Il-kumitat ta’ Qormi FC baghat twegiba ghall-artiklu ppublikat minn dan il-gurnal nhar il-Hadd li ghadda taht it-titlu: “Ta min hi l-ahhar kelma?”. Artiklu li analizza l-mod kif jitmexxa s-suq ta’ trasferimenti f’pajjizna.
It-twegiba ta’ Qormi hija:
B'riferenza ghall-editorjal li hareg il-Hadd li ghadda, fejn kwotajt li t-tim ta' Qormi FC "ftit li xejn ghandu idea ta' kif jimxi kumitat tal-futbol". Ma naqbel xejn ma' dak li ktibt.
Bhala editur ta' dan il-gurnal ahna nhossu li int ma kontx kompatibbli fil-kummenti li dehru fuq Qormi Fc.
Dan ghaliex id-decizjonijiet jittiehdu madwar mejda fejn il-kumitat kollu jkun prezenti. Huwa fatt lit-tim manager ikun involut fis-suq ta' trasferimenti, fuq kollox ir-responsabbiltà tat-tim hija tieghu.
Barra minn hekk ma tridx tinsa l-fatt li huwa ghandu esperjenza kbira bhala plejer u dawn huwa ass ghalina. Trid tkun kumitat irresponsabbli li ma tiehux vantagg minn sitwazzjoni simili. Ta' min ifakkar lin-nies li hemm fi hdan il-kumitat hija wahda vasta u kbira. Ghandna kumitat dinamiku li wara li zamm postu fil-Premier qieghed jahdem biex ikun tim stabbilit.
Nispicca billi nghidlek li dan ix-xoghol naghmluh b'sagrificcji kbar a spejjez tal-familjari taghna u mhux bi qligh. Nista' nassigurak illi dak kollu li qieghed jaghmel il-kumitat huwa frott id-dedikazzjoni ta' kull membru fi hdan il-kumitat. Gib ftit rispett lil min qieghed fl-istess pozizzjoni taghna.
Nota Editorjali:
Fir-risposta taghhom il-kumitat ta' Qormi FC ikkonfermaw dak li rrapporta il-korrispondent ta' KullHadd meta qal li t-tim manager Jesmond Zerafa hafna drabi ghandu l-ahhar kelma fejn jidhlu trasferimenti fit-tim ta' Qormi. Il-korrispondent ta' KullHadd irrikonoxxa wkoll l-esperjenza ta' Zerafa u li din hija ass ghat-tim ta' Qormi.
L-istess bhal ma rrikonoxxa l-qalb kbira li ghandhom il-membri tal-kumitat u li fil-klabb ta' Qormi gew investiti somom kbar mill-istess nies.
Min-naha l-ohra jidher li l-kumitat ta' Qormi ha ghalih ghax il-korrispondent taghna huwa tal-fehma li f'dan il-klabb ghad m'hemmx l-esperjenza u l-hila fit-tmexxija li hemm f'certu timijiet ohra.
Filwaqt li napprezzaw kull dritt ta' Qormi li jwiegbu, kull kumitat irid jifhem li huwa wkoll suggett ghall-kritika mill-mezzi tax-xandir, li fl-ahhar mill-ahhar ukoll jaghtu kontribut kbir lejn il-loghba tal-futbol f'pajjizna.
Ovvjament dan ma jkunx qieghed isir b'nuqqas ta' rispett, kif kien allegat fir-risposta ta' Qormi.

| < Prev | Next > |
|---|






