naghmlux u rridu l-pacenzja biex niksbu r-rizultati. Il-metodi tal-imghoddi ilhom ma jahsdu l-frott snin twal,” kompla jghid Camilleri.

Huwa appella wkoll lill-partitarji ta’ Floriana biex filwaqt li huma wkoll ghandhom jaghtu l-kontribut taghhom ikunu wkoll pacenzjuzi.

“Nifhem kull Supporter li jixtieq success ghall-Floriana FC illejla qabel ghada. Qeghdin nippruvaw metodi godda. Tridu tkunu maghna f'dan iz-zmien ta' bidla. Kelma ta' inkoraggiment hafna ahjar minn tmaqdir. Nibnu gejjieni sabih ghall-klabb  glorjuz taghna,” temm jghid Camilleri.
B’reazzjoni ghal dan il-kumment hafna mill-partiarji esprimew kliem ta’ fiducja lejn il-kumitat tat-tim.

Filwaqt li xi persuni qalu li t-tim ghadu stagnat u li stennew hafna iktar.
Immedjata kienet it-twegiba ta’ dawk li sahqu li l-kumitat qatt ma wieghed lit-tim se jkun qieghed jirbah l-unuri mil-lum ghal ghada.


Intant Floriana se  jilaghbu loghba ta’ hbiberija kontra Sliema nhar il-Hamis li gej.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata