Bla dubju ta’ xejn, nibda b’nota ta’ dieqa fil-kolonna tieghi matul din il-gimgha hekk kif nhar il-Hamis filghodu nhsadt bhal hafna bl-ahbar tal-mewt tal-habib u kollega, Cliff Micallef. Lanqas biss ridt
nemmen bl-ahbar hekk kif ftit sighat qabel, Cliff kien maghna waqt laqgha tal-Kunsill tal-Kumitat Olimpiku Malti jiehu sehem f`diskussjoni fuq suggett li tant kien ihobb, l-isport.
Kont ilni ftit zmien mhux hazin naf lil Cliff, mhux biss fl-isport izda ghaliex inzerta li huwa kellu lil uliedu jmorru fl-iskola fejn nghallem jien. Nghidilkom li Cliff kien bniedem li jigbidlek l-ammirazzjoni ghax jaghmel x’jaghmel kien jaghmlu b’dedikazzjoni kbira. Diversi drabi kont narah filghodu bid-dahka fuq wiccu jwassal lil uliedu Max u Zak l-iskola. Ir-relazzjoni bejnu u bejn ic-ciklizmu tant kienet kbira li kienet ta’ ezempju ghal hafna amministraturi tal-isport f’pajjizna.
Mhux hekk biss, izda l-kummenti ta’ tifhir li kienu jghaddu fuqu shabu fil-kumitati varji kif ukoll ic-ciklisti, juru li dan il-bniedem kellu karizma specjali. Huwa verament difficli li wiehed ikompli jitkellem, izda bla dubju Cliff ghandu jibqa’ f’mohh u f’qalb hafna biex l-affarijiet pozittivi li kien jaghmel huwa b’mod awtomatiku, jkunu ta’ ezempju ghalina lkoll. Niehu din l-opportunità minn din il-kolonna biex nuri s-simpatija tieghi ma’ martu u ma’ wliedu kif ukoll mal-familjari tieghu li bla dubju ghaddejjin minn mument difficli hafna. Is-simpatija tieghi wkoll ma’ John Zammit, President tal-Federazzjoni tac-Ciklizmu li min jaf kemm-il siegha qatta’ mieghu matul hajtu, kif ukoll mac-ciklisti kollha li l-bierah tawh tislima mill-isbah. Il-generozità, l-altruwizmu u d-dahka ta` Cliff se jibqghu f’mohhna ghal diversi snin.
Fl-istess hin wasal iz-zmien ukoll lic-ciklisti, u anki l-atleti li jiehdu sehem f’kompetizzjonijiet fit-triq, u jaghmlu t-tahrig taghhom fit-triq jigu protetti. Huma diversi dawk l-atleti u ciklisti li jgarrbu incidenti matul it-tahrig taghhom. Jien xi kultant nibza meta nara xi kompetizzjoni qed issir u l-karozzi ghaddejjin fil-qrib. Nafu li Malta zghira u limitati, izda nemmen ukoll li kulhadd ghandu jahdem fuq politika sabiex il-hajja ta’ min ihobb l-isport tigi protetta. Studju profond dwar dan bejn l-awtoritajiet koncernati ghandu jibda qabel naraw iktar fatalitajiet.
Nitkellmu fuq mewt ohra, dik ta’ Sir Bobby Robson li din il-gimgha halliena fl-ghomor ta’ 76 sena. Persuna li bla dubju ta’ xejn tat kontribut kbir lill-futbol Brittaniku u fl-Ewropa. Mhux hekk biss, izda anki hawnhekk il-karizma ta’ Robson kienet tghin biex sport b’tensjoni kbira bhal ma huwa l-futbol isir aktar rilassanti.
Wiehed ma jistax ma jmurx lura lejn il-memorja tat-Tazza tad-Dinja 1990 meta l-Ingilterra flimkien mal-Italja, fl-opinjoni tieghi kellhom l-aqwa timijiet, izda waslu biss sas-semifinali. Min ma jiftakarx il-finali ghat-tielet post bejniethom li kienet milghuba fi spirtu sportiv? L-Ingilterra ta’ Shilton, Beardsley, Barnes, Gascoigne, Lineker u ta’ Sir Bobby Robson. Ir-ritratt tieghu dak inhar jibqa’ mfakkar.
Nitkellmu wkoll dwar il-formula wiehed fejn kontra dak li bassru hafna, se nergghu naraw ir-ritorn ta’ Michael Schumacher li kien ilu nieqes ghax irtira mill-2006. Schumi issa ghandu 40 sena u l-isfida tieghu se tkun wahda ikbar.
Huwa li kien dejjem favorit u li zgur ma ghandu xejn x’juri lill-ohrajn, issa ghandu sfida, dik li juri lil kulhadd li ghadu l-aqwa. Mhux se tkun facli ghax barra sewwieqa emergenti u talent, fosthom Hamilton, il-karozza Ferrari din is-sena mhix kompetittiva daqs fi zmienu.
Nistennew u naraw din l-isfida l-gdida, bl-awgurju li Felipe Massa jibqa’ jaghmel progress ghax dan il-personagg ukoll huwa importanti f’dan l-isport. Sport li kien qed jitlef ricentament mill-popolarità jista’ jiehu spinta minn incident sfortunat. Ir-ritorn ta’ Schumacher jigi ftit wara ritorn iehor, dak ta’ Lance Armstrong, ciklist leggenda li wara xi zmien rega’ rritorna fit-Tour De France, l-aktar kompetizzjoni importanti fic-ciklizmu.
Ghalkemm xorta spicca fuq il-podju, Armstrong ma baqax dak il-personagg li kien qabel.
Naghlqu bil-kampjonati mondjali tal-ghawm li llum jintemmu f`Ruma. Kienu kampjonati mill-aqwa u mill-iktar spettakolari u li mhux biss gibdu attendenzi kbar jarawhom, izda anke gabu rekord ta’ spettaturi fuq it-televizjoni jsegwuhom. Rajna affarijiet li wiehed ma kienx qed jistenna. Rajna per ezempju lill-Germaniz Biedermann jirbah ghal darba darbtejn lil Michael Phelps.
Rajna lit-Taljana Federica Pellegrini tikser il-barriera tal-erba’ minuti fl-400 metru u tirbah il-200 metru distanzi li qabel ghat-Taljani kienu tabù. Rajna fil-qbiz lill-Messikani u lir-Russi jirbhu lic-Cinizi, rajna wkoll fil-qbiz tifel Brittaniku li fl-iskola fejn kien jattendi kien jissawwat minn shabu, jirbah medalja tad-deheb.
Rajna pajjizi li lanqas biss ghandhom fejn jaghmlu tahrig f’pajjizhom jirbhu medalja. Rajna spettaklu kbir fil-loghba tal-woterpolo li qed jinfirex u jikber madwar id-dinja kollha, tant li ghall-ewwel darba fil-kampjonati femminili ma kienx hemm tim Ewropew fil-finali.
Rajna wkoll li l-Maltin li hadu sehem kissru wkoll rekords nazzjonali u personali. Rajna spettaklu kbir li nittamaw li issa nergghu narawh fil-kampjonati mondjali tal-atletika.
Nittamaw li issa wara dawn ir-rekords kollha ma’ jkollniex ahbarijiet negattivi mill-World Anti Doping Agency.
Din il-gimgha kont verament dispjacut li s’issa digà hargu tliet kazi pozittivi waqt il-loghob tal-Pajjizi z-Zghar, kellna wkoll kazi ohrajn fic-ciklizmu, nispera li nieqfu hemm u mhux ikollna aktar.
Il-gimgha sportiva t-tajba lil kulhadd

| < Prev | Next > |
|---|






